18.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1100/2014
tas-17 ta' Ottubru 2014
li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jrid jintuża għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2015 bil-kwoti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jniedi l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bil-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal ċertu gruppi ta' prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwota 2015. Għalhekk il-punt safejn jistgħu jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għandhu jinstab billi jiġu stabbiliti koeffiċjenti tal-allokazzjoni li jridu jintużaw għall-kwantitajiet mitluba, u jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009. |
(3) |
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal ċertu gruppi ta' prodotti u kwoti huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwota 2015. Il-bqija tal-ammonti għandhom jinqasmu bejn l-applikanti bi proporzjon tal-ammonti li applikaw għalihom, billi jintuża l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, u skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009. |
(4) |
Minħabba l-iskadenza li jistabbilixxi l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 biex jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fejn jidħlu l-gruppi ta' prodotti u kwoti msejħa “16-Tokjo u 16-, 17-, 18-, 20-, 21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu multiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stabbiliti fil-kolonna 5 ta' dak l-Anness.
Artikolu 2
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fejn jidħlu l-gruppi ta' prodotti u kwoti msejħa “22-, 25-Tokjo u 22-, 25-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jintlaqgħu bil-kwantitajiet li ntalbu fihom.
Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jinħarġu għal aktar kwantitajiet imqassma fost l-applikanti skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stabbiliti fil-kolonna 6 tal-Anness, wara li jkun laqagħhom l-operatur fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u soġġetti li tingħata l-garanzija mitluba.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).
ANNESS
L-identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitlu 4 tal-Iskeda ta' Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika |
Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota |
Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2015 (f'kg) |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni previst fl-Artikolu 1 |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni previst fl-Artikolu 2 |
|
In-numru tan-nota |
Grupp |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
16 |
Not specifically provided for (NSPF) |
16-Tokyo |
908 877 |
0,3350820 |
|
16-Uruguay |
3 446 000 |
0,1897723 |
|
||
7 |
Blue Mould |
17-Uruguay |
350 000 |
0,0910273 |
|
18 |
Cheddar |
18-Uruguay |
1 050 000 |
0,2367531 |
|
20 |
Edam/Gouda |
20-Uruguay |
1 100 000 |
0,2110757 |
|
21 |
Italian type |
21-Uruguay |
2 025 000 |
0,1326998 |
|
22 |
Swiss or Emmentaler cheese other than with eye formation |
22-Tokyo |
393 006 |
|
4,9125750 |
22-Uruguay |
380 000 |
|
12,6666666 |
||
25 |
Swiss or Emmentaler cheese with eye formation |
25-Tokyo |
4 003 172 |
|
1,6433382 |
25-Uruguay |
2 420 000 |
|
2,0166666 |