18.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2014
tas-17 ta' Novembru 2014
li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-istqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f'lista ta' stqarrijiet permessi. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, biex issir valutazzjoni xjentifika tagħhom, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni tagħhom. |
(3) |
L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa kkonċernata. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità. |
(5) |
Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00574) (2). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”. |
(6) |
Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(7) |
Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, l-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00575) (3). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”. |
(8) |
Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(9) |
Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill--kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy”u ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00576) (4). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm”. |
(10) |
Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(11) |
Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00579) (5). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm”. |
(12) |
Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill--ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(13) |
Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Omikron Italia S.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid--diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u ż-żamma tal-permeabbiltà normali tal-vini u tal-kapillari (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00353) (6). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari”. |
(14) |
Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(15) |
Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Omikron Italia S.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidinu ż-żamma ta' ton vaskulari normali (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00354) (7). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku”. |
(16) |
Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(17) |
Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Italsur s.r.l.”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tas-soppa tax-xgħir “Orzotto” u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00578) (8). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: “jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva”. |
(18) |
Fl-10 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tas-soppa tax-xgħir “Orzotto” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata. |
(19) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa mniżżlin fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-istqarrijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3413.
(3) Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3414.
(4) Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3415.
(5) Il-Ġurnal tal-EFSA 2013;11(10):3416.
(6) Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3511.
(7) Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3512.
(8) Il-Ġurnal tal-EFSA 2014;12(1):3519.
ANNESS
Stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa miċħudin
Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 |
Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel |
Stqarrija |
Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA |
L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi “ta' tliet kuluri” mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi “ta' żewġ kuluri” u mill-kaboċċa “blu savoy” |
Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva |
Q-2013-00574 |
L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera |
Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva |
Q-2013-00575 |

Iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm |
Q-2013-00576 |

Q-2013-00579 |
L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin |
It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari |
Q-2013-00353 |
L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin |
It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku |
Q-2013-00354 |
L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Is-soppa tax-xgħir “Orzotto” |
Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva |
Q-2013-00578 |