31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1165/2014

tal-31 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 rigward l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina. Skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness III tiegħu għandhom jitħallew jiġu impurtati fl-Unjoni fil-limiti tal-kwoti tariffarji stabbiliti f'dak l-Anness. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 (4) biex jinkludi l-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 374/2014 li huma miftuħa sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Primarjament, l-emenda tipprevedi t-titwil tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 374/2014 sal-31 ta' Diċembru 2015, u għall-istabbiliment tal-kwantitajiet u tal-kwoti għall-2015. Għalhekk jixraq li tiġi prevista l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għall-2015.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-Parti L hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti tariffarji (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2014 tat-23 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Ukraina u li jidderoga minnu (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 49).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1150/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 313, 31.10.2014, p. 1).


ANNESS

“I.   L

IL-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 374/2014

Kwota fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-NK

Deskrizzjoni (1)

Il-pajjiż tal-oriġini

Perjodu ta' importazzjoni

Kwantità tal-kwota

(f'tunnellati f'piż tal-prodott)

Kwantità tal-kwota

Kull sitt xhur

(f'tunnellati f'piż tal-prodott)

Dazju tal-importazzjoni (f'EUR/100 kg piż nett)

09.4600

0401

Ħalib u krema, mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn; jogurt, mhux mogħti togħma jew li fih frott, ġewż jew kawkaw miżjud; prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, mhux mogħtija togħma jew li fihom frott, ġewż jew kawkaw miżjud u mhux fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn

L-UKRAINA

Is-sena 2014

Is-sena 2015

8 000

8 000

4 000

0

0

0402 91

 

 

 

 

 

 

0402 99

 

 

 

 

 

 

0403 10 11

 

 

 

 

 

 

0403 10 13

 

 

 

 

 

 

0403 10 19

 

 

 

 

 

 

0403 10 31

 

 

 

 

 

 

0403 10 33

 

 

 

 

 

 

0403 10 39

 

 

 

 

 

 

0403 90 51

 

 

 

 

 

 

0403 90 53

 

 

 

 

 

 

0403 90 59

 

 

 

 

 

 

0403 90 61

 

 

 

 

 

 

0403 90 63

 

 

 

 

 

 

0403 90 69

 

 

 

 

 

 

09.4601

0402 10

Ħalib u krema, fi trab, ħbub jew forom solidi oħra: prodotti tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati, fi trab, ħbub few forom solidi oħrajn, mhux mogħtija togħma partikulari u lanqas bil-frott, lewż jew kawkaw miżjud; prodotti magħmulin minn kostitwenti naturali tal-ħalib, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

L-UKRAINA

Is-sena 2014

Is-sena 2015

1 500

1 500

750

0

0

0402 21

 

 

 

 

 

 

0402 29

 

 

 

 

 

 

0403 90 11

 

 

 

 

 

 

0403 90 13

 

 

 

 

 

 

0403 90 19

 

 

 

 

 

 

0403 90 31

 

 

 

 

 

 

0403 90 33

 

 

 

 

 

 

0403 90 39

 

 

 

 

 

 

0404 90 21

 

 

 

 

 

 

0404 90 23

 

 

 

 

 

 

0404 90 29

 

 

 

 

 

 

0404 90 81

 

 

 

 

 

 

0404 90 83

 

 

 

 

 

 

0404 90 89

 

 

 

 

 

 

09.4602

0405 10

Butir u xaħmijiet u żjut oħra miġjuba mill-ħalib; dlik (pejst) tal-butir b'kontenut tax-xaħam, bħala piż, li jaqbeż il-75 % iżda anqas minn 80 %

L-UKRAINA

Is-sena 2014

Is-sena 2015

1 500

1 500

750

0

0

0405 20 90

 

 

 

 

 

 

0405 90

 

 

 

 

 

 


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li m'għandux aktar minn valur indikattiv, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali li tkun stabbilita, għall-finijiet ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NK.”