30.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1028/2014
tas-26 ta' Settembru 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sistemi li jikkontribwixxu għall-għoti ta' dejta ta' sorveljanza sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni tal-prestazzjoni, l-interoperabilità u l-effiċjenza ta' dawk is-sistemi fi ħdan in-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u sabiex ikun hemm koordinazzjoni ċivili-militari. |
(2) |
Sabiex ikunu jistgħu jgħammru inġenji tal-ajru ġodda b'kapaċitajiet ġodda, l-operaturi għandu jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għat-tagħmir mill-inqas 24 xahar qabel id-data ta' applikazzjoni prevista. Madankollu, l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni rilevanti ma ġewx adottati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) qabel Diċembru 2013. Bħala konsegwenza ta' dan, l-operaturi mhux se jkunu jistgħu jgħammru inġenji tal-ajru ġodda bil-funzjonalitajiet il-ġodda ADS-B “Out” u Mode S Enhanced sat-8 ta' Jannar 2015. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1207/2011 għandu jiġi emendat, sabiex l-operaturi kkonċernati jingħataw biżżejjed żmien addizzjonali għal dan l-għan. |
(3) |
Dewmien fiċ-ċertifikazzjoni u d-disponibbiltà tat-tagħmir meħtieġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità industrijali rigward it-tgħammir tal-inġenji tal-ajru, jaffettwaw l-installazzjoni bla xkiel ta' sistemi ġodda f'inġenji tal-ajru tal-flotta eżistenti. Għadd ta' inġenji tal-ajru, b'mod partikolari dawk li jintużaw għal operazzjonijiet transatlantiċi, għandhom ukoll ikunu mgħammra b'funzjonalità ADS-B “Out” sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, skont l-ordnijiet tal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (FAA). Id-data għall-installazzjoni ta' sistemi ġodda f'inġenji tal-ajru eżistenti għall-ADS-B “Out” u Mode S Enhanced għandha għalhekk tiġi posposta u tinġieb aktar konformi mal-iskadenza għar-rekwiżiti tal-FAA ADS-B. |
(4) |
Operaturi ta' inġenji tal-ajru tal-Istat għandhom jibbenefikaw minn posponimenti simili fid-dati tal-implimentazzjoni li jibbenefikaw minnhom operaturi oħra tal-inġenji tal-ajru. Għalhekk, anki l-iskadenza għar-retroinstallazzjoni tal-funzjonalitajiet ġodda ADS-B “Out” u Mode S Enhanced fl-inġenji tal-ajru tal-Istat għandha tiġi posposta. |
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2020, l-inġenji tal-ajru tal-Istat tat-tip tat-trasport b'massa ta' tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew b'kapaċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li joperaw skont l-Artikolu 2(2), ikunu mgħammra bi transponders tar-radars ta' sorveljanza sekondarji li, minbarra li jkollhom il-kapaċità mniżżla fil-Parti A tal-Anness II, ikollhom ukoll il-kapaċità mniżżla fil-Parti B u l-Parti C ta' dak l-Anness.” |
(3) |
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej: “1. Inġenji tal-ajru ta' tipi speċifiċi li l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabilità tagħhom ikun inħareġ qabel it-8 ta' Ġunju 2016 u li għandhom massa ta' tluq massima li taqbeż il-5 700 kg jew veloċità massima ta' tajran b'veloċità moderata reali fl-arja ta' aktar minn 250 knots, li m'għandhomx is-sett sħiħ tal-parametri deskritti fil-Parti C tal-Anness II disponibbli fuq bus diġitali abbord l-inġenju tal-ajru jistgħu jkunu eżentati mill-konformità mar-rekwiżiti tal-punt (c) tal-Artikolu 5(5).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35).