1.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1171/2014

tal-31 ta' Ottubru 2014

li jemenda u jikkoreġi l-Annessi I, III, VI, IX, XI u XVII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi l-ġodda. Bid-Direttiva 2007/46/KE l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa hija obbligatorja għal kull kategorija ta' vetturi, inklużi dawk mibnija f'diversi stadji, f'konformità mal-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Anness XIX tagħha.

(2)

Jinħtieġ li jiġu ssupplimentati r-rekwiżiti tal-Anness XVII tad-Direttiva 2007/46/KE dwar il-proċedura li trid tiġi segwita matul l-approvazzjoni tal-KE f'diversi stadji sabiex din il-proċedura tkun operattiva għalkollox. Jinħtieġ li jiġu emendati wkoll l-Annessi I, III u IX tad-Direttiva 2007/46/KE biex tkun żgurata r-rabta bejn l-istadji differenti tal-kostruzzjoni ta' vettura mibnija f'diversi stadji.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ipprovda għat-tħassir ta' bosta direttivi u s-sostituzzjoni tagħhom permezz tar-Regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). Bit-tħassir ta' ħafna minn dawk id-direttivi permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 mill-1 ta' Novembru 2014, jixraq li jiġu aġġornati l-entrati rilevanti fl-Anness VI tad-Direttiva 2007/46/KE.

(4)

Jixraq ukoll li l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE jiġi kkoreġut biex tkun żgurata l-konsistenza fin-numri użati fil-mudelli differenti taċ-ċertifikat tal-konformità għall-entrati li jikkonċernaw il-massa fi stat operattiv u l-massa attwali. Barra minn hekk, jinħtieġ li fl-Anness XI jiġi ċċarat li s-sistemi ta' riffieda tar-ras huma obbligatorji fil-vetturi tal-kategorija M1 biss.

(5)

Għaldaqstant id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Jinħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-manifatturi sabiex jadattaw il-vetturi tagħhom skont ir-rekwiżiti l-ġodda li jikkonċernaw il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji u biex jimmodifikaw iċ-ċertifikat tal-konfirmità, kif meħtieġ b'dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   L-Annessi I, III, VI, IX u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)   L-Anness XVII tad-Direttiva 2007/46/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-approvazzjonijiet tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi għandhom jingħataw f'konformità mad-Direttiva 2007/46/KE kif emendata b'dan ir-Regolament.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu ċertifikati tal-konformità għall-vetturi l-ġodda kollha skont id-Direttiva 2007/46/KE kif emendata b'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2016. Fuq talba li ssir mill-manifatturi lill-awtorità tal-approvazzjoni, dan ir-Regolament jista' japplika qabel din id-data.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1)


ANNESS I

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 0.2.2 li ġej:

“0.2.2.

Informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fl-istadju bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji (elenka l-informazzjoni għal kull stadju. Dan jista' jsir permezz ta' matriċi)

Tip:

Varjant(i):

Verżjoni(jiet):

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż in-numru tal-estensjoni”

(b)

jiddaħħal il-punt 0.5.1 li ġej

“0.5.1.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura fl-istadju(/i) bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 0.2.2 li ġej:

“0.2.2.

Informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fl-istadju bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji (elenka l-informazzjoni għal kull stadju. Dan jista' jsir permezz ta' matriċi):

Tip:

Varjant(i):

Verżjoni(jiet):

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż in-numru tal-estensjoni”

(b)

jiddaħħal il-punt 0.5.1 li ġej

“0.5.1.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura fl-istadju(/i) bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji”

(c)

jiddaħħlu l-punti 2.17, 2.17.1 u 2.17.2. li ġejjin:

“2.17.

Vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji (fil-każ biss ta' vetturi mhux kompluti jew ikkompletati tal-kategorija N1 fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007): iva/le (1)

2.17.1.

Il-massa tal-vettura ta' bażi lesta biex taħdem: kg.

2.17.2.

Massa speċifika miżjuda (Default Added Mass — DAM), ikkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008: kg.”

(3)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

Mudell A, il-punt 0.5. huwa emendat kif ġej:

“0.5.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura kompluta/ikkompletata (1)”

(b)

Mudell A, jiddaħħal il-punt 0.5.1 li ġej:

“0.5.1.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura fl-istadju(/i) bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji”

(c)

Mudell A, l-Appendiċi jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi

Lista ta' atti regolatorji li magħhom jikkonforma t-tip ta' vettura

(li għandha timtela biss fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 6(3).

Suġġett (1)

Referenza għall-att regolatorju (1)

Kif emendat bi

Applikabbli għall-varjanti

1.

Livelli permissibbli ta' ħoss

 

 

 

2.

Emissjonijiet

 

 

 

3.

Tankijiet tal-fjuwil/Tagħmir protettiv ta' wara

 

 

 

 

 

 

(4)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I, Vetturi kompluti u kkompletati, hija emendata kif ġej:

(i)

Fil-“Mudell B — Naħa 1 — Ċertifikat tal-konformità tal-KE għal vetturi kompluti”, il-punt 0.2.2. jinbidel b'dan li ġej:

“0.2.2.

Informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fl-istadju bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji (elenka l-informazzjoni għal kull stadju):

Tip:

Varjant (a):

Verżjoni (a):

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, numru tal-estensjoni”

(ii)

Fil-“Mudell B — Naħa 1 — Ċertifikat tal-konformità tal-KE għal vetturi kompluti”, il-punt 0.5.1. jinbidel b'dan li ġej:

“0.5.1.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura fl-istadju(/i) bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji”

(iii)

Fin-“Naħa 2 — Kategoriji tal-vetturi O3 u O4 (vetturi kompluti u kkompletati)”, jiddaħħal il-punt 13.2. li ġej:

“13.2.

Massa attwali tal-vettura: kg”

(b)

Il-Parti II, Vetturi mhux kompluti, hija emendata kif ġej:

(i)

Fil-“Mudell C1 — Naħa 1, Ċertifikat ta' konformità tal-KE għal vetturi mhux kompluti”, jiddaħħal il-punt 0.2.2. li ġej:

“0.2.2.

Informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fl-istadju bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji (elenka l-informazzjoni għal kull stadju):

Tip:

Varjant (a):

Verżjoni (a):

Numru tal-approvazzjoni tat-tip, numru tal-estensjoni”

(ii)

Fil-“Mudell C1 — Naħa 1, Ċertifikat ta' konformità tal-KE għal vetturi mhux kompluti”, jiddaħħal il-punt 0.5.1. li ġej:

“0.5.1.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-manifattur tal-vettura fl-istadju(/i) bażiku/preċedenti għal vetturi approvati f'diversi stadji”

(iii)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M1 (vetturi mhux kompluti)”, jitħassar il-punt 13.2

(iv)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M1(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(v)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M1 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(vi)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M2(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv talvettura mhux kompluta: … kg”

(vii)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M2 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(viii)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M3(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(ix)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi M3 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(x)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N1 (vetturi mhux kompluti)”, jitħassar il-punt 13

(xi)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N1(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xii)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N1 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xiii)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N2(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xiv)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N2 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xv)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N3(vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xvi)

Fin-“Naħa 2 — Kategorija tal-vetturi N3 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xvii)

Fin-“Naħa 2 — Kategoriji tal-vetturi O1 u O2 (vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xviii)

Fin-“Naħa 2 — Kategoriji tal-vetturi O1 u O2 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xix)

Fin-“Naħa 2 — Kategoriji tal-vetturi O3 u O4 (vetturi mhux kompluti)”, il-punt 14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Massa fi stat operattiv tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xx)

Fin-“Naħa 2 — Kategoriji tal-vetturi O3 u O4 (vetturi mhux kompluti)”, jiddaħħal il-punt 14.2. li ġej:

“14.2.

Massa attwali tal-vettura mhux kompluta: … kg”

(xxi)

Fin-noti ta' spjega tal-Anness IX, in-nota f'qiegħ il-paġna e tinbidel b'dan li ġej:

“(e)

L-entrati 4 u 4.1 għandhom ikunu kkompletati f'konformità mad-definizzjoni 25 (bażi tar-roti) u d-definizzjoni 26 (spazju bejn il-fusien) tar-Regolament 1230/2012 rispettivament”

(5)

L-Anness XI hu emendat kif ġej:

(a)

Fl-Appendiċi 1, l-entrata 38 A hija emendata kif ġej:

“38 A

Riffieda tar-ras (head restraints/headrests), kemm jekk inkorporati fis-sits tal-vettura jew le

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

Ir-Regolament Nru 25 tan-NU/KEE

D

G+D”

 

 

(b)

Fl-Appendiċi 4, titħassar l-entrata 38 A.


(1)  Skont l-Anness IV ta' din id-Direttiva”


ANNESS II

ANNEX XVII

PROĊEDURI LI JRIDU JIĠU SEGWITI MATUL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

1.   L-OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

1.1.

L-operazzjoni sodisfaċenti tal-proċess ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE f'diversi stadji teħtieġ azzjoni konġunta mill-manifatturi kollha kkonċernati. Għal dan l-għan l-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom jiżguraw, qabel jagħtu l-approvazzjoni tal-ewwel stadju u dak sussegwenti, li jeżistu arranġamenti xierqa bejn il-manifatturi rilevanti għall-forniment u l-interskambju ta' dokumenti u informazzjoni tali li t-tip ta' vettura kkompletata tissodisfa l-ħtiġijiet tekniċi tal-atti regolatorji separati rilevanti kollha preskritti fl-Anness IV jew l-Anness XI. Tali inforamazzjoni għandha tinkludi dettalji tas-sistema rilevanti, il-komponent u l-approvazzjonijiet tal-unità teknika separata u ta' parts ta' vetturi li jagħmlu parti mill-vettura mhux kompluta iżda li għadhom ma gewx approvati. Il-manifattur tal-istadju preċedenti għandu jipprovdi informazzjoni dwar kull bidla li tista' taffettwa l-approvazzjonijiet tat-tip tas-sistema jew l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha lill-manifattur tal-istadju suċċessiv. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat hekk kif tinħareġ l-estensjoni l-ġdida għat-tip tal-vettura sħiħa u sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-vettura mhux kompluta.

1.2.

Fil-proċess ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE f'diversi stadji, kull manifattur hu responsabbli għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha manifatturati minnu jew miżjuda minnu mal-istadju li nbena qabel. Il-manifattur tal-istadju suċċessiv mhux responsabbli għal soġġetti li ġew approvati fi stadju preċedenti minbarra f'dawk il-każijiet fejn hu jimmodifika parts rilevanti b'tali mod li l-approvazzjoni mogħtija qabel issir invalida.

1.3.

Il-proċedura f'diversi stadji tista' tintuża minn manifattur wieħed. Madankollu, il-proċedura f'diversi stadji ma għandhiex tintuża biex tevita r-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi mibnija fi stadju uniku. B'mod partikolari, il-vetturi approvati b'dan il-mod mhumiex ikkunsidrati bħala vetturi mibnija f'diversi stadji fil-kuntest tal-paragrafu 3.4 ta' dan l-Anness u l-Artikolu 22, 23, u 27 ta' din id-Direttiva (limiti tas-Serje żgħar u ta' Tmiem is-serje).

2.   L-OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

2.1.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha:

(a)

tivverifika li ċ-ċertifikati tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE kollha maħruġa skont l-atti regolatorji li huma applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura jkopru t-tip ta' vettura fl-istat kompletat tagħha u jikkorrispondu għall-ħtiġijiet preskritti:

(b)

tiżgura li d-dejta kollha rilevanti hija inkluża fil-folder ta' informazzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-vettura fl-istat kompletat tagħha;

(c)

b'referenza għad-dokumentazzjoni tiżgura li l-ispeċifikazzjoni(jiet) tal-vettura u d-dejta miżmuma fil-Parti I tal-folder ta' informazzjoni tal-vettura huma inklużi fid-dejta fil-pakketti ta' informazzjoni u fiċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-atti regolatorji rilevanti; u fil-każ ta' vettura kompletata, fejn numru ta' punt fil-Parti I tal-folder ta' informazzjoni ma jkunx inkluż fil-pakkett ta' informazzjoni ta' kwalunkwe att regolatorju separat, tikkonferma li l-parti jew il-karatteristika rilevanti tikkonforma mad-dettalji fil-folder ta' informazzjoni;

(d)

fuq kampjun magħżul ta' vetturi mit-tip li għandu jiġi approvat twettaq jew tirranġa biex jitwettqu spezzjonijiet ta' parts u sistemi tal-vettura biex tivverifika li l-vettura/i hi/huma mibnija skont id-dejta rilevanti miżmuma fil-pakkett ta' informazzjoni awtentikat fir-rigward tal-atti regolatorji rilevanti kollha;

(e)

twettaq jew tirranġa biex jitwettqu kontrolli ta' installazzjoni rilevanti fir-rigward ta' unitajiet tekniċi separati fejn applikabbli.

2.2.

L-għadd ta' vetturi li jridu jiġu spezzjonati għall-finijiet tal-paragrafu 2.1(d) għandu jkun biżżejjed biex jippermetti l-kontroll tad-diversi kumbinazzjonijiet li għandhom jieħdu approvazzjoni tat-tip tal-KE skont il-vettura fl-istat kompletat tagħha u l-kriterji li ġejjin:

magna,

gerboks,

il-fusijiet potenzjati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni),

il-fusijiet iggwidati (numru u pożizzjoni),

stili tal-karozzerija,

numru ta' bibien,

naħa tas-sewqan,

numru ta' sits,

livell ta' tagħmir,

3.   IR-REKWIŻITI APPLIKABBLI

3.1.

L-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE skont dan l-Anness jingħataw abbażi tal-istat attwali tal-ikkompletar tat-tip ta' vettura u għandhom jinkorporaw l-approvazzjonijiet kollha mogħtija fl-istadji ta' qabel.

3.2.

Il-leġiżlazzjoni (b'mod partikolari r-rekwiżiti tal-Anness II u l-atti partikolari elenkati fl-Anness IV u l-Anness XI ta' din id-Direttiva) għandha tapplika bl-istess mod daqslikieku l-approvazzjoni se tingħata (jew tiġi estiża) lill-manifattur tal-vettura tal-bażi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa.

3.2.1.

Jekk sistema/komponent ta' tip ta' vettura ma jkunx ġie modifikat, l-approvazzjoni mogħtija għas-sistema/komponent fl-istadju ta' qabel tibqa' valida sakemm tasal id-data tal-ewwel reġistrazzjoni f'dak l-att regolatorju partikolari.

3.2.2.

Jekk tip ta' sistema ta' vettura ġie modifikat fl-istadju suċċessiv b'tali mod li jrid jerġa' jiġi ttesjat mill-ġdid għall-finijiet ta' approvazzjoni tat-tip, il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk il-parts tas-sistema li ġew modifikati jew affettwati mill-bidliet biss.

3.2.3.

Jekk sistema ta' vettura jew tip ta' vettura sħiħ ġew modifikati minn manifattur ieħor fi stadju sussegwenti b'tali mod li jistgħu jibqgħu jitqiesu bħala l-istess tip, ħlief għall-isem tal-manifattur, ir-rekwiżit li japplika għat-tipi eżistenti jista' jibqa' applikabbli sakemm tasal id-data tal-ewwel reġistrazzjoni fl-att regolatorju rilevanti.

3.2.4.

Jekk tinbidel il-kategorija ta' vettura, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti tal-kategorija l-ġdida. Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip mill-kategorija preċedenti jistgħu jiġi aċċettati sakemm ir-rekwiżiti li magħhom tikkonforma l-vettura huma l-istess jew aktar stretti minn dawk applikabbli għall-kategorija l-ġdida.

3.3.

Soġġett għall-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa mogħtija lill-manifattur tal-istadju sussegwenti ma teħtieġx li tiġi estiża jew riveduta jekk l-estenzjoni mogħtija fl-istadju preċedenti tal-vettura ma taffettwax l-istadju suċċessiv jew id-dejta teknika tal-vettura. Madankollu, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip inkluża l-estensjoni tal-istadju/i preċedenti tal-vettura għandhom jiġu kkuppjati fil-punt 0.2.2 taċ-ċertifikat tal-konformità tal-istadju sussegwenti tal-vettura.

3.4.

Jekk iż-żona tat-tagħbija ta' vettura kompluta jew ikkompletata tal-kategorija N jew O tiġi modifikata minn manifattur ieħor b'żieda ta' fittings li jistgħu jitneħħew biex tinħażen jew tkun assigurata l-merkanzija (pereżempju, il-kisi intern taż-żona tat-tagħbija, xkafef għall-ħżin u xkafef fuq is-saqaf), dawn l-oġġetti jistgħu jitqiesu bħala parti mill-massa utli u għalihom ma tinħtieġx approvazzjoni, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifiki ma jaffettwaw bl-ebda mod l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, ħlief b'żieda fil-massa attwali tal-vettura;

(b)

il-fittings miżjuda jistgħu jitneħħew mingħajr l-użu ta' għodda speċjali.

4.   L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

4.1.

In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura bażi (VIN) preskritt bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 (1) għandu jinżamm matul l-istadji sussegwenti kollha tal-proċess ta' approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata t-‘traċċabbiltà’ tal-proċess.

4.2.

Fit-tieni stadju u fl-istadji ta' wara, minbarra l-pjanċa statutorja preskritta bir-Regolament (UE) Nru 19/2011 kull manifattur għandu jwaħħal mal-vettura pjanċa addizzjonali li l-mudell tagħha jidher fl-appendiċi ta' dan l-Anness. Din il-pjanċa għandha titwaħħal sew, f'pożizzjoni li tidher tajjeb u aċċessibbli faċilment f'parti li mhix soġġetta għal sostituzzjoni waqt l-użu. Din għandha turi b'mod ċar u li ma jitħassarx l-informazzjoni li ġejja fl-ordni elenkata:

l-isem tal-manifattur,

It-Taqsimiet 1, 3 u 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

l-istadju ta' approvazzjoni,

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura bażi,

Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura jekk il-valur ikun inbidel matul l-istadju attwali tal-approvazzjoni,

Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni (jekk il-valur ikun inbidel matul l-istadju attwali tal-approvazzjoni, u jekk il-vettura tkun tista' tirmonka trejler). Għandha tintuża ċ-ċifra ‘0’ jekk il-vettura ma jkollhiex permess tirmonka trejler,

Il-massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus, elenkata fl-ordni minn quddiem għal wara jekk il-valur ikun inbidel matul l-istadju attwali tal-approvazzjoni,

fil-każ ta' semitrejler jew trejler b'fus ċentrali, il-massa massima teknikament permissibbli fil-punt tal-igganċjar jekk il-valur ikun inbidel matul l-istadju attwali tal-approvazzjoni.

Il-pjanċa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 19/2011, sakemm mhux stipulat mod ieħor hawn fuq.

Appendiċi

IL-MUDELL TAL-PJANĊA ADDIZZJONALI TAL-MANIFATTUR

L-eżempju hawn taħt huwa mogħti biss bħala gwida.

L-ISEM TAL-MANIFATTUR (stadju 3)

e2*2007/46*2609

Stadju 3

WD9VD58D98D234560

1 500 kg

2 500 kg

1 – 700 kg

2 – 810 kg


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta' Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).