4.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2014

tat-3 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2014, applikabbli għal ċerti skemi ta' għajnuna diretta previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3), tal-Artikolu 72b(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 123(1), tal-Artikolu 125b(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 131(4) u l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-Istati Membri li fl-2014 qed jimplimentaw l-iskema ta' pagament uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-baġit għall-2014 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52 u 53 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Għall-Istati Membri li fl-2014 qed jagħmlu użu mill-alternattivi stipulati fl-Artikoli 69(1) u 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2014 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(3)

Għall-Istati Membri li fl-2014 qed jagħmlu użu mill-alternattivi stipulati fl-Artikoli 72a u 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-pagament ta' distribuzzjoni mill-ġdid msemmija fil-Kapitolu 5a tat-Titolu III u l-Kapitolu 2a tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2014.

(4)

L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw fl-2014 għal kwalunkwe miżura akkoppjata li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i) sa (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 6,5 % tal-livell massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati.

(5)

Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkulati skont l-Artikolu 69(7) ta' dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (2). Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri li beħsiebhom jużaw fl-2014 skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-livelli massimi tal-baġit għall-2014 applikabbli għall-iskema ta' pagament uniku, li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-livelli massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 68 u 72a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mil-livelli massimi mogħtija fl-Anness VIII ta' dak ir-Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mil-limiti f'dak l-Anness msemmi sabiex tiġi ffinanzjata l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikat mill-Istati Membri u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) ta' dak ir-Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta' pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 68(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-livell massimu għall-iskema ta' pagament uniku, minħabba li din l-għajnuna tieħu l-forma ta' żieda fil-valur tal-unità u/jew fl-għadd ta' drittijiet tal-bidwi għall-pagamenti.

(7)

Għandhom jiġu stabbiliti l-pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2014 qed jimplimentaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta' dak ir-Regolament.

(8)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta' pagamenti separati għaz-zokkor fl-2014 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(9)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta' pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix fl-2014 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(10)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta' pagamenti separati għall-frott artab fl-2014 skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2014 imsemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima I fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2014 imsemmija fl-Artikolu 69(3) u 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima II fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2014 għall-għajnuna stipulata fil-punti (i) sa (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-livelli massimi tal-baġit għall-2014 imsemmija fl-Artikoli 72b u 125b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima V fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi baġitarji għall-2014 applikabbli għall-iskema ta' pagament uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness għal dan ir-Regolament.

7.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2014 imsemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fit-Taqsima VII fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.   L-ammonti massimi ta' fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor fl-2014, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Anness għal dan ir-Regolament.

9.   L-ammonti massimi ta' fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-2014, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness IX tal-Anness għal dan ir-Regolament.

10.   L-ammonti massimi ta' fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Polonja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott artab fl-2014, kif imsemmi fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fit-Taqsima X tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1).


ANNESS

I.   LIMITI FINANZJARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLI 52 U 53 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

(f'eluf ta' EUR)

 

BE

ES

FR

HR

AT

PT

FI

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

1 431

 

20 128

550

Primjum addizzjonali għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

140

 

6 605

183

Primjums għall-baqar li jreddgħu

68 632

237 965

453 582

3 537

65 126

72 353

 

Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

17 156

23 691

 

 

91

8 699

 

II.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) JEW 131(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Belġju

6 020

Il-Bulgarija

52 929

Ir-Repubblika Ċeka

56 895

Id-Danimarka

43 875

L-Estonja

3 870

L-Irlanda

25 000

Il-Greċja

100 000

Spanja

226 622

Franza

642 300

Il-Kroazja

13 208

L-Italja

328 650

Ċipru

3 337

Il-Latvja

10 158

Il-Litwanja

25 560

L-Ungerija

127 279

Il-Pajjiżi l-Baxxi

35 330

L-Awstrija

12 826

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

33 111

Ir-Rumanija

52 922

Is-Slovenja

13 895

Is-Slovakkja

28 000

Il-Finlandja

52 325

L-Iżvezja

3 135

Ir-Renju Unit

29 800

L-ammonti notifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 68(1)(c) li huma inklużi fil-limitu massimu tal-iskema ta' pagament uniku (elf euro):

 

Il-Greċja: 30 000

 

Is-Slovenja: 5 587

III.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FIL-PUNTI (i) SA (iv) TAL-ARTIKOLU 68(1)(b) U FL-ARTIKOLU 68(1)(b) U (e) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Belġju

3 123

Il-Bulgarija

52 929

Ir-Repubblika Ċeka

56 895

Id-Danimarka

14 695

L-Estonja

3 870

L-Irlanda

25 000

Il-Greċja

70 000

Spanja

164 406

Franza

478 300

Il-Kroazja

13 208

L-Italja

159 650

Ċipru

3 337

Il-Latvja

10 158

Il-Litwanja

25 560

L-Ungerija

44 548

Il-Pajjiżi l-Baxxi

28 830

L-Awstrija

12 826

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

20 210

Ir-Rumanija

52 922

Is-Slovenja

8 308

Is-Slovakkja

28 000

Il-Finlandja

52 325

L-Iżvezja

3 135

Ir-Renju Unit

29 800

IV.   L-AMMONTI LI SER JINTUŻAW MILL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 69(6)(a) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009 BIEX IKOPRU L-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA PREVISTA FL-ARTIKOLU 68(1) TA' DAK IR-REGOLAMENT

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Belġju

6 020

Id-Danimarka

23 250

L-Irlanda

23 900

Il-Greċja

50 000

Spanja

144 390

Franza

86 000

L-Italja

144 900

Il-Pajjiżi l-Baxxi

31 700

L-Awstrija

10 984

Il-Portugall

21 700

Is-Slovenja

5 587

Il-Finlandja

6 190

V.   IL-LIMITI MASSIMI BAĠITARJI PAGAMENT RIDISTRIBUTTIV SKONT L- ARTIKOLU 72b U 125b TAR- REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Bulgarija

53 634

Il-Ġermanja

352 116

Il-Litwanja

39 323

VI.   IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Belġju

458 259

Id-Danimarka

905 450

Il-Ġermanja

4 826 062

L-Irlanda

1 215 447

Il-Greċja

2 027 187

Spanja

4 489 758

Franza

6 348 869

Il-Kroazja

145 689

L-Italja

3 769 644

Il-Lussemburgu

33 662

Malta

5 240

Il-Pajjiżi l-Baxxi

789 689

L-Awstrija

626 657

Il-Portugall

438 471

Is-Slovenja

136 259

Il-Finlandja

476 379

L-Iżvezja

693 352

Ir-Renju Unit

3 136 974

VII.   IL-PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Bulgarija

537 400

Ir-Repubblika Ċeka

773 751

L-Estonja

106 148

Ċipru

48 007

Il-Latvja

146 121

Il-Litwanja

318 083

L-Ungerija

1 099 350

Il-Polonja

3 078 178

Ir-Rumanija

1 367 527

Is-Slovakkja

387 136

VIII.   L-AMMONTI MASSIMI TA' FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Ir-Repubblika Ċeka

44 245

Il-Latvja

0

Il-Litwanja

10 260

L-Ungerija

41 010

Il-Polonja

159 392

Ir-Rumanija

8 082

Is-Slovakkja

19 289

IX.   L-AMMONTI MASSIMI TA' FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Ir-Repubblika Ċeka

414

L-Ungerija

4 756

Il-Polonja

6 715

Is-Slovakkja

690

X.   L-AMMONTI MASSIMI TA' FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT ARTAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 129 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2014

Stat Membru

(f'eluf ta' EUR)

Il-Bulgarija

226

L-Ungerija

391

Il-Polonja

11 040