|
19.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1233/2014
tat-18 ta' Novembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari Artikoli 184 u 187 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (“il-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004. |
|
(2) |
Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (3) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-18 ta' Lulju 2014. L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/665/UE (4). Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' dan il-Protokoll mill-Kunsill f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Lulju 2013. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 tal-Protokoll u l-Anness VII tiegħu jipprevedu tibdiliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għal ċerti nbejjed f'kontenituri li jġorru aktar minn 2 litri li joriġinaw fdik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'effett mill-1 ta' Lulju 2013. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll, għas-sena 2013, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Lulju 2013. |
|
(5) |
Mill-1 ta' Lulju 2013, id-distribuzzjoni ta' żieda fil-volum ta' kwota tariffarja b'40 500 hl għal inbejjed f'kontenituri li jesgħu aktar minn 2 litri għandha ssir billi jiġi żgurat trattament ugwali tal-operaturi li impurtaw inbejjed li joriġinaw fdik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont il-linji tariffarji rilevanti fl-2013. |
|
(6) |
Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji għall-inbid kif inhu stabbilit fil-Protokoll, hemm bżonn jiġi adattat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 (5). |
|
(7) |
Barra minn hekk, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi għall-kwoti tariffarji għal inbejjed li joriġinaw f'dak l-Istat Membru, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2597/2001, għandhom jitħassru. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għaldaqstant għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta' Lulju 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titlu jinbidel b'dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal inbejjed li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” ; |
|
(2) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Meta l-inbejjed imniżżla fl-Anness, li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni ta' dazju doganali, fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni speċifikati f'dak l-Anness, f'konformità ma' dan ir-Regolament. 2. Jekk dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tħallas sussidji tal-esportazzjoni dwar il-prodotti rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju doganali fil-kwoti tariffarji previsti fil-protokoll addizzjonali konkluż bid-Deċiżjoni 2001/916/KE ('il-protokoll addizzjonali dwar l-inbid') għandha tiġi sospiża.” |
|
(3) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (5)(a) tal-Anness I mal-protokoll addizzjonali dwar l-inbid, l-importazzjoni tal-inbid ta' kwoti tariffarji fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-protokoll applikabbli dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra.” |
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa mħassar. |
|
(5) |
L-Anness jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.
(3) ĠU L 276, 18.9.2014, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/665/UE tat-18 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 276, 18.9.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 35).
ANNESS
“ANNESS
Il-kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw minn dik li kieent ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja importati fl-Unjoni
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM (1) |
TARIC estensjoni |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota 2013 (f'hl) |
Il-volum tal-kwota għall-2014 u s-snin ta' wara (f'hl) (3) |
Dazju fuq il-kwota tariffarja |
|
09.1558 |
2204 10 93 |
|
Inbid effervexxenti ta' kwalità, minbarra Xampanja jew Asti spumante; inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas |
85 000 |
91 000 (4) |
Eżenzjoni |
|
2204 10 94 |
|
|||||
|
2204 10 96 |
|
|||||
|
2204 10 98 |
|
|||||
|
2204 21 06 |
|
|||||
|
2204 21 07 |
|
|||||
|
2204 21 08 |
|
|||||
|
2204 21 09 |
|
|||||
|
ex 2204 21 93 |
19, 29, 31, 41 u 51 |
|||||
|
ex 2204 21 94 |
19, 29, 31, 41 u 51 |
|||||
|
2204 21 95 |
|
|||||
|
ex 2204 21 96 |
11, 21, 31, 41 u 51 |
|||||
|
2204 21 97 |
|
|||||
|
ex 2204 21 98 |
11, 21, 31, 41 u 51 |
|||||
|
09.1559 |
2204 29 10 |
|
Inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu iktar minn 2 litri |
354 500 (2) |
389 000 (5) |
Eżenzjoni |
|
2204 29 93 |
|
|||||
|
ex 2204 29 94 |
11, 21, 31, 41 u 51 |
|||||
|
2204 29 95 |
|
|||||
|
ex 2204 29 96 |
11, 21, 31, 41 u 51 |
|||||
|
2204 29 97 |
|
|||||
|
ex 2204 29 98 |
11, 21, 31, 41 u 51 |
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Meta jiġu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita abbażi ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
(2) Għas-sena 2013, iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja b'40 500 hl mill-1 ta' Lulju 2013, ikkalkulata bħala pro rata tal-volum bażiku billi titqies il-parti tal-perjodu li għaddiet qabel l-1 ta' Lulju 2013, għandhom jitqassmu, skont min japplika l-ewwel u soġġett għal applikazzjoni, fost operaturi li impurtaw inbejjed li joriġinaw fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont dawn il-linji tariffarji fl-2013.
(3) Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet Kontraenti sabiex jiġu adattati l-kwoti billi jiġu trasferiti kwantitajiet ta' akbar minn 6 000 hl mill-kwota li tapplika għall-pożizzjoni ex 2204 29 (numru tal-ordni 09.1559) mill-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21 (numru tal-ordni 09.1558).
(4) Mill-1 ta' Jannar 2015, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.
(5) Mill-1 ta' Jannar 2015, dan il-volum ta' kwota għandu jitnaqqas kull sena b'6 000 hl.”