31.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1159/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u entitajiet jitħallew fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandha tiġi aġġornata.

(4)

Għaldaqstant l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu b'dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

A.   Persuni

Nru 2

Akulich, Sviatlana Rastsislavauna;

Nru 3

Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich;

Nru 34

Chasnouski, Mechyslau Edvardavich;

Nru 45

Gardzienka, Siarhei Aliaksandravich;

Nru 46

Guseu, Aliaksei Viktaravich;

Nru 70

Kaliada, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 76

Kastsian, Siarhei Ivanavich;

Nru 82

Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich;

Nru 90

Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna;

Nru 99

Krot, Ihar Uladzimiravich;

Nru 100

Krukouski, Viachaslau Iafimavich;

Nru 102

Kukharchyk, Piotr Dzmitryevich;

Nru 132

Mikhalchanka, Aliaksei Yakaulevich;

Nru 141

Orda, Mikhail Siarheevich;

Nru 143

Padaliak, Eduard Vasilievich;

Nru 147

Peftsieu, Uladzimir Paulavich;

Nru 159

Reliava, Aksana Anatolyeuna;

Nru 172

Sheiko, Ina Valerieuna;

Nru 189

Stosh, Mikalai Mikalaevich;

Nru 197

Taranda, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru 198

Tarapetskaia, Halina Mikhailauna;

Nru 199

Ternavsky, Anatoly Andreevich;

Nru 205

Tsitsiankova, Alena Viktarauna;

Nru 220

Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich.

B.   Entitajiet

Nru 2

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications;

Nru 6

JLLC Neftekhimtrading;

Nru 21

JLLC Triplepharm;

Nru 22

LLC Triple-Veles;

Nru 23

Univest-M;

Nru 24

FLLC Unis Oil;

Nru 25

JLLC UnivestStroyInvest.

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għad-Deċiżjoni (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

Image

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

Indirizz: БФСО “Динамо”

220030, г. Минск, ул. Кирова 8 корп. 2

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala ex-Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

Membru wkoll tal-Kunsill Ċentrali ta' CJSC Dinamo- Minsk li huwa elenkat fil-punt 20 tat-Taqsima B.

33.

Charnyshou, Aleh Anatolievich

Chernyshev, Oleg Anatolievich

Image

Image

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-intelligence estera, minn April 2014. Kurunell, kien responsabbli mill-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB, l-unità “Alpha”. Huwa pparteċipa personalment fit-trattament inuman u degradanti ta' attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

35.

Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

Chetvertkova, Natalia Alexeevna (Chetvertkova, Natalya Alexeevna)

ЧАТВЯРТКОВА, Наталля Алексееўнa

ЧЕТВЕРТКОВА, Наталья Алексеевнa

 

Kienet Viċi President u mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk (sat-18.6.2012).

Hija trattat il-proċess tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' xhieda irrilevanti għall-akkużati.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

Image

Image

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Oshmiany, reġjun ta' Hrodna

Indirizz: 210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а (ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk sat-2.8.2011. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich (Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-twelid: Distrett ta' Chashniki, reġjun ta' Vitebsk

ID: 3200954E045PB4

Indirizz: Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), kien Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat.

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Eks-Viċi Kap tal-KGB (minn Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich (Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich, (Gureyev Sergey Viktorovich)

Image

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich (Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz: г.Витебск, пр-т Фрунзе, д.41а

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Vitebsk (minn Ġunju 2012), ġeneral tal-pulizija (mill-2013). Ex-Viċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН, Александр Александрович

Image

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-twelid: Akulintsi, reġjun ta' Mohilev

ID: 3030154A124PB9

Indirizz: Национальный олимпийский комитет Республики Беларусь

220020 г. Минск ул.Радужная, 27

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (il-Kap huwa Alexandr Lukashenka), Kap tal-Federazzjoni tal-Handball. Ex-President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, maħtur mill-President. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

Ingħata residenza f'Minsk, fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

78.

Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

Kovalev, Aleksandr Mikhailovich

КАВАЛЕЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

КОВАЛЕВ, Александр Михайлович

 

Kien Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Horki. Huwa kien responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-trattament ta' tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie mitfugħ il-ħabs b'rabta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

85.

Khmaruk, Siargei Konstantinovich

Khmaruk, Sergei Konstantinovich (Khmaruk, Sergey Konstantinovich)

ХМАРУК, Сяргей Канстанцiнавiч

ХМАРУК, Сергей Константинович

Indirizz: Прокуратура г. Минска ул. Раковская 38

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk. Kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Promoss fi Frar 2011.

93.

Konan, Viktar Aliaksandravich

Konon, Viktor Aleksandrovich

КОНАН, Вiктар Аляксандравiч

КОНОН, Виктoр Александрович

 

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Viċi Prosekutur Ġenerali sal-2012, huwa kien inkarigat u involut direttament fl-attivitajiet kollha tal-intelligence mwettqa mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kontra entitajiet indipendenti u tal-oppożizzjoni, inkluż fl-2010.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz: Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Tel: +375 17 280 83 40

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, kien Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

 

Ġeneral, Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

97.

Krasheuski, Viktar

Krashevski, Viktor

Image

КРАШЕВСКИЙ, Виктор

 

Ġeneral, Kien Kap tal-GRU (Dipartiment tal-Intelligence tal-Ministeru tad-Difiża) u Viċi Kap tal-persunal tal-Forzi Armati tal-Bjelorussja (sa Frar 2013). Responsabbli għall-attività tas-servizzi tal-intelligence fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

Indirizz: Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB Бядули 2, 220034, Минск

Ġeneral, Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, kien Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk.

Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

114.

Liabedzik, Mikhail Piatrovich

Lebedik, Mikhail Petrovich

ЛЯБЕДЗIК, Мiхаiл Пятровiч

ЛЕБЕДИК, Михаил Петрович

Indirizz: Ул. Б.Хмельницкого, 10 а, Минск, 220013

Matul il-kampanja elettorali Presidenzjali tal-2010 huwa nħatar mill-Kap tal-Kumitat Elettorali Ċentrali. L-ewwel Viċi Kap (maħtur mill-ġdid fil-21 ta' Jannar 2014) tal-Bord Superviżorju inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-kampanji elettorali fil-mezzi tal-informazzjoni, u, bħala tali, kellu rwol attiv fil-propaganda tar-reġim matul il-kampanji elettorali tal-2010 u l-2012. Fis-26 ta' Ottubru 2011 huwa ingħata l-“Ordni ta' Franzisk Skorina” mill-President. F'Settembru 2012, huwa rrifjuta li jinkludi membri tal-mezzi tal-informazzjoni indipendenti fil-Bord. L-Ewwel Viċi Editur tal-gazzetta tal-Amministrazzjoni tal-President u l-gazzetta ewlenija ta' propaganda “Sovietskaia Belarus”. Sors ta' politika favur il-gvern, iffalsifika l-fatti u għamel kummenti inġusti dwar il-proċessi li għaddejjin fil-Bjelorussja kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li ġew deskritti sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2010.

115.

Liaskouski, Ivan Anatolievich

Leskovski, Ivan Anatolievich

ЛЯСКОЎСКI, Iван Анатольевiч

ЛЕСКОВСКИЙ, Иван Анатольевич

 

Kien Kap tal-KGB għar-reġjun ta' Homel u kien Viċi Kap tal-KGB għal Homel. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Homel. Huwa tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mill-President fit-2 ta' April 2014 għal imġiba mhux xierqa.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944

Post tat-twelid: Karabani, Minsk

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sal-2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lopatko, Alexander Alexandrovich

Александр Александрович Лопатко

Аляксандр Аляксандровiч Лапатка

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Mazyr

Responsabbli għat-trattament inuman ta' D.Dashevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

120.

Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich

Image

ЛУКАШЕНКО, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 23.3.1980

Indirizz: Klabb tal-Isports tal-President

220029, г. Минск, ул. Старовиленская, 4.

Negozjant, b'parteċipazzjoni attiva f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenka.

President tal-Klabb tal-Isports tal-President.

126.

Maltsau, Leanid Siamionavich

Maltsev, Leonid Semenovich

МАЛЬЦАЎ, Леанiд Сяменавiч

МАЛЬЦЕВ, Леонид Семенович

Data tat-twelid: 29.8.1949,

Post tat-twelid: Vetenevka, Slonim rayon, Reġjun ta' Hrodna

(д. Ветеньевка, Слонимского района, Гродненской области)

ID: 3290849A002PB5

Kap tal-Kumitat tal-Fruntiera tal-Istat, kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Ex-Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

146.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

Image

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966,

Post tat-twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sal-2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

155.

Pykina, Natallia Mikhailauna (Pykina, Natalia Mikhailauna)

Pikina, Natalia Mikhailovna (Pykina, Natalya Mikhailovna)

Image

Image

Data tat-twelid: 20.4.1971

Post tat-twelid: Rakov

Indirizz: Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li qed tittratta l-kawża ta' Likhovid. Fid-29 ta' Marzu 2011, hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien”, għal tliet snin u nofs ħabs. Hija ġiet maħtura Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk.

157.

Rakhmanava, Maryna Iurievna

Rakhmanova, Marina Iurievna

РАХМАНАВА, Марына Юр'еуна

РАХМАНОВА, Марина Юрьевна

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Hrodna

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tat-Talbiet Pubbliċi fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Hrodna. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hija kienet responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

160.

Rubinau, Anatol Mikalaevich

Rubinov, Anatoli Nikolaevich

PYБIНAЎ, Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ, Анатолий Николаевич

Data tat-twelid: 15.4.1939

Mohilev

President tal-Kamra Superjuri tal-Parlament, kien Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tal-Informazzjoni u l-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President (2006-2008). F'dik il-pożizzjoni, kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda statali u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà minn Marzu 2014.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-twelid: Minsk

Indirizz: Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Ex-Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

 

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Ex-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich (Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ, Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

 

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

171.

Shchurok, Ivan Antonavich

Shchurok, Ivan Antonovich

ШЧУРОК, Iван Антонавiч

ЩУРОК, Иван Антонович

 

Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Vitebsk. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

Image

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

ID: 3040362B062PB7

Indirizz: Комитет по здравоохранению Минского горисполкома

ул. Маяковского, 22, корп. 2, 220006, г. Минск

Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u ex-Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni.

Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

185.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанідавіч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946,

Post tat-twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' uri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999-2000. Ex-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, ex-Ministru għall-Intern u kien Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

186.

Skurat, Viktar Vatslavavich

Skurat, Viktor Vatslavovich

СКУРАТ, Вiктар Вацлавaвiч

СКУРАТ, Виктор Вацлавович

 

Kien Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ministeru għall-Intern. F'din il-kapaċità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari wara dak li seħħ b'riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010. Fi Frar 2011, huwa rċieva premju fil-forma ta' ċertifikat ta' rikonoxximent għas-servizzi tiegħu. Irtirat minn Frar 2013. Kap tad-dipartiment tas-sigurtà tal-kumpannija holding “MZOR”, li hija kumpannija tal-Istat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Industrija tar-Repubblika tal-Bjelorussja u għalhekk assoċjat direttament mar-reġim ta' Lukashenka.

201.

Traulka, Pavel

Traulko, Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

 

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika evidenza u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħand attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich (Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

Responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

217.

Volkau, Siarhei Mikhailavich

Volkov, Sergei Mikhailovich (Volkov, Sergey Mikhailovich)

ВОЛКАЎ, Сяргей Мiхайлавiч

ВОЛКОВ, Сергей Михайлович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord tal-KGB tal-Intelligence, kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

221.

Zaharouski, Anton Uladzimiravich

Zagorovski, Anton Vladimirovich

ЗАГАРОЎСКI, Антон Уладзiмiравiч

ЗАГОРОВСКИЙ, Антон Владимирович

 

Prosekutur tal-Belt ta' Minsk, kien Prosekutur tad-Distrett Frunzenski ta' Minski, li ttratta l-kawża tad-dimostrant Vasili Parfenkov fi Frar 2011, u l-kawża kontra A. Sannikau f'Lulju 2011. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

222.

Zaitsau, Vadzim Iurievich

Zaitsev, Vadim Iurievich

ЗАЙЦАЎ, Вадзiм Юр'евiч

ЗАЙЦЕВ, Вадим Юрьевич

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Reġjun ta' Zhitomyr, Ukraina (USSR)

Kap Eżekuttiv tal-kumpannija pubblika-privata Cosmos TV minn Ġunju 2013, maħtur mill-Gvern tal-Bjelorussja bħala rappreżentant tal-Istat. Kien Kap tal-KGB (Lulju 2008-Novembru 2012).

Responsabbli għat-trasformazzjoni tal-KGB fl-organu prinċipali tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Responsabbli għat-tixrid, permezz tal-mezzi tal-informazzjoni, ta' informazzjoni falza dwar id-dimostranti fid-19 ta' Diċembru 2010, meta allega li kienu ġabu materjal biex jintuża bħala armi. Huwa hedded personalment il-ħajja u s-saħħa tal-mara u t-tifel tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov. Huwa l-istigatur prinċipali ta' ordnijiet għal intimidazzjoni illegali tal-oppożizzjoni demokratika, it-tortura ta' avversarji politiċi u l-maltrattament tal-priġunieri.

224.

Zakharau, Aliaksei Ivanavich

Zakharov, Aleksei Ivanovich (Zakharov, Alexey Ivanovich)

ЗАХАРАЎ, Аляксей Iванавiч

ЗАХАРОВ, Алексей Иванович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB (sal-2012), kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Taħt is-superviżjoni tiegħu, il-persunal tal-KGB ħa sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

226.

Zhadobin, Iury Viktaravich (Zhadobin, Yury Viktaravich)

Zhadobin, Iuri Viktorovich (Zhadobin, Yuri Viktorovich)

ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч

ЖАДОБИН, Юрий Викторович

Data tat-twelid: 14.11.1954

Post tat-twelid: Dnipropetrovsk

ID: 3141154A021PB0

Ministru għad-Difiża minn Diċembru 2009.

Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, japprova d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika.

227.

Zhuk, Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna)

Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna)

ЖУК, Алена Сямёнаўна

ЖУК, Елена Семеновна

 

Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li kien meqjus bħala priġunier politiku fl-2012 u fl-2013, għal sentejn u xahar il-ħabs talli ma ħarisx il-perijodu ta' prova. Alena Zhuk kienet direttament responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għax ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Syarhei Kavalenka qabel kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenza sussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta titqies in-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Alena Zhuk ikkostitwixxew ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

228.

Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

Zhuk, Dmitri Aleksandrovich

ЖУК, Дзмiтрый Аляксандравiч

ЖУК, Дмитрий Александрович

Data tat-twelid: 7.7.1970

ID: 3070770A081PB7

Indirizz: БЕЛОРУССКОЕ ТЕЛЕГРАФНОЕ АГЕНТСТВО

Республика Беларусь, 220030, Минск, ул. Кирова, 26

Direttur Ġenerali (Kap Eżekuttiv) tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BELTA minn Mejju 2003.

Huwa responsabbli li wassal il-propaganda tal-Istat fil-mezzi tal-informazzjoni, li appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili fid-19 ta' Diċembru 2010 bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

230.

Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

Zhukovski, Sergei Konstantinovich

ЖУКОЎСКI, Сяргей Канстанцiнавiч

ЖУКОВСКИЙ, Сергей Константинович

 

Viċi Prosekutur tad-Distrett Zavodskoi ta' Minsk li qed jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti eċċellenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u mhux appoġġata b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Isem

(Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Beltechexport

 

Image

Repubblika tal-Bjelorussja, 220012, Minsk, Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Numru tal-fax: (+375 17) 263-90-12

Beltechexport tibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja

3.

Beltech Holding

Белтех Холдинг

 

 

Beltech Holding tibbenefika mir-reġim, b'mod partikolari permezz tal-Beltechexport, li hija parti mill-Beltech Holding. Beltechexport jibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja.