27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1021/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda li għandha sseħħ fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji li hemm referenza għalihom fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu tal-anqas is-sorsi ta' informazzjoni li ssir referenza għalihom f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti li seħħew dan l-aħħar li involvew l-ikel u li ġew notifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta' awditi f'pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar kunsinni ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista għandha tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, għall-kunsinni ta' brunġiel, karfus Ċiniż u fażola twila jarda li joriġinaw mill-Kambodja, żerriegħa tal-ġulġlien li toriġina mill-Indja u frott tad-dragun li joriġina mill-Vjetnam, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Barra minn hekk, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista għal frawli u pomelos iffriżati miċ-Ċina għandhom jitħassru.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta' oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Sottodiviżjoni TARIC

Il-pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u dwar l-identità u (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossin A

50

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (2)

50

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 40 00

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (3)

50

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkoli Ċiniżi’) (4)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (5)

50

Te, sew jekk aromatizzat jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (6)

10

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

10

Bettieħ morr

(Momordica charantia)

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (7)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (8)

10

Frawli (frisk)

(Ikel)

0810 10 00

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

10

Żerriegħa tal-ġulġlien

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, għajr bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

Enzimi; enzimi ppreparati

(Għalf u ikel)

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

Piżelli bil-miżwed (bil-qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (11)

10

Fażola bil-miżwed (bil-qoxra)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0708 20 00

40

Nagħniegħ

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (12)

10

Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (13)

50

Għeneb tal-mejda

(Ikel — frisk)

0806 10 10

 

Il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (14)

10

Dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) żrieragħ u prodotti derivati

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett, fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u ikel)

 

 

Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (15)

10

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

10

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

30

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 1211 90 86

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (16)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

(Ikel)

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (17)

10

Bżar Ħelu

(Capsicum annuum)

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (18)

10

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (19)

10

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

(Ikel)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossin A

50

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

1ex2119086

30

Tursin

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħa)

ex 0709 99 90

40

Frott tad-dragun

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli abbażi ta' GC-MS u LC-MS jew permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi uniċi (20)

20

Okra

ex 0709 99 90

20

Bżar (għajr dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), klorbufam, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat).

(3)  B'mod partikolari r-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Eżakonażol, Fentoat, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol).

(4)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. botrytis (L) Alef var.italica Plenck, kultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(5)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorfenapir, Fipronil (l-ammont totali ta' fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espress bħala fipronil), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(6)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (l-ammont totali ta' isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)).

(7)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espress bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (l-ammont totali ta' aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espress bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentijuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (l-ammont totali tal-isomeri p, p′ u o,p′), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (l-ammont totali ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(8)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Ċiflutrin (ċiflutrin inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)) Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrina, Metijokarb (l-ammont totali ta' metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Ossamil, Pentoat, Tijofanat-metil.

(9)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (l-ammont totali ta' isomeri p, p′ u o,p′), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (l-ammont totali ta' prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espress bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu validat meta mqabbel miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(11)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Diafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(12)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (l-ammont totali ta' Paratijon-metil u paraosson-metil espress bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Flubendijammid, Miklobutanil, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon).

(13)  B'mod partikolari, ir-residwi ta' Diklorvos.

(14)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Dinikonażol, Etefon u Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil).

(15)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Triażofos, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: L-ammont totali ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espress bħala (kloridrat tal-)formetanat.

(16)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (l-ammont totali ta' isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(17)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(18)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klofenteżin, Diafentjuron, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espress bħala dimetoat), Formetanat: L-ammont totali ta' formetanat u l-imluħ tiegħu espress bħala (kloridrat tal-)formetanat, Malatijon (l-ammont totali ta' malatijon u malaosson espress bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(19)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Ażossistrobin, Boskalid, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Endosulfan (l-ammont totali ta' isomeri alfa- u beta- u endosulfan-sulfat espress bħala endosulfan), Kresoksim-metil, Lambda-ċjalotrina, Metalassil u metalassil-M (metalassil li jinkludi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti li jinkludu l-metalassil-M (l-ammont totali ta' isomeri)), Metossifenożid, Metrafenonu, Miklobutanil, Penkonażol, Piraklostrobin, Pirimetanil, Triadimefon u Triadimenol (l-ammont totali ta' triadimefon u triadimenol), Triflossistrobin.

(20)  B'mod partikolari, ir-residwi ta': Karbofuran (l-ammont totali ta' karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espress bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (l-ammont totali ta' benomil u karbendażim espress bħala karbendażim), Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espressi bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Profenofos, Permetrina (l-ammont totali ta' isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (l-ammont totali ta' fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espress bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta' isomeri kostitwenti (l-ammont totali ta' isomeri)), Metomil u Tijodikarb (l-ammont totali ta' metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (l-ammont totali ta' dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol”