5.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2014
tal-24 ta' Ottubru 2014
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
B'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fir-reġistru tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), bi qbil mal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fir-reġistru tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni “Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre” hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trásos- Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)) (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).
(3) ĠU C 182, 14.6.2014, p. 23.