|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1210/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta' sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill approva, permezz tar-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) il-konklużjoni tail-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Fl-10 ta' Frar 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim (“il-Protokoll”). Il-Protokoll jagħti opportunitajiet ta' sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
|
(3) |
Fis-16 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/782/UE (2), dwar l-iffirmar tal-Protokoll u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
|
(4) |
Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll. |
|
(5) |
Jekk jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll ma ġewx użati totalment, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (3). F'każ li ma tintbagħatx risposta fl-iskadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet ta' sajd tagħhom matul il-perjodu partikolari kkonċernat. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita. |
|
(6) |
Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, il-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni tiegħu mill-Partijiet b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet ta' sajd imniżżla fil-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (“il-Protokoll”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-gambli:
|
|
(b) |
bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-ħut u ċ-ċefalopodi:
|
|
(c) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
|
(d) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief:
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd imniżżla fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza li fiha l-Istati Membri jridu jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lilhom taħt il-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, hija ffissata għal għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tikkomunikalhom din l-informazzjoni.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. POLETTI
(1) Regolament (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(2) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).