21.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1109/2014

tal-20 ta' Ottubru 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela u l-baqar għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (3) u għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (4). Din il-preparazzjoni ġiet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal perjodu ta' għaxar snin għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 (5).

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan l-istess Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv għall-għalf għall-bhejjem għat-tismin, għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin, għall-baqar tal-ħalib u għar-ruminanti żgħar tal-ħalib, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi żootekniċi”. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tal-ħalib u li l-effikaċja tagħha tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar tal-ħalib. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-preparazzjoni għandu l-potenzjal li jtejjeb il-produzzjoni tal-bhejjem imrobbija għat-tismin u li din l-effikaċja tista' tiġi estrapolata għar-ruminanti żgħar imrobbija għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li jkun ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(7)

Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1288/2004

Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li tirreferi għall-baqar għat-tismin mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1811/2005

Titħassar l-entrata E 1704 Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005.

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih din il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-10 ta' Mejju 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel l-10 ta' Novembru 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 tal-14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-ikel tal-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 tal-4 ta' Novembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alltech France) (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 66).

(6)  EFSA Journal 2014; 12(5):3666.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora tal-imsaren

4a1704

ALLTECH

France

Saccharomyces cerevisiae

CBS 493.94

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94 li fiha minimu ta'

addittiv f'forma solida ta' 1 × 109 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94.

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol

Metodu tar-reazzjoni katina tal-polymerase (PCR)

Baqar tal-ħalib u ruminanti żgħar tal-ħalib.

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Għas-sikurezza: matul l-immaniġġar irid jitħares it-teħid tan-nifs

l-10 ta' Novembru 2024

Baqar għat-tismin u ruminanti żgħar tat-tismin.

1 × 108


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fis-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports