15.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2014
tas-7 ta' Awwissu 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (il-“proċedura PIC”), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2). |
(2) |
Huwa xieraq li titqies l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza bitertanol ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-bitertanol bħala pestiċida ġie pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(4) |
Is-sustanzi ċieksatina u ażoċiklotina ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(5) |
Is-sustanzi ċinidon-etil, ċiklanilid, etoksisulfuron u oksadiargil ma għadhomx approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(6) |
Is-sustanza rotenon ma ġietx approvata bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li s-sustanza rotenon hija ristretta b'mod sever għall-użu bħala pestiċida minħabba li prattikament kull użu huwa pprojbit minkejja l-fatt li r-rotenon ġiet identifikata u notifikata għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-prodotti tat-tip 17 u għalhekk tista' tibqa' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dak ir-Regolament. Għalhekk, is-sustanza rotenon għandha tiżdied mal-listi ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(7) |
L-approvazzjoni tas-sustanza klorur tad-dideċildimetilammonju ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida tal-klorur tad-dideċildimetilammonju fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(8) |
Is-sustanzi warfarina u ċiflutrina ma baqgħux approvati bħala sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida ta' dawk is-sustanzi kimiċi fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk dawn is-sustanzi għandhom jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(9) |
Fis-sitt laqgħa tagħha, li saret bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li jiġu inklużi l-ażinfos-metil, l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan, is-sulfonati tal-perfluworoottan, is-sulfonammidi tal-perfluworoottan u s-sulfonili tal-perfluworoottan fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jitneħħew mil-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 ta' dak l-Anness. |
(10) |
Il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet ukoll li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil, kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Billi l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil huma diġà elenkati fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 u għalhekk huma soġġetti għall-projbizzjoni ta' esportazzjoni, dawk is-sustanzi kimiċi ma jiżdidux mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
(11) |
L-entrata tal-klorat fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandha tiġi emendata sabiex tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward ta' liema sustanzi kienu intiżi li jiġu koperti b'dik l-entrata. |
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Sabiex il-partijiet interessati kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma' dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddiferita, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
2. |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
3. |
Fil-Parti 3 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|