29.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1273/2014

tat-28 ta' Novembru 2014

li jemenda għall-223 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta' Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' żewġ entitajiet mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, għandu jidħol fis-seħħ b'effett immedjat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

(a)

“Ansar Al Charia Derna (magħruf bħala (a) Ansar al-Charia Derna; (b) Ansar al-Sharia Derna; (c) Ansar al Charia; (d) Ansar al-Sharia; (e) Ansar al Sharia). Informazzjoni oħra: (a) Jopera f'Derma u Jebel Akhdar il-Libja; (b) Netwerk ta' sostenn fit-Tuneżija Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.11.2014.”

(b)

“Ansar Al Charia Benghazi (magħruf bħala (a) Ansar al Charia; (b) Ansar al-Charia; (c) Ansar al-Sharia; (d) Ansar al-Charia Benghazi); (e) Ansar al-Sharia Benghazi; (f) Ansar al Charia in Libya (ASL); (g) Katibat Ansar al Charia; (h) Ansar al Sharia). Informazzjoni oħra: (a) Jopera f'Bengażi, il-Libja; (b) Netwerk ta' sostenn fit-Tuneżija Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.11.2014.”