22.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2014

tas-16 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi l-forma u d-dettalji tekniċi tan-notifika msemmija fl-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2386/96 u (UE, Euratom) Nru 833/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tinġabar dejta komparabbli u jeħfief ir-rappurtar tal-Istati Membri jew tal-entitajiet jew il-korpi delegati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 256/2014, in-notifiki għandhom isiru standard permezz tat-tabelli tar-rappurtar. Għalhekk għandhom jiġu adottati d-dispożizzjonijiet dwar il-forma u dettalji tekniċi oħra tan-notifika tad-dejta u l-informazzjoni.

(2)

Issa li r-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (2), għandu jitħassar ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2386/96 (3).

(3)

Issa li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 (4)  (5), dan ir-Regolament għandu jitħassar ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE, Euratom) Nru 833/2010 (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-forma u d-dettalji tekniċi tan-notifika lill-Kummissjoni bid-dejta u bl-informazzjoni dwar proġetti tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, li jissemmew fl-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 256/2014 għandhom ikunu kif jistabbilixxi l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassru r-Regolmenti (KE) Nru 2386/96 u (UE, Eurotom) Nru 833/2010.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-informazzjoni statistika rrappurtata abbażi tal-mudell fl-Anness u l-informazzjoni statistika rapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 61.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 tat-22 ta' April 1996 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment ta' interess għall-Komunità fis-setturi taż-żejt, il-gass naturali u l-elettriku (ĠU L 102, 25.4.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2386/96 tas-16 ta' Diċembru 1996 li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 dwar in-notifikar lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment ta' interess għall-Komunità fis-setturi taż-żejt, gass naturali u elettriku (ĠU L 326, 17.12.1996, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 tal-24 ta' Ġunju 2010 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 7).

(5)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Kawża C-490/10, il-Parlament v. il-Kunsill (ECR 2012, p. I-0000).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE, Euratom) Nru 833/2010 tal-21 ta' Settembru 2010 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2010, p. 36).


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni