|
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/23 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2014
tat-22 ta' Lulju 2014
li jemenda l-Anness II mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (ir-Regolament SĠP) jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP). |
|
(2) |
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament SĠP jistipula li pajjiż li ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi ma għandux jibbenefika mill-preferenzi tal-SĠP. Madankollu, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament SĠP, l-Artikolu 4(1)(a) ma għandux japplika sal-21 ta' Novembru 2014 għall-pajjiżi li jkunu inizjalaw ftehim bilaterali ta' aċċess preferenzjali għas-suq sal-20 ta' Novembru 2012. |
|
(3) |
L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament SĠP jistipula li pajjiż li jibbenefika minn arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu, m'għandux igawdi minn preferenzi SĠP. |
|
(4) |
Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP ġenerali hija stabbilita bl-Anness II tar-Regolament SĠP. L-Artikolu 5 tar-Regolament SĠP jistipula li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena biex jirrifletti l-bidliet f'relazzjoni mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4. Barra minn hekk, huwa jipprovdi għal pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi biex jingħataw biżżejjed żmien għal adattament ordnat għal reviżjoni tal-istatus ta' SĠP tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-arranġament tal-SĠP huwa li tkompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' bidla fl-istatus ta' pajjiż fuq il-bażi tal- Artikolu 4(1)(a). |
|
(5) |
Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (2), ir-Repubblika tal-Botswana (il-Botswana), ir-Repubblika tal-Kamerun (il-Kamerun), ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (il-Côte d'Ivoire), ir-Repubblika tal-Fiġi (il-Fiġi), ir-Repubblika tal-Gana (il-Gana), ir-Repubblika tal-Kenja (il-Kenja), ir-Repubblika tan-Namibja (in-Namibja) u r-Renju tas-Sważiland (is-Sważiland), fost oħrajn, qed jibbenefikaw minn arranġament preferenzjali għal aċċess għas-suq li jipprovdi l-istess livell ta' preferenzi tariffarji bħal-SĠP, jew aħjar minnha. Skont l- Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament SĠP, dawn il-pajjiżi ma kinux inklużi fl-Anness II billi kienu diġà jibbenefikaw minn tali aċċess preferenzjali għas-suq. |
|
(6) |
Il-pajjiżi msemmija hawn fuq huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament SĠP bħala pajjiżi eliġibbli għall-SĠP. |
|
(7) |
Bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mill-1 ta' Ottubru 2014, il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma jibqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq mogħti mir-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Dawn il-pajjiżi huma pajjiżi eliġibbli għall-SĠP kif definit mill-Artikolu 2(c) tar-Regolament SĠP u, mill-1 ta' Ottubru 2014, jissodisfaw il-kriterji tal- Artikolu 4 tar-Regolament SĠP. Għalhekk dawn il-pajjiżi għandhom jiġu inklużi fl-Annesss II mar-Regolament SĠP b'applikazzjoni mill-1 ta' Ottubru 2014. |
|
(8) |
Il-Botswana u n-Namibja kienu klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b'introjtu medju superjuri fl-2011, il-2012 u l-2013. Madankollu, iż-żewġ pajjiżi inizjalaw aċċess preferenzjali bilaterali għas-suq mal-Unjoni, li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu sal 20 ta' Novembru 2012, iżda ma kienux applikawh. B'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 4(1)(a) ma japplikax għal dawn iż-żewġ pajjiżi sal-21 ta' Novembru 2014. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament SĠP, id-deċiżjoni li pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP tibda tapplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, bħala konsegwenza tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament SĠP, it-tneħħija tal-Botswana u n-Namibja ma tistax tkun effettiva qabel it-22 ta' Novembru 2015. B'mod konsistenti mal-aġġornament annwali tal-Anness II tar-Regolament SĠP, it-tneħħija tal-Botswana u tan-Namibja minn dak l-Anness għandha tkun effettiva mill-1 ta' Jannar 2016. Konsegwentement, il-Botswana u n-Namibja għandhom ikunu nklużi fl-Anness II tar-Regolament SĠP mill-1 ta' Ottubru 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 978/2012
L-AnnessII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jiddaħħlu fil-kolonni A u B, rispettivament:
|
|
(b) |
il-pajjiżi li ġejjin u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jitneħħew minn kolonni A u B, rispettivament:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(a) japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.
L-Artikolu 1(b) japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1).
(3) Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59).