27.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1013/2014

tas-26 ta' Settembru 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2014 fil-Kawża T-572/11, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill biex tinkludi lil Samir Hassan fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Samir Hassan għandu jiġi inkluż mill-ġdid fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Barra minn hekk, l-informazzjoni marbuta ma' żewġ entitajiet elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

1.   

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li tinsab fit-Taqsima A fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“48.

Samir (

Image 1

) Hassan (

Image 2

)

 

Samir Hassan huwa negozjant prominenti, qrib figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, bħal Rami Makhlouf u Issam Anbouba; minn Marzu 2014, huwa l-Viċi President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozji Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali. Barra minn hekk, huwa jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus. Għalhekk, Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jibbenifikaw minn jew li jappoġġa lir-reġim u jipprovdi appoġġ lil u jibbenefika mir-reġim Sirjan.

27.9.2014”

2.   

L-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“54.

Overseas Petroleum Trading

magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Trading SAL (Off-Shore)’

magħrufa wkoll bħala ‘Overseas Petroleum Company’

Dunant Street, Snoubra Sector, Beirut, Lebanon.

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014

55.

Tri Ocean Trading magħrufa wkoll bħala Tri-Ocean Energy

35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, Egypt, Postal Code 11431 P.O. Box: 1313 Maadi

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza bil-moħbi vjeġġi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014”