27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/11 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2014
tat-22 ta' Lulju 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta' sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 107(1) flimkien mal-Artikolu 109(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jistipula l-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni bl-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Dik is-sistema għandha tgħin b'mod partikolari biex jintwerew il-progress u l-kisbiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tiġi vvalutata l-effettività, l-effiċjenza u r-relevanza tal-operazzjonijiet tal-FEMS; biex tikkontribwixxi għal appoġġ immirat aħjar għall-Politika Komuni tas-Sajd u Politika Marittima Integrata tal-Unjoni; biex tappoġġa proċess ta' tagħlim komuni b'rabta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u biex tipprovdi evalwazzjonijiet sodi bbażati fuq l-operazzjonijiet tal-FEMS li jikkontribwixxu għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. |
(2) |
Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jiġu definiti biex ikun żgurat li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta' evalwazzjoni xierqa. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi determinata lista ta' indikaturi komuni biex jintużaw mill-Istati Membri biex id-dejta tkun tista' tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni u l-prestazzjoni tal-FEMS tkun tista' tiġi valutata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
(3) |
Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 l-indikaturi komuni għandhom ikunu applikabbli għal kull programm u għandu jkollhom rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riżultati tal-programm. Dawn l-indikaturi komuni għandhom jintużaw ukoll għall-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(4) |
L-indikaturi komuni għandhom ikunu konformi mal-indikaturi stabbiliti fil-prijoritajiet tal-programm fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jinkludu indikaturi b'rabta man-nefqa allokata, indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mal-operazzjonijiet appoġġati u indikaturi tar-riżultati b'rabta mal-prijorità inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu wkoll indikaturi tal-kuntest b'rabta mas-sitwazzjoni tal-bidu qabel l-implimentazzjoni tal-programm. |
(5) |
L-indikaturi msemmija fl-Artikolu 107(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 huma marbuta mal-impatt tal-programm fil-livell ta' kull Prijorità tal-Unjoni u mhumiex koperti b'dan ir-Regolament. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kontenut u l-kostruzzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Is-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandha tkun magħmula minn dawn l-elementi:
(a) |
loġika ta' intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta' attenzjoni iffukata u l-miżuri kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(a) u l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; |
(b) |
il-ġabra ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; |
(c) |
id-dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar, kif stipulat fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; |
(d) |
ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, kif stipulat fl-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(e) |
il-pjan ta' evalwazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(f) |
l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-evalwazzjonijiet l-oħra kollha marbuta mal-programmi tal-FEMS, kif stipulat fl-Artikoli 115, 116 u 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 flimkien mal-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(g) |
l-eżami tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
2. Meta tkun qed tapplika l-Artikolu 97(1)(a) u l-Artikoli 114 sa 117 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, flimkien mal-Artikoli 21(1), 50, 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tuża l-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 fl-elementi differenti tas-sistema komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.
Artikolu 2
Lista ta' Indikaturi Komuni
Il-lista ta' indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
ANNESS
INDIKATURI KOMUNI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIS-SISTEMA KOMUNI TA' MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
I. INDIKATURI TAL-KUNTEST (1)
Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien
1. |
Il-flotta tas-sajd
|
2. |
Il-valur miżjud gross għal kull impjegat ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (FTE) (2) (elf euro għal kull impjegat FTE) |
3. |
Profitt nett (elf euro) |
4. |
Ir-redditu fuq l-investiment ta' assi tanġibbli fissi (3) ( %) |
5. |
Indikaturi tas-sostenibbiltà bijoloġika (4)
|
6. |
Effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/tunnellata ta' qabda żbarkata) |
7. |
Indikaturi tal-ekosistema kif definit għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)
|
8. |
Għadd ta' impjegati (FTE)
|
9. |
L-inċidenza ta' korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol
|
10. |
Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) (8)
|
Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien
1. |
Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati) |
2. |
Valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro) |
3. |
Profitt nett (elf euro) |
4. |
Volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati) |
5. |
Volum tal-produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati) |
6. |
Għadd ta' impjegati (FTE)
|
Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)
A. Miżuri ta' Kontroll
1. |
Ksur serju fl-iSM (għadd totali f'dawn l-aħħar 7 snin) |
2. |
Żbarki li huma soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %) |
3. |
Riżorsi eżistenti disponibbli għall-kontroll
|
B. Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta
L-eżekuzzjoni ta' sejħiet tad-dejta taħt id-DCF (9) ( %)
Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali
It-tul tal-kosta, il-passaġġi fuq l-ilma ewlenin u l-korpi tal-ilma ewlenin
(a) |
It-tul tal-kosta (km) |
(b) |
It-tul tal-passaġġi fuq l-ilma ewlenin(km) |
(c) |
It-tul tal-korpi tal-ilma ewlenin (km2) |
Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar
1. |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs), l-assoċjazzjonijiet tal-POs, l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat (IBOs)
|
2. |
Valur annwali (10) ta' fatturat ta' produzzjoni kummerċjalizzata tal-UE
|
Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata
1. |
Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %). |
2. |
Kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs)
|
II. INDIKATURI TA' PRESTAZZJONI
Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti) (*Indikaturi rilevanti wkoll għal proġetti tas-sajd fl-ilmijiet interni)
1. |
L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza u sħubijiet ma' xjenzati * |
2. |
Is-sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd * |
3. |
Il-valur miżjud, il-kwalità, l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-portijiet tas-sajd, is-siti tal-iżbark, is-swali tal-azzjoni u l-postijiet ta' kenn * |
4. |
Il-miżuri ta' konservazzjoni, it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u l-addattament tas-sajd għall-ħarsien tal-ispeċijiet * |
5. |
Il-waqfien permanenti |
6. |
Il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi (11) * |
7. |
L-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima * |
8. |
Il-bdil jew l-immodernizzar tal-magni * |
9. |
Il-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali, id-diversifikazzjoni u il-forom ġodda ta' introjtu, in-negozji li għadhom kemm jiftħu għas-sajjieda u s-saħħa/sikurezza* |
10. |
Waqfien temporanju |
11. |
Fondi mutwi |
Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien (Għadd ta' proġetti)
1. |
L-innovazzjoni, is-servizzi ta' konsulenza |
2. |
L-investimenti produttivi fl-akkwakultura |
3. |
Il-limitazzjoni tal-impatt tal-akkwakultura fuq l-ambjent (immaniġġjar ekoloġiku, skemi tal-awditjar, servizzi ambjentali tal-akkwakultura) |
4. |
Iż-żieda fil-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u l-miżuri dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali |
5. |
Il-promozzjoni tal-kapital uman tal-akkwakultura b'mod ġenerali u ta' bdiewa ġodda fis-settur tal-akkwakultura |
6. |
Assigurazzjoni fuq l-istokkijiet tal-akkwakultura |
Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS: Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta. (Għadd ta' proġetti)
1. |
L-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar |
2. |
L-appoġġ għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta |
Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali (Għadd ta' proġetti, minbarra 1)
1. |
Għadd ta' strateġiji lokali ta' żvilupp implimentati |
2. |
Appoġġ preparatorju |
3. |
Kooperazzjoni |
Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar (Għadd ta' proġetti, minbarra 1 u 4)
1. |
Għadd ta' organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati għall-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni |
2. |
Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni u għall-għajnuna fil-ħżin |
3. |
Proċessar |
4. |
Għadd ta' operaturi li jibbenefikaw minn skemi ta' kumpens |
Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (Għadd ta' proġetti)
1. |
Sorveljanza marittima integrata |
2. |
Il-ħarsien u t-titjib ta' għarfien dwar l-ambjent tal-baħar (12) |
III. INDIKATURI TAR-RIŻULTATI
Prijorità tal-Unjoni 1 — Il-promozzjoni ta' sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien
1. |
Bidla fil-valur ta' produzzjoni (elf euro) |
2. |
Bidla fil-valur ta' produzzjoni (tunnellati) |
3. |
Bidla fi profitti netti (elf euro) |
4. |
Bidla f'qabdiet mhux mixtieqa (13)
|
5. |
Bidla fl-effiċjenza tal-karburant ta' qabdiet tal-ħut (litri ta' karburant/EUR qabda żbarkata) |
6. |
Bidla f' % ta' flotot żbilanċjati (14) |
7. |
Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari |
8. |
Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tas-sajd jew attivitajiet komplementari |
9. |
Bidla fil-korrimenti u inċidenti b'rabta max-xogħol
|
10. |
Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 1:
|
Prijorità tal-Unjoni 2 — It-trawwim ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien
1. |
Bidla fil-volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura (tunnellati) |
2. |
Bidla fil-valur tal-produzzjoni tal-akkwakultura (elf euro) |
3. |
Bidla fi profitti netti (elf euro) |
4. |
Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura organika (tunnellati) |
5. |
Bidla fil-volum ta' produzzjoni tas-sistema ta' riċirkulazzjoni (tunnellati) |
6. |
Bidla fil-volum ta' produzzjoni tal-akkwakultura ċċertifikati taħt skemi volontarji ta' sostenibbiltà (tunnellati) |
7. |
Farms tal-akkwakultura li joffru servizzi ambjentali (għadd ta' farms) |
8. |
Impjiegi maħluqa (FTE) |
9. |
Impjiegi miżmuma (FTE) |
Prijorità tal-Unjoni 3 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS — (Il-Kontroll u l-Ġbir tad-Dejta)
A. Miżuri ta' Kontroll
1. |
L-ammont ta' każijiet ta' ksur serju identifikati (15) |
2. |
Żbarki li kienu ġew soġġetti għall-kontroll fiżiku ( %) |
B. Miżuri għall-Ġbir tad-Dejta
Żieda fil-perċentwal ta' lħiq ta' sejħiet għad-dejta ( %) (16)
Prijorità tal-Unjoni 4 — Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali
1. |
Impjiegi maħluqa (FTE) fis-settur tal-akkwakultura |
2. |
Impjiegi miżmuma (FTE) fis-settur tal-akkwakultura |
3. |
Negozji maħluqa (għadd) |
Prijorità tal-Unjoni 5 — It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar
Bidla fil-produzzjoni tal-UE b'distinzjoni bejn POs u mhux POs
(a) |
Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ f'POS (elf euro) |
(b) |
Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ f'POs (tunnellati) |
(c) |
Bidla fil-valur tal-ewwel bejgħ mhux f'POS (elf euro) |
(d) |
Bidla fil-volum tal-ewwel bejgħ mhux f'POs (tunnellati) |
Prijorità tal-Unjoni 6 — It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata
1. |
Żieda fl-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju tal-baħar tal-UE ( %). |
2. |
Bidla fil-kopertura ta' żoni protetti tal-baħar (MPAs) rilevanti għal UP 6:
|
(1) L-indikaturi tal-kuntest għandhom jiġu provduti fil-livell aggregat tal-UE.
(2) Impjieg imkejjel f'ekwivalenti full-time.
(3) Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikatur fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.
(4) Kif definit fil-linji gwida għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd. Il-valur tal-indikaturi fejn disponibbli fir-rapport tal-flotta.
(5) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(6) Indikatur 6.1.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).
(7) Dawn jistgħu jiġu derivati minn rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).
(8) Dejta dwar MPAs magħżula nazzjonalment hija inkluża fil-Bażi tad-Dejta Komuni dwar Żoni Magħżula (CDDA) miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dejta deskrittiva u spazjali għal kull żona Natura 2000 hija disponibbli fuq http://natura2000.eea.europa.eu
(9) 100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi dan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.
(10) Perjodu bażi: 2009-2011.
(11) Inklużi proġetti taħt il-miżura tal-FEMS rilevanti li jistgħu jappoġġaw l-għanijiet tal-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE.
(12) Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali.
(13) Qabdiet li jiġu żbarkati mhux għall-konsum mill-bniedem.
(14) Skont l-istimi tal-valur inizjali fil-PO tal-FEMS.
(15) Id-dejta meħtieġa se tkun disponibbli għall-Kummissjoni permezz ta' websajt li kull Stat Membri kellu jkollu installat sa mill-1.1.2012 f'konformità mal-Artikoli 93 u 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
(16) 100 % minbarra n-nuqqas li tingħata l-ġabra sħiħa ta' dejta meħtieġa fi ħdan modulu fi ħdan sejħa speċifika għad-dejta b'rabta mal-għadd ġenerali ta' sejħiet għad-dejta f' %.