|
15.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/16 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1221/2014
tal-10 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeħtieġ li jkunu adottati miżuri ta' konservazzjoni b'kunsiderazzjoni tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inklużi, fejn rilevanti, ir-rapporti imfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u korpi konsultattivi oħrajn, kif ukoll fid-dawl ta' kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, inklużi, kif xieraq, ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd u b'kont meħud, kif dovut, tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(4) |
Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom għalhekk jiġu stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'kont meħud tal-prinċipji msemmija fil-premessa 2. |
|
(5) |
Għas-sajd pelaġiku żgħir (l-aringa u l-laċċa kaħla), is-sajd tal-bakkaljaw u tas-salamun fil-Baħar Baltiku, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. L-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament jipprovdi li, meta jiġi introdott l-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward ta' stokk tas-sajd, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti billi tiġi kkunsidrata l-bidla minn opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għal opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet. |
|
(6) |
Għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qabdiet għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (2) (il-“Pjan għall-Merluzz (Bakkaljaw) fil-Baħar Baltiku”). |
|
(7) |
Il-parir xjentifiku pprovdut fir-rigward tal-isforz tas-sajd għall-bakkaljaw tal-Baltiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li fejn japplika obbligu ta' ħatt l-art għal stokk speċifiku, l-istabbiliment ta' limitazzjonijiet aktar baxxi tal-isforz ma jikkontribwixxix għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS riformata. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforz għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24 fil-livell tal-2014. L-istabbiliment tal-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014 ser jiffaċilita l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-parir xjentifiku pprovdut, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24 tal-Baħar Baltiku tista' tiġi introdotta mingħajr riskju għall-għanijiet tal-Pjan għall-Merluzz (Bakkaljaw) tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta' Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta' kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru li jalloka, lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta' jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti tas-sajd oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu. |
|
(9) |
Il-parir xejntifiku riċenti juri li l-ICES ma setax jistabbilixxi punti ta' referenza bijoloġiċi għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-32 u minflok ta parir li t-TAC għal dak l-istokk tal-bakkaljaw tkun ibbażata fuq l-approċċ ta' data limitata. In-nuqqas ta' punti ta' referenza bijoloġiċi jagħmilha impossibbli li jiġu segwiti r-regoli għall-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-32. Billi n-nuqqas ta' stabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd jista' jikkostitwixxi theddida serja għas-sostenibbiltà ta' dak l-istokk, huwa xieraq li tiġi stabbilita t-TAC għal dawk l-istokkijiet tal-bakkaljaw f'livell li jikkorrispondi għall-approċċ żviluppat u rakkomandat mill-ICES u li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014. L-istabbiliment tal-limiti tal-isforz tas-sajd fil-livell tal-2014 ser jiffaċilita l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, ser jipprovdi għal sajd aktar selettiv u ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(10) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta' dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat data lill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà taħt l-Artikoli 3 u 4 għal TACs prekawzjonali u analitiċi rispettivament. Taħt l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 3 jew 4, b ' mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Aktar reċentement, ġie introdott, mill-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, tfixkel il-ksib tal-għanijiet tal-PKS u tiddeterjora l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, għandu jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandhom japplikaw biss għat-TACs analitiċi fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(12) |
Il-parir xjentifiku dwar il-laċċa kaħla fil-Baħar tat-Tramuntana jkopri l-perijodu minn Lulju sa Ġunju tas-sena ta' wara, minkejja li t-TAC hija stabbilita għall-perijodu minn Jannar sa Diċembru. Il-parir xjentifiku l-aktar reċenti għall-perijodu minn Lulju 2014 sa Ġunju 2015 jindika li t-TAC tista' tiżdied b'mod sinifikanti. Għaldaqstant hemm aktar laċċa kaħla disponibbli fit-tieni nofs tal-2014 milli kien previst. Peress li dak l-istokk huwa soġġett għal valutazzjoni analitika u jinsab f'limiti bijoloġiċi sikuri, il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 li jippermettu l-flessibbiltà tal-kwoti interannwali huma sodisfatti, u din għandha tiġi permessa sabiex il-qasam tas-sajd ikun jista' juża d-disponibbiltà akbar tal-laċċa kaħla bil-mod l-aktar effiċjenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5) għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(13) |
Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 bħalissa jippermetti li Stat Membru juża kwalunkwe kwantità mhux użata fl-2015, sa mhux aktar minn 10 % tal-kwota disponibbli għalih fl-2014, fir-rigward ta' ċerti stokkijiet. Fis-6 ta' Awwissu 2014, il-Federazzjoni Russa imponiet embargo fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd mill-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza ta' dan, xi wħud mill-esportazzjonijiet li l-produtturi kienu pprevedew li jagħmlu lejn ir-Russja fil-ħarifa tal-2014 saru impossibbli u f'ċertu każijiet ma jistgħux jinstabu swieq alternattivi fi żmien qasir. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u l-urġenza tal-kwistjoni, huwa meħtieġ li jiġu permessi ċerti aġġustamenti għall-istaġun tas-sajd tal-2014. Fid-dawl ta' parir xjentifiku pożittiv kif ukoll approċċ pożittiv tal-Istati kostali rilevanti, huwa xieraq li tiġi permessa, b'mod eċċezzjonali u biss fir-rigward tal-istokkijiet li jintlaqtu bl-aktar mod drastiku jew dirett mill-embargo Russu, żieda fil-perċentwal tal-kwantitajiet mhux użati fl-2014 li jista' jiġi ttrasferit għall-2015. Dik il-miżura eċċezzjonali hija limitata għall-istaġun tas-sajd tal-2014. Huwa mistenni li din il-miżura tippermetti li jinstabu swieq ġodda jew li jiġu adattati l-qabdiet jekk l-embargo jkompli japplika fl-2015. Għall-istess raġunijiet, għandha tiġi introdotta possibbiltà korrispondenti għat-trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (6). Ir-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(14) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet imsemmijin fil-premessa 13, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-possibbiltà ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ICES” tfisser Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar; |
|
(2) |
“Baħar Baltiku” tfisser iż-żoni ICES IIIb, IIIc u IIId; |
|
(3) |
“subdiviżjoni” tfisser subdiviżjoni tal-ICES tal-Baħar Baltiku kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (7); |
|
(4) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
|
(5) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
|
(6) |
“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta' bastiment tas-sajd; għal grupp ta' bastimenti tas-sajd ikun it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp; |
|
(7) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari; |
|
(8) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista':
|
|
(9) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
|
(10) |
“jiem nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment tas-sajd ma jkunx preżenti f'port. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
It-TACs u l-allokazzjonijiet ta' opportunitajiet tas-sajd
It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri kif stipulat f 'dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:
|
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali mhux soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art
Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja' għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u li dik il-kwota ma tkunx eżawrita.
Artikolu 7
Limiti tal-isforz tas-sajd
Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.
KAPITOLU III
FLESSIBBILTÀ FL-ISTABBILIMENT TAL-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD TA' ĊERTI STOKKIJIET
Artikolu 8
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 43/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 18a huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness IA, l-entrata għal-laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 9
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1180/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1180/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Flessibbiltà fl-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
2. Kwalunkwe kwantità sa mhux aktar minn 25 % tal-kwota ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-paragrafu 1 li ma ntużatx fl-2014 għandha tiġi miżjuda sabiex tiġi kkalkulata l-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2015. Għandhom jitqiesu kwalunkwe kwantitjiet trasferiti lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) kif ukoll kwalunkwe kwantitajiet imnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati taħt dan il-paragrafu. 3. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika għal stokkijiet indikati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati. (*1) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).” " ; |
|
(2) |
Fl-Anness I, in-nota li ġejja ta' qiegħ il-paġna għandha tiġi inkluża fir-rigward ta' entrati dwar l-istokkijiet li ġejjin: l-aringa fis-subdiviżjonijiet 30-31; l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32; l-aringa fis-subdiviżjoni 28.1, il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32: “Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.” . |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
It-trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' stokkijiet li nqabdu jew li nħattu l-art, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Flessibbiltà
1. Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonali u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.
2. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw jekk Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Madankollu, l-Artikoli 8 u 9 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARTINA
(1) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz (bakkaljaw) fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli f l-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
(6) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).
(8) Inkluż iċ-ċiċċirell.
(9) Mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art li jingħadd fil-kuntest ta' din il-kwota għandu jkun ta' laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta' barbun komuni u merlangu għandhom jitqiesu fil-kuntest tat-2 % li jibqa' tal-kwota (OTH/*2AC4C).”
ANNESS I
TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata it-tabella komparattiva li ġejja ta' korrispondenzi tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Clupea harengus |
HER |
Aringa |
|
Gadus morhua |
COD |
Bakkaljaw |
|
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja' |
|
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa Kaħla |
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Subdiviżjonijiet 30-31 HER/3D30.; HER/3D31. |
|
|
Il-Finlandja |
129 923 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
28 547 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
158 470 |
|
|
|
|
TAC |
158 470 |
|
TAC Analitika
|
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Subdiviżjonijiet 22-24 HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. |
|
|
Id-Danimarka |
3 115 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
12 259 |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
2 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
2 891 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
3 953 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
22 220 |
|
|
|
|
TAC |
22 220 |
|
TAC Analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32. |
|
|
Id-Danimarka |
3 596 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
953 |
|
|
|
|
L-Estonja |
18 363 |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
35 845 |
|
|
|
|
Il-Latvja |
4 532 |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
4 772 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
40 723 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
54 667 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
163 451 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC Analitika
|
|
|
Speċi: |
Aringa Clupea harengus |
Żona: |
Subdiviżjoni 28.1 HER/03D.RG |
|
|
L-Estonja |
17 908 |
|
|
|
|
Il-Latvja |
20 872 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
38 780 |
|
|
|
|
TAC |
38 780 |
|
TAC Analitika
|
|
|
Speċi |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-32 COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. |
|
|
Id-Danimarka |
11 814 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
4 700 |
|
|
|
|
L-Estonja |
1 151 |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
904 |
|
|
|
|
Il-Latvja |
4 393 |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
2 894 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
13 603 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
11 969 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
51 429 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC Prekawzjonali Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Speċi: |
Bakkaljaw Gadus morhua |
Żona: |
Subdiviżjonijiet 22-24 COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. |
|
|
Id-Danimarka |
6 941 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
3 393 |
|
|
|
|
L-Estonja |
154 |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
136 |
|
|
|
|
Il-Latvja |
574 |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
372 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
1 857 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
2 473 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
15 900 |
|
|
|
|
TAC |
15 900 |
|
TAC Analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Speċi: |
Barbun tat-tbajja' Pleuronectes platessa |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. |
|
|
Id-Danimarka |
2 443 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
271 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
511 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
184 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
3 409 |
|
|
|
|
TAC |
3 409 |
|
TAC Prekawzjonali
|
|
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-31 SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |
|
|
Id-Danimarka |
19 879 (1) |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
2 212 (1) |
|
|
|
|
L-Estonja |
2 020 (1) |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
24 787 (1) |
|
|
|
|
Il-Latvja |
12 644 (1) |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
1 486 (1) |
|
|
|
|
Il-Polonja |
6 030 (1) |
|
|
|
|
L-Isvezja |
26 870 (1) |
|
|
|
|
L-Unjoni |
95 928 (1) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC Analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Speċi: |
Salamun tal-Atlantiku Salmo salar |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjoni 32 SAL/3D32. |
|
|
L-Estonja |
1 344 (2) |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
11 762 (2) |
|
|
|
|
L-Unjoni |
13 106 (2) |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC Prekawzjonali
|
|
|
Speċi: |
Laċċa Kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. |
|
|
Id-Danimarka |
21 068 |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
13 347 |
|
|
|
|
L-Estonja |
24 465 |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
11 029 |
|
|
|
|
Il-Latvja |
29 548 |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
10 689 |
|
|
|
|
Il-Polonja |
62 706 |
|
|
|
|
L-Isvezja |
40 729 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
213 581 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
TAC Analitika
|
|
(1) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
(2) Espress fl-għadd ta' ħut individwali.
ANNESS II
LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD
1.
L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'malji ta' 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, b'konzijiet tal-qiegħ, b'konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:|
(a) |
147 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta' April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007; u |
|
(b) |
146 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007. |
2.
In-numru massimu ta' jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment tas-sajd jista' jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta' jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.
3.
B'deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista' jalloka d-dritt lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu għal jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta' jiem neqsin mill-port jiġi rtirat minn bastimenti oħrajn tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f'termini ta' kW, ta' kull bastiment tas-sajd donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti tas-sajd riċevituri. L-għadd ta' bastimenti riċevituri ma jistax jaqbeż il-15 % tal-għadd totali ta' bastimenti tas-sajd tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.