|
24.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 999/2014
tat-23 ta' Settembru 2014
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) u (5) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2022/95 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. skont investigazzjoni ulterjuri, li stabbilixxiet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri kienu emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 (3) Wara l-ewwel rieżami ta' skadenza u l-ewwel rieżami interim skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (Ir-Regolament bażiku), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 658/2002 (4), impona dazju definittiv antidumping ta' EUR 47,07 għal kull tunnellata fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. Sussegwentement, sar rieżami interim tal-ambitu tal-prodott skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u, permezz tar-Regolament (KE) Nru 945/2005 (5), dazju definittiv antidumping li jvarja bejn EUR 41,42 għal kull tunnellata u EUR 47,07 għal kull tunellata kien impost fuq l-importazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi li joriġinaw mir-Russja b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jeċċedi 80 % tal-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 , 3102 40 90 , ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 . |
|
(2) |
Wara t-tieni rieżami ta' skadenza u t-tieni rieżami interim parzjali skont l-Artikoli 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 661/2008 (6), żamm il-miżuri fis-seħħ. Id-dazju ma nbidilx, ħlief għal l-EuroChem Group (7), li għalih l-ammont fiss ta' dazju kien ivarja bejn EUR 28,88 u EUR 32,82 għal kull tunnellata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni), permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE (8), aċċettat l-offerti tal-impenji b'limitu kwantitattiv mill-produtturi Russi JSC Acron u JSC Dorogobuzh, membri ta' “Acron” Holding Company (imsemmija b'mod konġunt bħala “Acron”), u mill-EuroChem Group. Bid-Deċiżjoni 2012/629/UE (9), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn offrut mill-EurocChem Group minħabba l-imprattikabbiltà ta' dan l-impenn. |
|
(4) |
Permezz ta' sentenza tal-10 ta' Settembru 2008 (10), interpretata b'sentenza tad-9 ta' Lulju 2009 (11), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 f'dak li kien jikkonċerna JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (“Kirovo”), parti minn OJSC UCC UralChem (“UralChem” ). Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 989/2009 (12), emenda r-Regolament 661/2008 skont dan. Konsegwentement, għall-kumpanija Kirovo d-dazju antidumping (EUR 47,07 kull tunnellata) japplika biss għal importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 . |
1.2. Talba għal rieżami ta' skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (13) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni irċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet fit-28 ta' Marzu 2013 minn assoċjazzjoni tal-Unjoni ta' manifatturi tal-fertilizzanti, “Fertilizers Europe” (“l-applikant”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(6) |
It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni u rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(7) |
Wara d-divulgazzjoni, l-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti (RFPA) affermat li t-talba għal rieżami kienet appoġġjata biss minn ċertu proporzjon tal-produtturi tal-Unjoni tan-Nitrat tal-Ammonju tal-Grad ta' Ferilizzant (FGAN) u li l-produtturi tal-Unjoni tal-gradi kollha tan-nitrat tal-ammonju u ta' fertilizzanti tan-nitrat tal-ammonju oħrajn jirrappreżentaw volum tliet darbiet akbar minn dak tal-applikant. Din l-affermazzjoni madankollu hija infondata peress li l-applikant u s-sostenituri tat-talba huma produtturi tal-FGAN kif ukoll ta' prodotti oħra koperti minn dan ir-rieżami ta' skadenza. Għalhekk, it-talba ma ġietx sostnuta biss minn produtturi tal-FGAN, iżda wkoll minn produtturi ta' tipi oħra tal-prodott ikkonċernat u limitu kwantitattiv għall-bidu tar-rieżami kien issodisfat. |
1.3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
|
(8) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret fit-12 ta' Lulju 2013, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (notifika ta' bidu) (14) il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(9) |
L-RFPA ippreżentat kummenti li jikkonċernaw il-miżuri fis-seħħ u kkontestat il-legalità tagħhom qabel il-bidu tal-investigazzjoni. L-istess parti affermat ukoll li ma kienx hemm raġunijiet għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza bbażat fuq l-elementi mibgħuta qabel il-bidu lill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u ħsara jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(10) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu għal dik il-parti interessata li hija teżamina fid-dettall il-fehmiet espressi minn partijiet oħra minbarra applikanti biss wara l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(11) |
L-istess parti interessata talbet ukoll l-aċċess għat-talba ta' rieżami ta' skadenza fil-verżjoni tagħha ppreżentata fit-28 ta' Marzu 2013, kif imsemmi fl-avviż ta' bidu kif ukoll l-ittra ta' defiċenza maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-applikanti dwar it-talba tagħhom għal rieżami tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw aħjar id-drittijiet ta' difiża tagħha. Is-Servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lill-parti interessata li d-deċiżjoni biex tinbeda investigazzjoni kienet ibbażata biss fuq il-verżjoni kkonsolidata tat-talba li tintegra t-tweġiba fl-ittra ta' defiċenza. Il-verżjonijiet bikrija u l-abbozzi ma huma tal-ebda rilevanza. Għalhekk, il-fatt li ma jkunx fornut aċċess għal verżjoni inizjali u l-ittra ma jkunx qed jikser id-drittijiet tad-difiża tal-parti. Il-parti talbet lill-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ tal-Kummerċ biex tintervjeni fuq dan l-allegat ksur tad-drittijiet ta' difiża. L-Uffiċjal tas-Seduta kkonferma l-pożizzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fl-4 ta' Marzu 2014. |
|
(12) |
Il-parti interessata talbet ukoll aċċess għat-talbiet ta' rieżami ta' skadenza marbuta ma' żewġ proċedimenti differenti oħra. Il-parti sostniet li dawn it-talbiet ġew miċħuda bħala infondati u li l-aċċess għal dawk id-dokumenti għandu jippermettilha li tqabbel iċ-ċirkostanzi taż-żewġ każijiet bir-rieżami pendenti, tifhem l-analiżi tal-Kummissjoni tas-suffiċjenza tat-talba f'kull każ u b'hekk teżerċita d-drittijiet ta' difiża tagħha b'mod adegwat. Il-parti rċeviet il-kjarifiki kollha mis-servizzi tal-Kummissjoni, u l-Uffiċjal tas-Seduta kkonferma l-pożizzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fl-4 ta' Marzu 2014. |
1.4. L-investigazzjoni
1.4.1. Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(13) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni u tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2013 (“il-perjodu kkunsidrat”). |
|
(14) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA sostniet li meta mqabbel mal-perjodu preċedenti ta' rieżami ta' skadenza li wassal għar-Regolament Nru 661/2008, kien hemm bidla mhux ġustifikata fil-metodoloġija billi l-perjodu kkunsidrat f'dak ir-rieżami kien itwal. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanza allegata mill-RFPA ma tikkwalifikax bħala bidla fil-metodoloġija għall-fini tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi nnutat li ġej. Il-prattika tal-Kummissjoni hija li l-perjodu kkunsidrat normalment ikopri l-PIR u tliet snin kalendarji preċedenti, sakemm il-PIR innifsu ma jkunx ikopri parti konsiderevoli tas-sena kalendarja ta' qabel. Fis-sitwazzjoni tal-aħħar, jistgħu eċċezzjonalment jiġu kkunsidrati erba' snin kalendarji. Dan kien il-każ fir-rieżami tal-iskadenza preċedenti. Għalhekk l-affermazzjoni hija miċħuda. |
1.4.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(16) |
Fl-avviż ta' bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati għal kuntatt biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-Russja (“il-pajjiż ikkonċernat”), lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri u l-utenti, il-kummerċjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jipparteċipaw. |
|
(17) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkumentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. |
1.4.3. Kampjunar
|
(18) |
Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(a)
|
(19) |
Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi ta' produzzjoni fl-Unjoni u l-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-PIR. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi Franza, il-Litwanja, il-Polonja u r-Renju Unit (15), li jirrappreżentaw madwar 42 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 41 % tal-bejgħ tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju. |
|
(20) |
Parti interessata affermat li kampjun magħżul provviżorjament tal-produtturi tal-Unjoni għandu jinkludi biss produtturi ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 kif kien inizjalment previst mir-Regolament (KE) Nru 2022/95, u mhux ukoll produtturi ta' fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 , kif previst mir-Regolament (KE) Nru 945/2005. |
|
(21) |
Ir-raġuni għal din l-affermazzjoni kienet li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-348/05, imsemmija fil-premessa 4, annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 li estendiet l-ambitu tal-prodott meta mqabbel mal-investigazzjoni inizjali. |
|
(22) |
Din l-affermazzjoni mhijiex fondata. Is-sentenza inkwistjoni annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 biss sa fejn huwa kkonċernat produttur esportatur wieħed Russu. Għall-produtturi Russi l-oħra kollha l-ambitu tal-prodott applikabbli jibqa' dak speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 945/2005. Fi kwalunkwe każ, il-produtturi kollha fil-kampjun tal-Unjoni jipproduċu nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 . Fertilizzanti solidi elenkati taħt il-kodiċijiet NM oħrajn huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni u huma sempliċiment ir-riżultat ta' attivitajiet jew ta' taħlit kimiku addizzjonali biex joħolqu fertilizzanti komposti, imsemmija wkoll “fertilizzanti stabbilizzati” jew “taħlitiet”, taħt il-kundizzjonijiet li l-kontenut tan-nitroġenu jaqbeż 28 % fil-piż jew tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut li jaqbeż it-80 % fil-piż. |
|
(23) |
Għalhekk, il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(b)
|
(24) |
Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati li jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-avviż ta' tnedija. |
|
(25) |
L-ebda importatur mhux relatat ma wieġeb għall-formola ta' kampjunar u ebda teħid ta' kampjuni ma kien għalhekk meħtieġ. |
(c)
|
(26) |
Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-Russja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-avviż ta' tnedija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni Permanenti tar-Russja għall-Unjoni biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(27) |
Tmien produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Matul il-PIR, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni saru prinċipalment taħt impenji li kienu ġew aċċettati. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' produtturi li jesportaw li setgħu jkunu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli. Dawn il-produtturi kellhom l-akbar volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet totali. Dawn inkludew żewġ kumpaniji li kellhom bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni taħt l-impenji matul il-PIR. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma saru l-ebda kummenti. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost u l-partijiet kollha interessati kienu għalhekk infurmati dwar l-aħħar kampjun magħżul. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni għażlet dawn l-erba' kumpaniji fil-kampjun:
|
|
(29) |
Il-kampjun irrappreżenta 88 % tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni mir-Russja fil-volum (lejn l-Unjoni u lil pajjiżi terzi) matul il-PIR, fuq il-bażi tar-risposti għall-formoli tat-teħid tal-kampjuni. |
1.4.4. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika
|
(30) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil produtturi esportaturi Russi kollha li kienu talbuhom kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali li għamlu lilhom infushom magħrufin fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-notifika ta' bidu. |
|
(31) |
Ġew irċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba' produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun u mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Assoċjazzjoni waħda tal-kummerċ li tirrappreżenta lill-utenti, jiġifieri National Farmers' Union of England and Wales (NFU), ipprovdiet tweġiba parzjali għall-kwestjonarju. |
|
(32) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi Russi, Acron biss pprovdiet tweġiba kompluta għall-kwestjonarju. It-tliet kumpaniji l-oħra fil-kampjun — EuroChem, UralChem u SBU Azot — ipprovdew biss risposti parzjali, li jillimitaw ruħhom għad-dejta dwar il-kapaċità, iċ-ċifri tal-bejgħ aggregat fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika u ċerta informazzjoni dwar l-ispejjeż tagħhom ta' produzzjoni. Dawn ir-risposti parzjali ma jippermettux lill-Kummissjoni tivverifika bis-sħiħ id-dejta tal-bejgħ tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tagħhom ta' produzzjoni. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-tliet produtturi esportaturi kkonċernati dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku rigward l-informazzjoni li huma naqsu li jipprovdu, u użaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu mill-uffiċjal tas-seduta. Barra minn hekk, fl-iżvelar speċifiku għal kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun ikkonċernat, il-Kummissjoni indikat liema dejta pprovduta minn kull kumpanija hija kienet użat fl-analiżi tagħha u liema dejta hi kkunsidrat li ma kinitx kompluta u għalhekk kienet użat “il-fatti disponibbli” skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni użat iċ-ċifri tal-bejgħ aggregat fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika minflok ċifri dettaljati fuq bażi ta' listi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni. |
|
(34) |
Barra minn hekk, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-importaturi, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Importazzjoni tal-Fertilizzanti (“EFIA”) talbet biex tiġi rikonoxxuta bħala parti interessata f'isem il-membri tagħha u ssottomettiet kummenti bil-miktub. Tliet importaturi individwali indikaw li temmew kull importazzjoni ta' fertilizzanti li joriġinaw mir-Russja. |
|
(35) |
Il-preżentazzjonijiet bil-miktub waslu wkoll minn diversi assoċjazzjonijiet tal-utenti, b'mod partikolari l-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali fl-UE (COPA)/il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-UE (COGECA), NFU, u mill-assoċjazzjonijiet Franċiżi AFCOME (Association Française de Commercialisation et de Mélange d'Engrais) u AGPB (Association Générale des Producteurs de Blé et Autres Céréales). |
|
(36) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta' dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni
Il-produtturi esportaturi fir-Russja
L-imporatur relatat
|
1.5. Id-divulgazzjoni
|
(37) |
Fit-13 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienet fi ħsiebha tipproponi li żżomm fis-seħħ il-miżuri ta' antidumping u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw. Il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq. |
|
(38) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA irrepetiet li n-numru ta' allegati irregolaritajiet proċedurali kienu seħħew matul ir-rieżami, u nnotat ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess għal verżjoni inizjali ta' talba mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta' Marzu 2013 kif ukoll l-għoti tal-aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali allegatament qabel iż-żmien. |
|
(39) |
Rigward it-talba għal aċċess it-talba inizjali għar-rieżami, is-servizzi tal-Kummissjoni spjegaw diversi drabi bil-miktub u bil-fomm, inkluż f'laqgħat ippreseduti minn Uffiċjal tas-Seduta, ir-raġunijiet għaliex din it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata skont il-qafas legali applikabbli. |
|
(40) |
Fir-rigward tal-għoti ta' aċċess allegatament qabel il-waqt, għall-fajl mhux kunfidenzjali, il-Kummissjoni tqis li anki jekk din l-affermazzjoni tkun ġustifikata, id-drittijiet tad-difiża tal-REPA ma ġewx affettwati. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddivulgat lill-REPA fi żmien tajjeb il-fatti essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tkompli l-miżuri u tat lill-RFPA biżżejjed żmien biex tirreaġixxi. It-tieni nett, qabel din id-divulgazzjoni, l-RFPA kellha aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali kollu. |
|
(41) |
L-RFPA affermat ukoll li “kuntrarjament għal prattika standard”, il-laqgħat li saru bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u r-rikorrenti f'Mejju u f'April 2014 ma kinux irreġistrati fil-fajl mhux kunfidenzjali u li d-dejta limitata mressqa mir-rikorrenti f'Mejju 2014 ma kinitx akkumpanjata minn sommarju adegwat mhux kunfidenzjali. |
|
(42) |
Hija prattika standard li partijiet interessati li talbu smigħ jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-fomm u jakkumpanjawhom b'sottomissjonijiet bil-miktub. Verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' dawn is-sottomissjonijiet huma mdaħħla fil-fajl miftuħ għal spezzjoni u jkun disponibbli għal kwalunkwe parti interessata oħra. Dawn id-dokumenti jirreġistraw il-laqgħat u s-smigħ li jsir mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni hija miċħuda bħala fattwalment skorretta. |
|
(43) |
Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dejta limitata sottomessa f'Mejju 2014 ma setgħetx tiġi ppreżentata b'mod differenti mingħajr ma tikxef sigrieti kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni. B'hekk, din l-allegazzjoni ukoll ma tistax tiġi milqugħa. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(44) |
Il-prodott ikkonċernat minn dan ir-rieżami huwa l-istess bħall-prodott definit fir-Regolament (KE) Nru 661/2008, jiġifieri fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 , 3102 40 90 , ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 u li joriġinaw mir-Russja (minn hawn 'il quddiem “AN” jew “il-prodott ikkonċernat”). Madankollu, fir-rigward tal-AN prodott minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo) hu biss l-AN li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li huwa l-prodott konċernat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009. |
|
(45) |
Il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-AN huwa gass, li jammonta għal 70 % sa 80 % tal-ispejjeż totali tal-produzzjoni. L-estensjoni tal-ambitu tal-prodott fl-2005 kellha l-għan li tkopri wkoll nitrat tal-ammonju li miegħu żdied il-fosforu u/jew nutrijenti tal-potassju, billi nstab li dawn it-taħlitiet kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess proprjetajiet agronomiċi. |
|
(46) |
Għandu jiġi nnutat li l-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 (rispettivament, “nitrat tal-ammonju għajr f'soluzzjonijiet fl-ilma” u “taħlitiet ta' nitrat tal-ammonju mal-karbunat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż”) jistgħu jinkludu AN użat għal skopijiet industrijali (bħal produzzjoni ta' splussivi) kif ukoll użat għal skopijiet agrikoli. Iż-żewġ tipi għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi, li jistgħu faċilment ikunu interkambjabbli u huma kkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat. |
|
(47) |
Wara d-divulgazzjoni, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet Russi sostnew li l-estensjoni tal-ambitu tal-prodott li saret fl-2005 hija inkonsistenti mal-Ftehim Antidumping tad-WTO minħabba li ma setgħet saret l-ebda determinazzjoni ta' dumping, ħsara u rabta kawżali fir-rigward tal-prodotti addizzjonali koperti mill-estensjoni tal-2005. |
|
(48) |
Dan l-ilment huwa infondat għar-raġunijiet diġà msemmija fil-premessa 22 u għalhekk hu miċħud. |
2.2. Il-prodott simili
|
(49) |
Bħal f'investigazzjonijiet preċedenti, instab li l-AN prodott u mibjugħ fis-suq intern fir-Russja u l-AN esportat lejn l-Unjoni mir-Russja għandhom l-istess karatteristiċi u użijiet bażiċi fiżiċi u tekniċi. Għalhekk, huma prodotti simili għall-għanijiet tal-investigazzjoni attwali fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(50) |
L-AN prodott mill-industrija tal-Unjoni fejn jidħlu l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi huwa prodott simili għall-AN esportat lejn l-Unjoni mir-Russja. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING
3.1. Il-kummenti preliminari
|
(51) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping. |
3.2. Dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR
|
(52) |
Kif indikat fil-premessa 32 hawn fuq, wieħed biss mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (Acron) ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Madankollu, kif stipulat fil-premessa 3, fl-2008 il-Kummissjoni aċċettat impenn dwar prezz offrut minn Acron, li kien għadu fis-seħħ matul il-PIR. Minħabba l-eżistenza tal-impenn fuq il-prezz, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Acron matul il-PIR kienu ddeterminati b'dak l-impenn fuq il-prezz li jiffissa prezz minimu tal-importazzjoni. Konsegwentement, dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma kinux ikkunsidrati bħala element affidabbli fl-evalwazzjoni ta' jekk id-dumping ikunx probabbli li jkompli jew li jerġa' jseħħ jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. |
|
(53) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA argumentat li dan ifisser li l-Kummissjoni sabet li effettivament ma hu qed iseħħ l-ebda dumping. Dan mhux preċiż. Peress li l-produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun, bl-eċċezzjoni ta' Acron, ma kkooperawx b'mod sħiħ, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed dejta biex tagħmel kalkoli tad-dumping fuq il-bażi tad-dejta tal-kumpaniji nfushom. Għall-Acron setgħet wettqet kalkolu ta' dumping, iżda kif ġie spjegat fil-premessa 52, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dejta ma kinitx affidabbli għall-fini ta' dan ir-rieżami tal-iskadenza. |
|
(54) |
Acron sostniet li l-argument tal-Kummissjoni li l-prezzijiet reali tagħha fl-UE mhumiex affidabbli minħabba l-eżistenza tal-impenn fuq il-prezzijiet, u għalhekk ma jistgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit prezz għall-esportazzjoni, kien illegali. Madankollu, dan ma kienx l-argument tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma ddikjaratx li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ma setgħux bħala tali jintużaw minħabba l-impenn fuq il-prezz, iżda kkonkludiet li dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu meqjusa bħala element mhux affidabbli għall-analiżi tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' din l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-prezzijiet tal-esportazzjoni bbażati fuq impenn fuq il-prezz bħala indikatur sinifikanti għall-analiżi ta' mġiba futura ta' produtturi esportaturi fin-nuqqas ta' miżuri u kwalunkwe impenn fuq il-prezz. |
|
(55) |
Kuntrarju għal dak li ġie argumentat minn Acron, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-UE ma jistgħux jitqiesu li huma biss ir-riżultat ta' kundizzjonijiet tas-suq normali. Matul il-PIR sħiħ, l-Acron kienet l-uniku produttur esportatur Russu li bbenefika minn impenn fuq il-prezz, il-produtturi esportaturi Russi l-oħra kollha kienu suġġetti għad-dazji. Dawn l-elementi definittivament affettwaw il-pożizzjoni kompetittiva ta' Acron bħala l-uniku fornitur Russu tas-suq tal-UE. |
3.3. Il-probabilità ta' rikorrenza tad-dumping
|
(56) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 52 sa 55, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm evidenza ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Hi analizzat il-fatturi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni mir-Russja lejn destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-Russja bħala pajjiż sħiħ u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħrajn. |
3.3.1. L-esportazzjoni mir-Russja lejn destinazzjonijiet oħra
|
(57) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prezz tal-esportazzjoni medju peżat mill-fabbrika tal-Acron lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi bħal Brażil, il-Kolombja u l-Perù matul il-PIR kien aktar baxx milli l-prezz mill-fabbrika medju domestiku attwali mħallas jew li jitħallas matul il-PIR. L-Acron għalhekk biegħet bi prezzijiet ta' dumping lejn swieq ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari lejn il-Brażil, is-suq tal-esportazzjoni prinċipali bil-kbir tal-pajjiżi terzi. |
|
(58) |
Għat-tliet produtturi esportaturi oħrajn fil-kampjun Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-prezz tagħhom medju peżat mill-fabbrika lejn pajjiżi terzi bħal Brażil, il-Perù, il-Kolombja, l-Ukraina u l-Każakistan għal kull wieħed mit-tlieta ġie inqas mill-prezz medju peżat mill-fabbrika mħallas jew pagabbli matul il-PIR u għalhekk kien mibjugh ukoll bi prezzijiet ta' dumping. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq dejta vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi Russi, li ammontat għal madwar 80 % tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Għaldaqstant, ma kienx hemm lok għall-Kummissjoni li tirrikorri għall-istatistika tal-esportazzjoni Russa, kif issuġġeriet l-RFPA. Il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-erba' produtturi esportaturi fil-kampjun lejn pajjiżi terzi saru b'livell ta' prezz sostenibbli matul il-PIR. |
|
(59) |
L-RFPA argumentat li d-dejta disponibbli fid-dokument ta' divulgazzjoni jissuġġerixxi li sa fejn għandha x'taqsam il-Eurochem, ma hemm l-ebda dumping jew, l-aktar l-aktar, dumping de minimis. L-argument mhuwiex f'loku. L-għan ta' din l-analiżi mhuwiex li jiġi kkalkulat eżatt il-marġni ta' dumping tal-Eurochem, iżda li jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mir-Russja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dan il-kuntest, l-investigazzjoni żvelat li, anki għall-Eurochem, il-prezzijiet medji mill-fabbrika lejn pajjiżi terzi kienu aktar baxxi minn prezzijiet medji mill-fabbrika domestiċi tagħhom u għalhekk kienu mibjugħa bi prezzijiet ta' dumping. Il-politika tal-ipprezzar tal-Eurochem għall-bejgħ lejn pajjiżi terzi (bejgħ għall-esportazzjoni taħt il-prezzijiet domestiċi) huwa fattur rilevanti invokat għad-determinazzjoni globali li x'aktarx se jkun hemm rikorreza ta' dumping lejn l-UE jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(60) |
L-RFPA argumentat li l-ebda metodoloġija xierqa ma ntużat fil-kalkoli tad-dumping. Kif spjegat, il-Kummissjoni ma kkalkulatx il-marġini tad-dumping iżda sempliċement ipparagunat il-prezzijiet medji domestiċi mill-fabbrika mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-fabbrika fuq il-bażi tad-dejta rrappurtata mill-kumpaniji fil-kampjun. F'probabbiltà ta' rikorrenza ta' analiżi ta' dumping m'hemmx bżonn li jiġi kkalkolat marġini ta' dumping preċiż, u għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex jintużaw il-valuri CIF, kif issuġġeriet l-RFPA. |
|
(61) |
L-RFPA argumentat li l-Kummissjoni ma qabblitx il-prezzijiet fuq il-bażi tal-prodott, u li ma kien sar ebda aġġustament tal-livell tal-kummerċ. Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni u sabet differenza simili fil-prezz anke jekk il-paragun kien ikun sar fuq il-livell tal-prodott. Il-livell ta' aġġustamenti kummerċjali fi kwalunkwe każ ma setax isir, peress li l-kumpaniji fil-kampjun, ħlief Acron, parzjalment biss ikkooperaw u ma pprovdewx dejta dettaljata biżżejjed, b'mod partikolari fil-listi dettaljati ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni. Għaldaqstant dan l-argument ġie miċħud. |
|
(62) |
Il-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PIR ma setax jintuża biex jiddetermina l-imġiba ġejjiena tat-tliet produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun għar-raġunijiet li ġejjin. Matul il-PIR, il-Eurochem, l-Acron, esportat biss skont l-impenn fuq il-prezz. Il-EuroChem kellha bejgħ lejn l-Unjoni biss matul il-perjodu li kellha impenn fis-seħħ, filwaqt li ma kellha l-ebda bejgħ wara li l-impenn ġie irtirat fil-11 ta' Ottubru 2012 mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni 2012/629/UE. Sa fejn għandhom x'jsaqmu l-SBU Azot u l-UralChem, huma ma bigħux il-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PIR. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni ma qisitx li hu meħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-bejgħ domestiku sarx fl-andament normali tal-kummerċ. Fil-fatt il-prezzijiet domestiċi attwali diġà juru li l-bejgħ tal-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, eżami tal-profitabbiltà tal-bejgħ domestiku, bil-konsegwenza potenzjali li jkun hemm bżonn li jinħadem il-valur normali (fuq il-bażi ta' kostijiet u qligħ raġonevoli) jekk tali bejgħ jinstab li jkun qed jagħmel it-telf, seta' jwassal biss għal żieda tal-valur normali, u b'hekk tal-marġni ta' dumping misjuba għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi. |
|
(64) |
Fil-kuntest ta' rieżami tal-iskadenza u l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping, huwa suffiċjenti li jiġi stabbilit li huwa probabbli li jerġa' jseħħ dumping jekk il-miżuri jiskadu. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni ma ratx il-bżonn li jiġu analizzati l-profitabilità fil-bejgħ domestiku u, għaldaqstant, ma ġietx ivvalutata l-affidabbiltà tal-ispejjeż tal-produzzjoni skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(65) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-produtturi esportaturi Russi bħalissa jbigħu l-prodott ikkonċernat bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping lil pajjiżi terzi fl-Amerika Latina, tal-Ewropa tal-Lvant, l-Afrika u l-Asja. Matul il-PIR, il-prezz ta' esportazzjoni medju mill-fabbrika ta' erba' produtturi esportaturi fil-kampjun kien ta' EUR 201/tunnellata lil pajjiżi terzi, filwaqt li l-prezz domestiku medju mill-fabbrika kien EUR 221/tunnellata. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu revokati, il-produtturi Russi li jesportaw se jbigħu wkoll lejn l-Unjoni f'livelli dumped. |
|
(66) |
L-RFPA affermat li paragun tal-prezzijiet domestiċi Russi mal-prezzijiet Russi tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huwa bla sens. Madankollu, il-Kummissjoni tqis f'dan ir-rigward li dawn il-prezzijiet huma indikatur importanti fil-valutazzjoni ta' kif l-esportazzjonijiet futuri lejn l-Unjoni x'aktarx jiżviluppaw f'każ li l-miżuri jiskadu, peress li l-esportazzjonijiet Russi lejn il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi mhumiex soġġetti għal dazji antidumping. B'mod partikolari fin-nuqqas ta' dejta affidabbli dwar l-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni matul il-PIR, kif spjegat fil-premessa 52, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma element importanti f'din il-valutazzjoni ġenerali. |
|
(67) |
Il-gvern Russu u l-Acron argumentaw f'dan ir-rigward li l-kontinwazzjoni tal-miżuri diġà hija illegali bbażata fuq il-fatt li dawn il-miżuri ġew imposti, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008, fl-ewwel lok bl-użu tal-metodoloġija tal-aġġustament allegatament illegali tal-gass biex jinħadem il-valur normali. |
|
(68) |
Kif stabbilit fil-premessa 63, f'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li jiġi stabbilit jekk il-bejgħ domestiku sarx fl-andament ordinarju tal-kummerċ bil-konsegwenza potenzjali li l-valur normali kellu jinħadem. Kif l-Acron ġustament saħqet fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni, dan ma jipprekludix il-bini tal-valur normali, inklużi l-aġġustamenti meħtieġa, fejn xieraq fi kwalunkwe investigazzjonijiet futuri. |
3.3.2. Kapaċitajiet żejda
|
(69) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-kapaċità żejda tal-produtturi Russi magħrufa fuq il-bażi segwenti. Id-dejta dwar il-kapaċità żejda għal erba' kumpaniji fil-kampjun kienu bbażati fuq it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, ikkoreġuti fejn meħtieġ wara ż-żjarat ta' verifika. Għall-impjanti li jipproduċu kemm nitrat tal-ammonju użat bħala fertilizzant u nitrat tal-ammonju użat għal skopijiet industrijali (bħal produzzjoni ta' splussivi), l-hekk imsejħa “nitrat tal-ammonju b'densità baxxa”, li huwa wkoll il-prodott ikkonċernat kif stipulat fil-premessa 46, il-kapaċità żejda totali tagħhom kienet ġiet ikkunsidrata. Bl-istess mod, il-kapaċità żejda ta' impjanti li jipproduċu biss nitrat tal-ammonju użat għal skopijiet industrijali ġiet ikkunsidrata wkoll. Barra minn hekk, il-kapaċità żejda totali ta' Kirovo ġiet inkluża fil-kalkolu tal-kapaċità żejda peress li l-kapaċità żejda ta' tipi oħra ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tal-miżuri antidumping (16) tista' faċilment tiġi użata għall-produzzjoni ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 . |
|
(70) |
Mill-ħames produtturi Russi li jifdal kumpanija waħda pprovdiet lill-Kummissjoni bi tweġiba individwali dwar il-kapaċità żejda tagħha. Għall-bqija, id-dejta ġiet ipprovduta mill-RFPA. |
|
(71) |
Fejn iċ-ċifri tal-produzzjoni attwali sottomessi minn produtturi Russi mhux fil-kampjun kienu ogħla mill-kapaċità rapportata, il-produzzjoni attwali ttieħdet bħala bażi biex tiġi ddeterminata l-kapaċità attwali. F'dawk il-każijiet, il-kapaċità rapportata kienet tikkonċerna l-kapaċitajiet nominali (li hija l-kapaċità prevista tal-impjanti) li ma ġewx ikkoreġuti wara li l-impjanti kellhom aġġornament li rriżulta f'żieda tal-kapaċità tagħhom. |
|
(72) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet li matul il-PIR, il-produtturi esportaturi Russi kellhom total ta' 9 592 000 tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni reali tagħhom (inkluż in-nitrat tal-ammonju użat għal skopijiet industrijali u tipi oħra ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tal-miżuri antidumping (17)) kienet ta' 8 519 105 tunnellata. |
|
(73) |
Konsegwentement, u kuntrarjament għall-allegazzjonijiet mill-RFPA li l-kapaċità installata tal-produtturi esportaturi tiġi utilizzata kompletament, matul il-PIR produtturi esportaturi kellhom 1,07 miljun tunnellata ta' kapaċità żejda. Din il-kwantità tikkorrispondi għal 16,9 % tal-konsum tal-Unjoni (fuq il-bażi stabbilita ta' konsum ta' 6,35 miljun tunnellata matul il-PIR, ara taqsima 5.1 hawn taħt). |
|
(74) |
Madankollu, il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll fil-kuntest tal-analiżi prospettiva tagħha li wara l-PIR il-kapaċità se tkompli tiżdied b'madwar 472 000 tunnellata minħabba l-installazzjoni ta' kapaċitajiet ġodda minn uħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-kapaċità żejda totali b'hekk tammonta għal 24,3 % tal-konsum tal-Unjoni. |
|
(75) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA tenniet li ma teżisti l-ebda kapċità żejda jew tal-anqas li l-Kummissjoni jmissha tanalizza l-fatt li ma tezisti l-ebda kapaċità żejda nominali. Ukoll, l-RFPA ma qablitx li kapaċitajiet ġodda nbnew wara l-PIR. |
|
(76) |
L-RFPA u l-produtturi esportaturi Russi rrappurtaw il-kapaċità installata tagħhom fuq il-bażi tal-kapaċità teoretika nominali, li f'xi każijiet ma qisitx l-aħħar aġġornamenti. Dan kien ċar għall-Kummissjoni wara ż-żjarat ta' verifika, u ġie kkunsidrat. Kif enfasizzat ġustament l-RFPA fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni, ġiet aċċettata l-kapaċità nominali rrappurtata għall-produtturi Russi mhux inklużi fil-kampjun, għall-produtturi Russi mhux inklużi fil-kampjun li pproduċew inqas mill-kapaċità rapportata. Għall-produtturi oħra mhux inklużi fil-kampjun, fejn iċ-ċifri tal-produzzjoni attwali rrappurtati kienu ogħla mill-kapaċità rapportata, il-produzzjoni attwali ttieħdet bħala bażi biex tiġi ddeterminata l-kapaċità reali. Għal tliet produtturi mhux fil-kampjun, li ma ssottomettew l-ebda dejta dwar il-kapaċità u l-produzzjoni, ġiet użata d-dejta tal-RFPA. |
|
(77) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra dan bħala approċċ ċar u koerenti meta tistabbilixxi l-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-produtturi Russi tal-prodott ikkonċernat. Għall-kuntrarju ta' dak li ġie allegat, l-istess metodoloġija kienet applikata għall-produtturi kollha. Jekk il-produzzjoni attwali kienet ogħla mill-kapaċità nominali rrappurtata, pereżempju minħabba aġġornament ta' faċilitajiet ta' produzzjoni, il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni għaliex tali kapaċità addizzjonali bħala fatt ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni peress li huwa ovvju li l-kapaċità nominali mhijiex preċiża. L-argument li metodoloġija bħal din mhijiex komuni fis-suq, kif allegat, mhuwiex ikkunsidrat bħala raġuni biex il-produzzjoni attwali tad-dejta tiġi ttraskurata. Barra minn hekk, il-mod li bih tiġi kkualkulata l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, kif ġie ppreżentat mill-RFPA, huwa irrilevanti fid-determinazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-produtturi Russi. |
|
(78) |
Għall-kuntrarju ta' dak li ġie allegat mill-RFPA, in-nuqqas ta' użu ta' kapaċitajiet nominali rrappurtat f'xi każijiet u s-sostituzzjoni tagħhom b'dejta ta' produzzjoni, fil-biċċa l-kbira vverifikata, ma jfissirx li l-Kummissjoni applikat il-kunċett tal-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-kapaċità, il-Kummissjoni għamlet użu sħiħ tad-dejta pprovduta mill-produtturi Russi nfushom, iżda applikat metodoloġija għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' produzzjoni, fejn mhux biss il-kapaċità nominali iżda wkoll il-produzzjoni u l-kapaċità attwali kienu ġew ikkunsidrati. Din il-metodoloġija ġiet stipulata f'dokument ta' informazzjoni ġenerali, u r-riżultat tal-applikazzjoni ta' din il-metodoloġija, għal kull kumpannija u anke għal kull impjant, ġie ddivulgat lill-kumpaniji kkonċernati. Għaldaqstant, fid-determinazzjoni tal-kapaċità totali tal-produzzjoni, il-Kummissjoni għamlet biss l-użu ta' dejta li ġiet ipprovduta minn produtturi Russi u l-RFPA. Id-dejta rilevanti kollha ġiet ipprovduta u ma kien hemm ebda bżonn li wieħed jirrikorri għal sorsi oħra ta' dejta f'dan ir-rigward. |
|
(79) |
B'mod ġenerali, fir-rigward tal-produtturi li ma ġewx spezzjonati, ġiet użata d-dejta dwar il-kapaċità u l-produzzjoni rrappurtati minn dawn il-produtturi fit-tweġibiet tagħhom. L-RFPA ipprovdiet kummenti dwar il-kalkolu tal-kapaċità ta' ċerti kumpaniji u impjanti. Kien argumentat li, rigward il-produttur Uralchem Kirovo, il-volum tal-produzzjoni fil-PIR, kif stipulat fid-dokument ta' żvelar, ma kienx korrett. Il-Kummissjoni aċċettat dan il-punt u minflok użat il-volum ta' produzzjoni kif imsemmi fis-sottomissjoni wara d-divulgazzjoni. Tqies ukoll ir-rapport tekniku dwar il-kapaċità, ipprovdut matul iż-żjara fl-impjanti, li kien relatat ma' produzzjoni massima tal-AN li ntlaħqet mill-impjant ikkonċernat kif irrilevat ġustament l-RFPA. Rigward il-produttur Uralchem Berezniki, fil-kalkolu tal-kapaċità kien użat in-numru ta' għaxart ijiem għall-manutenzjoni kif irrappurtat minn din il-kumpanija matul iż-żjara ta' verifika. Kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni dwar waqfiet addizzjonali ma kinux sostanzjati u dehru li kienu ibbażati fuq id-dejta ta' kumpanija oħra. Għalhekk dawn il-kummenti ġew rifjutati. |
|
(80) |
Bl-istess mod, kummenti dwar ċerti restrinġimenti fil-proċess ta' produzzjoni ta' impjanti oħra, ma kinux issostanzjati, ma setgħux jiġu vverifikati u għalhekk ma kinux ikkunsidrati lanqas. Rigward impjant wieħed partikolari, ir-restrinġiment deher li kien marbut mal-produzzjoni tal-aċidu nitriku. Madankollu, anki jekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-allegata produzzjoni massima tal-aċidu nitriku, xorta jkun possibbli li tintlaħaq il-kapaċità kif stabbilita mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies il-fatt li sabiex tiġi prodotta tunnellata metrika waħda ta' AN hi meħtieġa inqas minn tunnellata waħda ta' aċidu nitriku. |
|
(81) |
Sa fejn għandha x'taqsam iż-żieda fil-kapaċità wara l-PIR, l-RFPA argumentat li ż-żieda ta' kapaċità fir-rigward ta' produttur wieħed li għamel investiment relatat mal-linja ta' produzzjoni ġdida kienet sopravvalutata. Madankollu, il-Kummissjoni bbażat il-kapaċità mbassra fuq it-traduzzjoni bl-Ingliż ta' rapport tekniku fir-rigward ta' din il-linja ta' produzzjoni ġdida, li ġiet ipprovduta mill-kumpannija waqt iż-żjara ta' verifika fuq il-post tal-kumpanija, u għalhekk meqjusa bħala affidabbli. |
|
(82) |
L-Acron argumentat li ma għandhiex kapaċità żejda sinifikanti, l-aktar minħabba diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess għall-materja prima. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-materja prima ma kinitx tinuża biss biex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat imma wkoll ħafna prodotti oħrajn. Fid-dawl ta' dan l-użu wiesa' u, skont dan, il-possibbiltà li jinbidel faċilment l-użu tal-materja prima għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, dawn l-allegati diffikultajiet ma kinux ikkunsidrati bħala element li jillimitaw il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(83) |
L-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessi preċedenti wasslet lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li teżisti kapaċità żejda sinifikanti. L-argumenti mressqin mill-RFPA u l-Acron ma setgħux jiġu ssostanzjati u huma miċħuda. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni tqis li, kieku l-miżuri attwali kellhom jitneħħew, tal-inqas parti minn din il-kapaċità żejda x'aktarx li tintuża u tiġi indirizzata lejn swieq tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(85) |
L-ewwel nett, xi wħud mill-akbar swieq potenzjali għall-esportazzjoni tal-AN fid-dinja (bħall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Awstralja) jibqgħu protetti minn miżuri tal-antidumping mill-esportazzjonijiet Russi. Barra minn hekk, is-suq taċ-Ċina jibqa' magħluq għall-importazzjoni tal-AN. Għalhekk il-produtturi Russi aktarx ma jkunux jistgħu jew addirittura ma jesportawx lejn dawn is-swieq. |
|
(86) |
Fit-22 ta' Mejju 2014, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti ppubblika r-riżultati preliminari tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Antidumping (18) li jipproponi li Acron u Eurochem ma jieħdu l-ebda dazju għall-esportazzjonji tal-AN lejn l-Amerika. Madankollu, anki jekk din il-proposta kellha tiġi kkonfermata, id-dazji fis-seħħ bħalissa se jibgħu japplikaw għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha mir-Russja. Barra minn hekk, skont it-taqsima 751(a)(2) tal-Att tat-Tariffi tal-Istati Uniti tal-1930, kif emendat (l-Att) it-tneħħija tad-dazji għall-Acron u Eurochem se jkun applikabbli biss għal sena u se jiġu mbagħad soġġetti għal rieżami annwali amministrattivi ieħor, u jista' jkun, skont l-eżitu ta' dak ir-rieżami, li d-dazji antidumping jerġgħu jiddaħħlu. Fl-aħħar, is-suq tal-Istati Uniti tal-AN użat bħala fertilizzant kien qed jonqos matul l-aħħar deċennju minħabba żieda fir-rekwiżiti ta' sigurtà u n-nuqqas ta' ħeġġa mid-distributuri li jkomplu jimmaniġġaw l-AN (19). Barra minn hekk, minħabba l-estrazzjoni tal-gass shale, li beda f'dawn l-aħħar snin, il-produtturi tal-AN tal-Istati Uniti issa għandhom aċċess għal gass orħos. Għalhekk, huwa probabbli li Acron u EuroChem se jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija u jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu ishma sostanzjali tas-suq fl-Istati Uniti. |
|
(87) |
L-RFPA argumentat li d-destinazzjonijiet ewlenin tal-esportazzjoni l-oħra tal-AN Russu, bħall-Amerika Latina (b'mod partikolari l-Brażil), l-Eġittu u t-Turkija se jiżdiedu b'mod sinifikanti sal-2017 meta mqabbel mal-2012. Huma kkwotaw rapport li jbassar żieda globali bi 15 % tad-domanda tal-AN għall-Brażil, l-Eġittu, il-Perù, it-Turkija, l-Ekwador u l-Kolombja meħuda flimkien. Din iż-żieda hija ugwali għal 749 000 tunnellata (jiġifieri minn 4,851 miljun tunnellata metrika fl-2012 għal 5,6 miljun tunnellata fl-2017), li hija żieda medja ta' 149 800 tunnellata fis-sena. Madankollu, dan huwa biss ta' 9,7 % tal-kapaċità żejda annwali stmata tal-produtturi Russi. L-applikant iddikjara li l-konsum miżjud f'dawk il-pajjiżi se jkun parzjalment meħud minn produzzjoni domestika futura hekk kif il-pajjiżi inkwistjoni allegatament għandhom numru ta' proġetti biex jibnu l-kapaċità tagħhom stess fil-produzzjoni tal-AN jew feritilizzanti oħra bbażati fuq in-nitroġenu. Irrispettivament minn jekk dawk il-proġetti tassew jiġux realizzati u jekk jedħux f'idejhom mill-inqas b'mod parzjali ż-żieda fil-konsum, il-Kummissjoni tqis li l-konsum previst fil-pajjiżi inkwistjoni huwa f'livell li jippermetti biss l-assorbiment parzjali ta' kapaċità żejda tal-produtturi Russi. |
|
(88) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA argumentat li l-Kummissjoni ma qisitx żidiet fil-konsum fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi tal-AN Russu, b'mod partikolari fir-reġjun tal-ex Unjoni Sovjetika (FSU). Madankollu, f'wieħed mis-swieq ewlenin f'dak ir-reġjun, l-Ukraina, huma fis-seħħ ukoll dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet Russi. F'Lulju tal-2014, id-dazji ġew estiżi għal perjodu ta' ħames snin u l-livell tad-dazji tela' b'mod sinifikanti. Għalhekk dan is-suq qed iwaqqaf terġa' aktar importazzjonijiet tal-AN mir-Russja. |
|
(89) |
Barra minn hekk, il-livell tal-prezz fi swieq oħra, bħal pereżempju fil-Kazakistan, huwa tali li jkun aktar attraenti għal produtturi esportaturi Russi li jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni. Dawn is-swieq ukoll, huma ferm iżgħar mis-suq tal-Unjoni. Pereżempju, il-konsum fil-Każakistan huwa anqas minn 4 % tal-konsum fl-Unjoni. |
|
(90) |
Barra minn hekk, ġie argumentat li t-tkabbir proġettat ta' destinazzjonijiet tal-esportazzjoni ewlenin oħrajn ma ġiex ikkalkulat b'mod korrett. Madankollu, id-dejta użata kienet ibbażata fuq ir-rapport indipendenti ċċitat fil-premessa 87. Anke jekk din id-dejta tidher li hi sottovalutata kif allegat, it-tkabbir previst fid-domanda xorta jista' faċilment jiġi ssodisfat bl-użu ta' biss parti mill-kapaċità żejda tal-produtturi Russi. |
|
(91) |
It-tieni, is-suq domestiku mhux probabbli li jassorbi l-kapaċità żejda. L-RFPA argumentat li, skont l-istess rapport, il-konsum fir-Russja wkoll għadu qawwi, u huwa mbassar li jiżdied fil-ġejjieni, u l-produtturi Russi primarjament se jippruvaw jissodisfaw is-suq domestiku. L-RFPA rrepetiet dan l-argument wara d-divulgazzjoni. Madankollu matul il-PIR, il-bejgħ domestiku kien jirrappreżenta 53 % tal-bejgħ totali tal-produtturi Russi u ż-żieda mbassra bi 3 % kull sena għall-5 snin li ġejjin (medja ta' madwar 120 000 tunnellata fis-sena) tista' tkun koperta faċilment mill-kapaċità żejda li l-produtturi Russi diġà għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Iż-żieda annwali proġettata tikkostitwixxi inqas minn 7,8 % tal-kapaċità żejda annwali stmata tal-produtturi Russi wara l-PIR. Barra minn hekk, iż-żieda futura fil-konsum hija biss previżjoni u tista' ma sseħħx jew tkun b'ritmu aktar kajman minħabba li, skont l-istess rapport, kien hemm varjazzjonijiet sinifikanti tal-konsum domestiku li seħħew f'dawn l-aħħar ħames snin meta mqabbel mal-konsum tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi (20). |
|
(92) |
It-tielet, l-Unjoni tibqa' l-aktar suq importanti tal-AN fid-dinja, peress li huwa responsabbli għal madwar 18 % tal-konsum globali. Il-viċinanza ġeografika tagħha mar-Russja kif ukoll il-fatt li ċerti esportaturi Russi kienu kanali ta' distribuzzjoni stabbiliti sew fl-Unjoni jiffaċilitaw loġistikament l-esportazzjonijiet. |
|
(93) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA sostniet li l-allegati ostakoli tekniċi għall-kummerċ għal dħul tal-AN Russu fl-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati, jiġifieri l-projbizzjoni tal-bejgħ (fil-Ġermanja) jew ir-regolamentazzjoni stretta dwar il-ħażna f'ċerti Stati Membri oħra. Madankollu, bil-kontra ta' dak li ssostni l-RFPA, dawk il-limitazzjonijiet japplikaw kemm għall-esportaturi minn pajjiżi terzi kif ukoll għall-produtturi tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju u ma jaffettwax b'mod sproporzjonat l-importazzjonijiet. Barra dan, dawk il-limitazzjonijiet ma kellhomx impatt fuq l-attrattività ġenerali fis-suq tal-Unjoni, peress li jibqa' fost l-ikbar fid-dinja f'termini ta' konsum. Għalhekk il-Kummissjoni tirrifjuta din l-affermazzjoni. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-produtturi Russi jiddisponu minn kapaċità żejda sinifikanti li x'aktarx tintuża għal esportazzjonijiet addizzjonali sostanzjali lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.3.3. Inċentivi biex il-volumi tal-bejgħ jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni
|
(95) |
Il-livell tal-prezz fl-Unjoni bħalissa huwa ħafna ogħla minn f'pajjiżi terzi ewlenin attwalment fornuti mir-Russja u fis-suq domestiku Russu. Matul il-PIR, il-medja tal-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika (EUR 201/tunnellata) lejn il-pajjiżi terzi u l-medja tal-prezz domestiku mill-fabbrika (EUR 221/tunnellata) mill-erba' produtturi esportaturi fil-kampjun kienu rispettivament 34 % u 27 % aktar baxxi mill-medja tal-prezzijiet mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (EUR 303/tunnellata) (ara t-Tabella 7) u wkoll orħos mill-medja tal-prezzijiet mill-fabbrika tal-importazzjonijiet mir-Russja lejn l-Unjoni (ara t-Tabella 2) u minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni (ara t-Tabella 3). |
|
(96) |
Jekk il-miżuri jitħassru, il-prezzijiet tal-Unjoni x'aktarx jonqsu bħala riżultat ta' żieda fil-provvista ta' importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi. Madankollu, invista tal-lakuna sinifikanti bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' produtturi esportaturi Russi lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet iċċarġjati matul il-PIR fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi esportaturi Russi, il-produtturi esportaturi minn pajjiżi terzi u l-produtturi tal-Unjoni, jidher improbabbli li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni se jaqgħu għal-livell attwalment osservat fis-swieq ta' pajjiżi terzi, li l-produtturi Russi jesportaw lejhom. Għaldaqstant huwa probabbli li l-produtturi esportaturi jistinkaw biex jiksbu marġini ta' profitt ogħla billi jbiegħu fl-Unjoni. Bħala riżultat, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi jkollhom inċentiv li jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni attwali tagħhom lejn pajjiżi terzi (li jammontaw għal madwar 3,4 miljun tunnellata fil-PIR ekwivalenti għal aktar minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni) lejn l-Unjoni (21). |
3.4. Konklużjoni
|
(97) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fit-Taqsima 3.3, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u ta' żieda sostanzjali tal-kwantitajiet esportati lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. |
4. ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
|
(98) |
L-industrija tal-Unjoni kienet definita bħala l-produtturi magħrufa tal-NA fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(99) |
Kif indikat fil-premessa 19, intgħażel kampjun li jikkonsisti minn erba' kumpaniji. Il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun ikkooperaw u bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju fi ħdan l-iskadenzi u saritilhom żjara matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, Fertilisers Europe pprovdiet dejta addizzjonali li tikkonċerna l-kapaċità, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-produtturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u l-istimi għall-bqija tal-produtturi. Fejn kien possibbli, il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni ma' dejta pprovduta minn partijiet interessati oħra u/jew dejta disponibbli pubblikament. |
|
(100) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA ilmentat li l-kampjun magħżul mill-Kummissjoni ma kienx rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. L-affermazzjoni hija bbażata fuq l-allegazzjoni li l-istess indikaturi ekonomiċi (b'mod partikolari l-profitabbiltà) jvarjaw bejn il-kumpaniji fil-kampjun u l-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali. |
|
(101) |
Din l-affermazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. L-erba' kumpaniji inklużi fil-kampjun intgħażlu oġġettivament fuq il-bażi tal-volum tagħhom ta' produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. L-iskop tat-teħid ta' kampjuni huwa li jippermetti lis-servizzi tal-Kummissjoni biex iwettqu investigazzjoni dettaljata ta' ċerti fatturi ta' ħsara għal parti rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni fiż-żmien disponibbli. Il-fatt li xi indikaturi tal-ħsara jistgħu jvarjaw bejn il-kumpaniji fil-kampjun u l-industrija totali tal-Unjoni ma jagħmilx il-kampjun rappreżentattiv. Minħabba li d-dejta tal-produtturi fil-kampjun ġiet ivverifikata fuq il-post fl-istabbilimenti tal-kumpaniji kkonċernati, din hija kkunsidrata bħala dejta affidabbli. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa 145, l-industrija tal-Unjoni nstab li ma kinitx f'sitwazzjoni ta' ħsara matul il-PIR. |
|
(102) |
Barra minn hekk, l-RFPA affermat li xi wħud mill-kumpaniji fil-kampjun naqsu milli jikkoperaw mal-Kummissjoni billi ma pprovdewx ċerta dejta jew li pprovdew biss dejta parzjali u skorretta. Bħala konsegwenza, l-RFPA talbet biex dik id-dejta ma tiġix invokata sabiex jinġibdu konklużjonijiet dwar l-istat tal-industrija tal-Unjoni u li għandhom jinġibdu konklużjonijiet sfavorevoli minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, jew minflok jintużaw l-indikaturi għall-industrija kollha tal-Unjoni. |
|
(103) |
Din l-affermazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Il-Kummissjoni hija sodisfatta mad-dejta mogħtija mill-kumpaniji fil-kampjun, li ġiet verifikata fuq il-post fl-istabbilimenti tal-kumpaniji kkonċernati u tifforma parti affidabbli mill-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5. IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI
5.1. Konsum fl-Unjoni
|
(104) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum apparenti tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant u (ii) importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bbażati fuq dejta estratta mill-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) (22). |
|
(105) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati metriċi)
|
||||||||||||||||||||
|
(106) |
Bejn l-2010 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 11 %, minkejja l-fatt li l-produzzjoni tal-prodott agrikolu ma naqsitx bl-istess mod. Hemm tliet raġunijiet ewlenin għal tali tnaqqis. L-ewwel nett, it-tifrix ta' tagħmir u tekniki tjiebu u bħala konsegwenza ċertu kwantità ta' fertilizzanti hija meħtieġa għal kull metru kwadru tal-art. It-tieni, it-tnaqqis ta' konsum huwa kkumpensat permezz tal-użu ta' fertilizzanti oħra bħal nitrat tal-ammonju tal-kalċju jew fertilizzanti komposti. It-tielet, tħassib dwar is-sikurezza u regoli stretti dwar il-produzzjoni u l-ħżin ta' nitrat tal-ammonju li jiskoraġġixxi l-użu ta' dan il-prodott. |
|
(107) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA talbet informazzjoni addizzjonali dwar is-sorsi tad-dejta dwar il-konsum iddivulgati mill-Kummissjoni u saret seduta ta' smigħ ippreseduta mill-Uffiċjal tas-Seduta fis-26 ta' Ġunju 2014. Sussegwentement, l-RFPA affermat li d-dejta pprovduta mill-applikant kienet ġiet ippreżentata fi stadju tardiv wisq tal-proċedura, ma kinitx ivverifikata u inkoerenti ma' dejta pprovduta preċedentement mill-applikant. Barra minn hekk, l-RFPA affermat li dik id-dejta probabbilment ma inkludietx dejta dwar nitrat tal-ammonju tekniku u dwar taħtlitiet ta' nitrati tal-ammonju ma' sustanzi oħra fertilizzanti jew mhux fertilizzanti, peress li dawn kienu differenti minn dejta simili disponibbli għall-applikant u pprovduta lill-membri tagħha. Għalhekk, dawn għandhom jiġu injorati u għandhom jintużaw l-aħjar fatti disponibbli minflok. |
|
(108) |
Din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx. Il-Kummissjoni għamlet użu mid-dejta pprovduta mill-applikant għall-bejgħ fl-UE u kkontroverifikat din id-dejta mad-dejta vverifikata tal-produtturi fil-kampjun. Għal dawk iċ-ċifri, id-dejta dwar l-importazzjonijiet ġew miżjuda biex ikun stabbilit il-konsum fl-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li din id-dejta hija affidabbli. |
|
(109) |
L-RFPA affermat ukoll li l-bażi tal-kalkolu tal-Kummissjoni tal-konsum totali tal-Unjoni huwa baxx wisq, u li, fuq il-bażi ta' rapport ippubblikat minn analista tas-suq indipendenti, il-konsum qed jiżdied u mhux jonqos. B'mod aktar speċifiku, id-dejta meħuda minn dan ir-rapport dwar id-domanda tal-Unjoni għall-FGAN u EGAN (Nitrat tal-Ammonju fil-Grad ta' Splussiv) għall-2010 taqbel mad-dejta tal-Kummissjoni fir-reġjun ta' 7.1 miljun tunnellata, iżda d-dejta ta' qabel tiżdied aktar milli tonqos matul is-snin ta' wara. |
|
(110) |
Din l-affermazzjoni hija infondata peress li l-Kummissjoni użat id-dejta reali mogħtija mill-applikant li kienet parzjalment vverifikata kif ukoll l-istatistika disponibbli u tqis din id-dejta bħala affidabbli. |
5.2. Volum, Prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja
|
(111) |
Il-volumi, l-ishma fis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-Russja żviluppaw kif muri hawn taħt: Tabella 2 Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq u prezzijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(112) |
Il-volum ta' importazzjonijiet mir-Russja żdied b'aktar minn 20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom zdied b'aktar minn 30 %, minn 2,3 % fl-2010 għal 3,1 % fil-PIR. Il-prezzijiet CIF evolvew minn 201 għal EUR 264/tunnellata metrika matul il-perjodu kkunsidrat. Meta titqabbel il-medja tal-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni Russa lejn l-Unjoni bi prezzijiet medji mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR, jidher li l-prezzijiet Russi qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Il-prezz medju mill-fabbrika tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-PIR kien ta' 303 euro kull tunnellata. Madankollu, kif indikat fit-Taqsima 3, kważi kull produttur esportatur li biegħ il-prodott ikkonċernat matul il-PIR kellu impenn fuq il-prezz u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-UE ġew iddeterminati minn dawk l-impenji fuq il-prezz li ffissaw il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni. Għaldaqstant, dawn il-prezzijiet għall-esportazzjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indikatur affidabbli sabiex iwettqu l-kalkolu affidabbli u sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezz |
|
(113) |
Wara l-id-divulgazzjoni, l-RFPA ikkummentat li l-kalkoli tal-Kummissjoni dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-sottokwotazzjonijiet huma żbaljati, peress li jeħtieġu ħafna aġġustamenti (għal dazji ordinarji tad-dwana, l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, differenzi fil-prodott, l-imballaġġ, u l-livell tal-kummerċ). L-RFPA ikkummentat ukoll li, meta mqabbel mar-rieżami tal-iskadenza preċedenti fl-2002, kien hemm bidla fil-metodoloġija rigward l-użu ta' aġġustamenti. L-RFPA issuġġerixxiet ulterjorment li l-prezzijiet tal-bejgħ f'esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' produttur Russu li mhux qed jibbenefika minn impenn kif ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' produttur Russu eżentat mid-dazji ta' antidumping għandhom jintużaw għall-għan ta' kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(114) |
F'dan ir-rigward huwa biżżejjed li wieħed ifakkar li l-Kummissjoni ma għamlet ebda l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tas-sottokwotazzjoni għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (112). Għaldaqstant dawn l-affermazzjonijiet huma infondati. |
5.3. Volum, prezzijiet u sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(115) |
Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul il-perjodu kkunsidrat jidher fit-tabella ta' hawn taħt. It-tendenzi fil-kwantitajiet u fil-prezzijiet li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat. Tabella 3 Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq u prezzijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(116) |
L-AN huwa importat l-aktar mill-Ukraina, il-Ġeorġja u s-Serbja. Il-miżuri antidumping fis-seħħ kontra importazzjonijiet tal-AN mill-Ukraina skadew fl-2012. Il-volum totali tal-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi, għajr ir-Russja, naqas, is-sehem mis-suq tagħhom baqa' fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u 'il fuq mis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Russi. Dan jista' jkun spjegat mit-tnaqqis fil-konsum fuq l-istess perjodu. Il-prezzijiet medji ġenerali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied skont l-istess xejra għall-prezzijiet Russi u l-prezzijiet tal-Unjoni. |
5.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(117) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(118) |
Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' indikaturi (produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u l-rkupru minn dumping tal-imgħoddi) u indikaturi makroekonomiċi (il-prezzijiet medji tal-unità, kostijiet tal-unità, kostijiet lavorattivi, inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital). Tal-ewwel huma bbażati fuq dejta pprovduta mill-applikant fl-ewwel talba għal rieżami u f'sottomissjonijiet sussegwenti u mill-istatistika u jirrigwardaw il-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Tal-aħħar huma bbażati fuq dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u ġew verifikati matul l-investigazzjoni. |
5.4.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(119) |
Ir-rieżami attwali ta' skadenza kkonferma s-sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti li l-ġbir ta' dejta preċiża u affidabbli dwar il-kapaċità u l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hija eżerċizzju kumpless. Fertilizzant solidu jinkiseb fl-impjant tal-partikulazzjoni (torri tal-ippelitjar) wara l-produzzjoni tat-tidwib/likur tan-nitrat tal-ammonju permezz ta' proċess ta' sinteżi kimika. It-tidwib/likur jista' jintuża biex jiġi prodott il-prodott solidu iżda wkoll prodotti oħra downstream, bħal nitrat tal-ammonju tal-kalċju. Barra minn hekk, il-prodott solidu jista' jintuża bħala fertilizzant iżda wkoll għal skopijiet industrijali. Jista' jkun hemm distorsjonijiet statistiċi minħabba l-eżistenza ta' impjanti għal skopijiet varji li jistgħu jaqilbu malajr il-produzzjoni għal jew minn fertilizzanti oħra. Ir-rata baxxa ta' użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat għalhekk hija indikatur inqas sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(120) |
Fid-dawl ta' dawn ir-riżervi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(121) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat baqgħet relattivament stabbli bejn l-2010 u l-PIR, fir-reġjun ta' 7 miljun tunnellata. |
|
(122) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet ukoll fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu. Il-kapaċità ta' produzzjoni rrappurtata mill-industrija tal-Unjoni tqis it-totali tal-kapaċità ta' produzzjoni, mhux biss għall-prodott konċernat imma wkoll prodotti oħra. Fil-fatt, l-ammont reali ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-AN huwa konsiderevolment ogħla meta dawn il-prodotti l-oħra huma kkunsidrati. Pereżempju, fuq il-bażi tad-dejta vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-użu tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat kien ta' madwar 20 punti perċentwali ogħla (minn 72 % fl-2010 għal 68 % tul il-PIR). |
5.4.2. Volum ta' bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir
|
(123) |
Il-volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati u s-sehem mis-suq żviluppaw tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 5 Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(124) |
Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas bi 12 % matul il-PIR meta mqabbel mal-volumi mibjugħa fl-2010. Dan l-iżvilupp huwa skont ix-xejra ġenerali ta' tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 106. |
|
(125) |
Peress li kemm il-bejgħ u l-konsum naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli u għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma esperjenzat l-ebda tkabbir. |
5.4.3. L-impjiegi u l-produttività
|
(126) |
Ibbażat fuq dejta vverifikata mill-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun l-impjiegi u l-produttività żviluppaw tul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(127) |
Matul il-perjodu kkunsidrat in-numru ta' impjegati fl-erba' kumpaniji fil-kampjun naqas (bi 12 % meta mqabbel mal-2010 u mal-PIR). Peress li dan it-tnaqqis kien ogħla mit-tnaqqis tal-produzzjoni, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 7 % bejn l-2010 u l-PIR. |
5.4.4. Id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
|
(128) |
Kif imsemmi fil-premessa 52, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping attwali peress li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi kienu bbażati fuq l-impenji fuq il-prezz minimi u għalhekk mhux affidabbli biex titwettaq valutazzjoni xierqa ta' jekk id-dumping ikunx probabbli li jkompli jew jerġax iseħħ jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. |
|
(129) |
Kif juru l-marġinijiet attwali tal-profitt (tabella 10 hawn taħt) u s-sehem kbir tas-suq (tabella 5) l-industrija tal-Unjoni rkuprat minn prassi preċedenti ta' dumping. |
5.4.5. Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi
|
(130) |
Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(131) |
Il-medja tal-bejgħ nett tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, żdied b'mod sostanzjali bejn l-2010 u l-2012, iżda naqas ftit matul il-PIR. |
|
(132) |
Il-medja tal-kostijiet tal-produzzjoni żdiedet ukoll, prinċipalment minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-gass li huwa l-input ewlieni. |
5.4.6. Il-kostijiet lavorattivi
|
(133) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(134) |
L-ispejjeż lavorattivi medji għal kull impjegat kienet xejra li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat. L-iktar żieda sinifikanti seħħet bejn l-2010 u l-2011, filwaqt li bejn l-2012 u l-PIR kienet tikkonsisti fi 3 punti perċentwali. |
5.4.7. Inventarji
|
(135) |
Livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(136) |
L-istokk tal-għeluq għall-ewwel żdied b'mod sinifikanti fl-2011 u l-2012 meta mqabbel mal-2010 u mbagħad naqas b'10 % matul il-PIR meta mqabbel mal-2010. Meta mqabbel mal-livell tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq segwa l-istess xejriet mill-2010 tal-PIR. |
5.4.8. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.
|
(137) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redittu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(138) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. |
|
(139) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppat minn 11,7 % fl-2010 għal 14,4 % fil-PIR. F'dan ir-rigward, l-applikant afferma li l-profitt fil-mira għall-analiżi għandu jqis il-ħtieġa għal din l-industrija ta' kapital intensiv ħafna biex jinkiseb ritorn sodisfaċenti fuq il-kapital użat (ROCE) kif mistenni mill-investituri. Din l-affermazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata għaliex il-profitt fil-mira għall-analiżi għandu jkun limitat għall-profitt li l-industrija tal-Unjoni tista' tistenna li tikseb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(140) |
Il-likwidità netta hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-likwidità żdiedet bi 82 % bejn l-2010 u l-PIR, għalkemm matul il-PIR kien ftit inqas milli fl-2011 u l-2012 (13 u 5 punti perċentwali inqas rispettivament). |
|
(141) |
L-investimenti segwew tendenza ta' tnaqqis. It-tnaqqis kien iktar sinifikanti fl-2011 u l-2012, iżda kien jammonta biss għal 4 % fin-negattiv matul il-PIR meta mqabbel mal-2010. L-investimenti kienu prinċipalment marbuta biex jiżguraw konformità ma' aktar u aktar rekwiżiti ambjentali stretti. |
|
(142) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt fil-perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti. Dan segwa ġeneralment ix-xejra ta' profittabbiltà matul il-perjodu kollu meqjus. |
|
(143) |
L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi tal-Unjoni meħuda bħala kampjun biex jiksbu l-kapital. |
5.5. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(144) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 ikkonkluda li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet ta' ħsara u li l-eżistenza ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja kienet ir-raġuni prinċipali għal tali sitwazzjoni pożittiva. |
|
(145) |
Is-sejbiet ta' dan ir-rieżami tal-iskadenza jikkonferma l-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni preċedenti. Bejn l-2010 u l-PIR, l-indikaturi ekonomiċi kienu ugwalment pożittivi. Il-konsum tal-Unjoni naqas u l-importazzjonijiet mir-Russja żdiedu, iżda l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm sehem sinifikanti tas-suq u biex tkompli żżid il-profitabbiltà tagħha għalkemm il-profitti fl-2012 u l-PIR kienu inqas milli fl-2011, hekk li jindika xejra ta' tnaqqis. L-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu, prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-gass (il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat), imma l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu wkoll u ppermettew lill-industrija tal-Unjoni li tikseb livell ta' kundizzjoni tajba ta' profittabbiltà. |
|
(146) |
Kif spjegat fil-premessi 119 u s-segwenti, id-dejta dwar l-użu tal-kapaċitajiet ma jistgħux jiġu invokati biex isiru konklużjonijiet deċiżivi dwar l-istat tal-industrija tal-Unjoni, u kollox ma' kollox, wieħed jista' jikkonkludi li b'mod ġenerali l-industrija tal-Unjoni qiegħda fi stat tajjeb, mhix qed tbati minn ħsara minħabba l-esportazzjonijiet Russi tal-AN minħabba l-eżistenza tal-miżuri antidumping. |
|
(147) |
Wara d-divulgazzjoni,l-RFPA, u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet Russi, argumentaw li l-istat pożittiv tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-esportazzjonijiet tagħha lejn pajjiżi terzi, isostni l-konklużjoni li mhemm l-ebda rikorrenza tal-ħsara materjali. Il-Kummissjoni tqis madankollu li s-sitwazzjoni ekonomika pożittiva attwali tal-industrija tal-Unjoni, inkluż il-volum ta' bejgħ bl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, ma tipprekludix awtomatikament li s-sitwazzjoni tista' tinbidel fil-futur jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. |
6. IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA
|
(148) |
Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-esportazzjonijiet mir-Russja lejn is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. |
|
(149) |
L-analiżi ffokat fuq ix-xejriet tal-konsum tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi Russi. |
6.1. Il-konsum fl-Unjoni
|
(150) |
Il-konsum tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni naqas bi 11 % fil-PIR meta mqabbel mas-snin ta' qabel. Dan it-tnaqqis fil-konsum tal-prodott ikkonċernat huwa xprunat mill-użu ta' fertilizzanti oħrajn, użu aktar effiċjenti tal-AN mill-bdiewa u t-tħassib dwar is-sigurtà u s-sikurezza. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tikkompeti ma' prodotti Russi f'suq li qiegħed jiċkien. Min-naħa l-oħra, huwa probabbli li din teżerċita pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet. |
|
(151) |
Wara d-divulgazzjoni, u kif imsemmi fil-premessa 109, l-RFPA ma qablitx mal-konklużjoni li l-konsum tal-prodott ikkonċernat fl-UE se jonqos fil-ġejjieni. Madankollu, ir-rapport li rreferiet għalih l-RFPA isemmi rkupru marġinali fid-domanda għall-fertilizzanti tan-nitroġenu, u mhux neċessarjament żieda tal-konsum tal-prodott ikkonċernat. Ir-rekwiżiti ambjentali u ta' sikurezza dejjem aktar stretti li japplikaw għall-ħażna u għall-użu ta' Nitrat tal-Ammonju, flimkien mal-livell ta' maturità li ntlaħaq minn ċerti swieq u tekniki ta' tferrix aktar u aktar effettivi jindikaw li, anki f'każ ta' żieda fil-konsum tal-fertilizzanti, u b'mod partikolari fil-konsum ta' fertilizzanti tan-nitroġenu, il-konsum tal-prodott ikkonċernat mhux se jiżdied fil-futur prevedibbli. Għalhekk, l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
6.2. Kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-ipprezzar
|
(152) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet matul il-PIR, il-kapaċità żejda Russa li tammonta għal aktar minn 16,9 % tal-konsum totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat (ara l-premessi minn 73 sa 74). Dik il-kapaċità żdiedet aktar wara l-PIR u issa hija stmata għal madwar 24,3 % tal-konsum tal-Unjoni. |
|
(153) |
Din il-kapaċità żejda, fin-nuqqas tal-miżuri, fil-probabbiltà kollha tkun utilizzata biex jiġu prodotti kwantitajiet sostanzjali addizzjonali ta' AN għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-produtturi Russi diġà jesportaw nofs il-produzzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi. Il-konsum domestiku fir-Russja huwa mistenni li jiżdied fil-ġejjieni bi 3 % fuq bażi annwali. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn swieq ta' pajjiżi terzi huma sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet attwali tal-Unjoni. Jekk il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kellhom jibqgħu f'livell sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet f'dawk is-swieq tal-pajjiżi terzi ladarba l-miżuri jiskadu, il-produtturi Russi se jkollhom inċentiv qawwi mhux biss biex jużaw il-kapaċità żejda tagћhom għas-suq tal-Unjoni, iżda wkoll biex jidderieġu mill-ġdid uħud mill-esportazzjonijiet attwali tagћhom lejn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(154) |
Barra minn hekk, hemm limiti addizzjonali ta' esportazzjonijiet Russi lejn pajjiżi terzi. Xi wħud mill-akbar swieq potenzjali tal-esportazzjoni tal-AN (iċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Awstralja) huma inaċċessibbli għal esportazzjonijiet Russi (ara l-premessa 85). L-iffissar possibbli ta' dazji żero għal żewġ produtturi Russi fl-Istati Uniti għal sena (ara l-premessa 86) huwa improbabbli li jwassal għal bidla sinifikanti ta' esportazzjonijiet Russi lejn l-Istati Uniti, peress li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fl-Istati Uniti naqsu u huma mistennija li jibqgħu f'livell baxx minħabba ż-żieda tal-esplorazzjoni tal-gass tax-shale u r-restrizzjonijiet eżistenti għall-esportazzjoni tiegħu li jżommu l-prezz domestiku tal-gass fl-Istati Uniti baxx (ara wkoll premessa 86). Is-suq taċ-Ċina għadu magħluq għall-importazzjoni tal-AN. Il-konsum tal-AN fis-swieq kurrenti tal-esportazzjoni mir-Russja (l-aktar l-Amerika Latina partikolarment il-Brażil) mistenni jikber imma l-kapaċità żejda Russa hija aktar mid-doppju taż-żieda prevista fil-konsum f'dawk is-swieq, u mhux probabbli li dan il-konsum żejjed mistennili jittieħed (kompletament) mill-produtturi Russi. Għadd ta' swieq tal-esportazzjoni Russi tradizzjonali, bħalma huma l-Eġittu, it-Turkija, il-Perù u l-Brażil, wkoll qed jibnu l-kapaċità tagħhom għall-produzzjoni tal-AN jew ta' fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu oħra (ara l-premessa 87). |
|
(155) |
Fi kwalunkwe każ, is-suq tal-Unjoni huwa aktar attraenti mill-Amerika Latina minħabba l-prossimità ġeografika u l-eżistenza ta' kanali ta' distribuzzjoni stabbiliti sew. Fil-fatt, il-kostijiet sostanzjalment orħos għat-trasport jipprovdu lill-esportaturi Russi bi profitt ogħla li, minħabba l-għażla, se jippreferu jbigħu fl-Unjoni, sakemm il-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni jibqgħu ogħla minn dawk f'pajjiżi terzi. |
|
(156) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezz mhux ta' ħsara matul il-PIR għall-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-kost tal-produzzjoni (stabbilit abbażi tad-dejta vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun stabbiliti fit-Tabella 7), flimkien ma' SG&A u l-profitt fil-mira. |
|
(157) |
Abbażi tad-dejta vverifikata mill-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, SG &A huwa bejn 5 u 8 % tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-profitt fil-mira għal din l-industrija huwa ta' 8 % kif stabbilit f'investigazzjoni preċedenti. (23) |
|
(158) |
Fuq il-bażi ta' dawk iċ-ċifri, matul il-PIR il-prezz mhux ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni jvarja bejn EUR 257/tunnellata u EUR 264/tunnellata. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni tinnota li wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi Russi suġġetti għall-garanzija fil-prezz matul il-PIR biegħu l-prodott konċernat bi prezz ogħla mill-prezz minimu tal-importazzjoni taħt l-impenn. Min-naħa l-oħra, it-tieni produttur esportatur — li kien soġġett għall-impenn għal perjodu ta' żmien limitat biss matul il-PIR — biegħ taħt il-prezz minimu tal-importazzjoni. F'dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex ċar kif huma se jiffissaw il-prezzijiet tagħhom jekk l-impenji jiskadu flimkien mad-dazji tal-antidumping. Huwa nnotat ukoll li l-kwantitajiet involuti għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi ma kinux sinifikanti fil-PIR. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li produtturi Russi oħrajn x'aktarx li jerġgħu jidħlu fis-suq tal-UE fin-nuqqas ta' miżuri, li se jżid pressjoni fuq il-prezz kompetittiv tas-suq, inkluż fuq żewġ produtturi li jesportaw, li għalihom kienu fis-seħħ impenji matul il-PIR. |
|
(160) |
Wieħed mill-elementi deċiżivi għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara hu b'liema prezzijiet x'aktarx ikunu dawk l-esportazzjonijiet addizzjonali minn kumpaniji li mhumiex soġġetti għal impenn ta' prezz. Matul il-PIR, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn pajjiżi terzi kienu fil-medja ta' EUR 201/tonnellata jew 34 % aktar 'l isfel mill-medja attwali tal-prezz li bih il-produtturi tal-Unjoni jbigħu fl-Unjoni. Dawk il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi huma, kif affermat fil-premessa 58, fuq livell sostenibbli. Huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Russi minn kumpaniji li mhumiex soġġetti għal impenn ta' prezz, fin-nuqqas ta' miżuri antidumping, jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezz medju aktar baxx minn dak tal-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi kif ukoll taħt dak ta' importazzjonijiet mir-Russja taħt l-impenn, li huma fl-ogħla livell ta' prezz mhux ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni. Inkella, dawn ma jkunux jistgħu jiksbu sehem tas-suq addizzjonali. Peress li l-livell tal-prezzijiet attwali tal-importazzjonijiet Russi attwalment taħt l-impenn fuq il-prezz għal wieħed mill-produtturi esportaturi jikkorrispondi għall-parti ta' fuq tal-livell tal-prezzijiet mingħajr ħsara, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha bħalissa, tqis li huwa probabbli li dawk l-importazzjonijiet addizzjonali se jseħħu f'livell li jagħmel ħsara. Minkejja l-livell attwali tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni, prezzijiet probabbli bħal dawn se jpoġġu f'riskju l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikseb il-profitt normali li tista' tistenna li tikseb fl-assenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(161) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RPFA sostniet li t-tqabbil bejn il-prezzijiet Russi tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-Unjoni huwa bla sens, peress li għandu jsir paragun bejn bejgħ lill-istess swieq u b'aġġustamenti xierqa għal dazji, livell ta' kummerċ, eċċ. |
|
(162) |
Din l-affermazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Il-Kummissjoni mhix tasserixxi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet Russi se waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b'34 %. Il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li l-livelli tal-prezzijiet illi bihom l-esportazzjonijiet Russi se jidħlu fl-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri se jkunu taħt il-livell tal-kost tal-manifattura tal-Unjoni flimkien ma' marġni ta' profitt raġonevoli u għalhekk ikunu ta' ħsara. Dawk il-livelli tal-prezzijiet xorta jkunu aktar attraenti għall-esportaturi Russi mil-livell attwali ta' prezzijiet tal-bejgħ għal swieq terzi. Għalhekk, l-iżvijar ta' flussi kummerċjali attwali huwa probabbli li jseħħ. |
|
(163) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kost attwali tal-produzzjoni, u għalhekk il-prezz attwali mingħajr ħsara huwa improbabbli li jonqos fi żmien qasir, minħabba t-tendenza ta' żieda fl-ispiża tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat (ara t-Tabella 7). Tabilħaqq, l-investigazzjoni ma kixfitx indikazzjonijiet li din it-tendenza aktarx tbiddel. |
|
(164) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA enfasizzat li jum qabel id-divulgazzjoni huma kienu pprovdew informazzjoni dwar il-kostijiet dejjem jonqsu tal-gass fl-Unjoni. L-RFPA semmiet b'mod partikolari d-dejta pprovduta minn pubblikazzjoni ewlenija tas-suq ta' fertilizzant li rrapportat: il-prezzijiet taċ-ċentri ta' distribuzzjoni tal-UE bil-prezzijiet tas-suq tal-gass Olandiż “Title Transfer Facility” (TTF) minflok il-prezzijiet mhux rappreżentattivi Waidhaus. L-RFPA ikkwotat ukoll il-prezzijiet Amerikani tal-gass u r-rapport Yara International fl-ewwel kwart tal-2014 lill-investituri tagħha, fejn hu msemmi li l-kumpanija qed tesperjenza kostijiet tal-gass orħos b'mod sinifikanti. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-istudju ekonomiku ppreżentat minn xi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa (ara taqsima 7 hawn taħt dwar l-interessi tal-Unjoni) hemm affermat dan li ġej: “il-prezzijiet tal-gass (n)aturali fl-Unjoni huma ogħla mill-maġġoranza f'reġjuni oħra, u mistennija jogħlew fil-futur prevedibbli”. Fir-rigward tat-tnaqqis tal-kostijiet tal-gass imħabbra minn Yara International, dan huwa każ apparti għaliex il-Yara Group huwa grupp multinazzjonali b'aċċess għal diversi sorsi ta' gass irħas barra l-Unjoni. Produtturi oħra tal-prodott ikkonċernat, u b'mod partikolari dawk li jinsabu fir-reġjuni tal-Lvant tal-Unjoni, jiddependu fuq gass Russu. Għalhekk, il-Kummissjoni għadha tqis li m'hemm l-ebda evidenza konvinċenti li l-prezzijiet tal-gass għall-produtturi tal-Unjoni għandhom jonqsu b'mod sinifikanti fil-futur qrib. |
6.3. L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tneħħija tal-miżuri
|
(166) |
Peress li l-AN Russu se jkun esportat lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi sinifikanti u b'livell ta' prezzijiet ta' ħsara, il-produtturi tal-Unjoni jkunu sfurzati li jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom sabiex iżommu l-volumi ta' bejgħ u l-ishma mis-suq. Fil-fatt, l-AN huwa tip ta' prodott bażiku meta l-kompetizzjoni fost bosta produtturi hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq il-prezz. |
|
(167) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA sostniet li l-allegati ostakoli tekniċi għall-kummerċ għal dħul tal-AN Russu fl-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati, jiġifieri l-projbizzjoni tal-bejgħ (fil-Ġermanja) jew ir-regolamentazzjoni stretta dwar il-ħażna f'ċerti Stati Membri oħra. Sakemm dawk il-limitazzjonijiet japplikaw kemm għall-esportaturi minn pajjiżi terzi u kemm għall-produtturi tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tqis li din l-affermazzjoni għandha tiġi miċħuda. |
6.4. Konklużjonijiet
|
(168) |
Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjonijiet, il-kapaċità żejda assoċjata mal-konsum modest fir-Russja, il-kapaċità limitata biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li r-revoka tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta f'rikorrenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja. |
|
(169) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni bħalissa tinsab f'sitwazzjoni li ma tkunx ta' ħsara. Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li din is-sitwazzjoni pożittiva se tkun sostenibbli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għall-kuntrarju, skont l-analiżi tas-suq ipprovduta mill-applikant il-prezzijiet tas-suq tal-AN issa laħqu l-quċċata tagħhom u jinsabu fin-naħa ta' fuq nett taċ-ċiklu tan-negozju. Iċ-ċiklu tan-negozju, kif ukoll il-prezzijiet, issa huma mbassra li jonqsu. Aktar speċifikament, wara li żdiedu b'mod sinifikanti kull sena mill-2009 'l hawn, il-prezzijiet jidhru issa li se jonqsu. Għaldaqstant il-livell tal-prezz u tal-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat mhuwiex se jinkiseb fil-futur prevedibbli. Fl-istess ħin, l-ispejjeż tal-produzzjoni se jibqgħu stabbli jew ikomplu jiżdiedu u b'hekk jingħasar il-marġni tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni. F'dan ix-xenarju, u minħabba t-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni, żieda qawwija ta' importazzjonijiet fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet ta' twaqqigħ se jagħmlu pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija u jikkawżawlha telf sinifikanti ta' sehem mis-suq. Dan wisq probabbli inevitabbilment jikkawża li terġa' sseħħ ħsara materjali. |
|
(170) |
Wara d-divulgazzjoni, l-RFPA ikkritikat lill-Kummissjoni talli bbażat ruħha fuq l-analiżi tas-suq ipprovduta mill-applikant u nnotat li l-livelli tal-prezzijiet antiċipati fl-2017-2018 se jkunu simili għall-prezzijiet fl-2010 u ogħla mill-prezzijiet fis-snin ta' qabel. L-RFPA innotat ukoll li fl-2010 il-profittabbiltà medja tal-industrija tal-Unjoni kienet ogħla mill-profitt fil-mira (bi 12,8 %) u li r-rapport trimestrali ta' Yara International għall-2014 juri prospetti promettenti. |
|
(171) |
In-natura prospettiva ta' rieżami tal-iskadenza tagħmilha diffiċli li jinsiltu konklużjonijiet eżatti dwar il-projezzjonijiet dwar il-livelli tal-prezzijiet fl-2017 u lil hinn. Analiżi indipendenti tas-suq tindika madankollu li l-livelli tal-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat huma mistennija li jonqsu fis-sentejn li ġejjin. Dan, flimkien maż-żieda mistennija fl-ispejjeż tal-produzzjoni, probabbilment inaqqsu l-profitt attwalment miksub mill-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni prospettiva tibqa' valida minkejja l-fatt li matul il-PIR u l-perjodu kkunsidrat il-livell ta' profitti miksuba mill-industrija tal-Unjoni kien ogħla mill-profitt immirat ta' 8 % kif stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti. F'dan ir-rigward, il-fatt li r-rieżami ta' skadenza li jittermina l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' Urea mir-Russja ma sab l-ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara ma huwiex rilevanti, peress li kull każ għandu jiġi vvalutat fuq il-merti u l-ispeċifiċitajiet tiegħu stess. Barra minn hekk, il-preżentazzjoni tal-ewwel trimestru tal-2014 ta' Yara International lill-investituri tagħha ma tikkonċernax b'mod preċiż il-prodott ikkonċernat u ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala sostitut għall-aspettattivi tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
|
(172) |
Rappreżentanti tal-awtoritajiet Russi u l-RFPA sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza pożittiva li tappoġġja l-konklużjoni li jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu, se jkun hemm rikorrenza ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat, li se twassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(173) |
L-RFPA affermat ukoll li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx rabta kawżali bejn it-tmiem tal-miżuri u l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara. Għall-kuntrarju, l-elementi esterni msemmija fid-dokument ta' żvelar (tnaqqis fil-konsum, tnaqqis tal-prezzijiet, iż-żieda fl-ispejjeż ta' produzzjoni, ir-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità) jidhru li huma l-kawża ta' rikorrenza probabbli ta' ħsara. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din il-valutazzjoni. Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu hija ġġustifikata prinċipalment mir-rikorrenza probabbli ta' esportazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja f'volumi sinifikanti u bi prezzijiet f'livell li, filwaqt li jibqa' profittabbli għall-esportaturi Russi, se jkun aktar baxx mill-prezzijiet tal-Unjoni. Billi ssemmi xi fatturi esterni fil-valutazzjoni ġenerali tagħha, il-Kummissjoni sempliċiment identifikat fatturi oħrajn li jista' jkollhom impatt fuq is-suq tal-Unjoni fis-snin li ġejjin u għalhekk fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda dan ma jirrendix invalidi l-konklużjoni li d-dumping ta' ħsara probabbilment jirrikorri jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(175) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti antidumping kontra r-Russja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
|
(176) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-veduti tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(177) |
Fl-investigazzjonijiet oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx meqjusa bħala kontra l-interess tal-Unjoni. Minħabba li din l-investigazzjoni hija rieżami u l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1995, l-analiżi b'dan tippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri antidumping fis-seħħ. |
|
(178) |
Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, eżistewx raġunijiet kostrinġenti li wasslu għall-konklużjoni, li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(179) |
Il-miżuri eżistenti kkontribwew għal tnaqqis kbir f'importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mir-Russja u offrew solliev lill-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni nstab li kienet f'sitwazzjoni ekonomika b'saħħitha prinċipalment kif urew profitti kontinwi. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li xi produtturi tal-Unjoni diġà juru profitti ferm inqas mill-profitt medju miksub mill-industrija tal-Unjoni, u saħansitra inqas mill-profitt immirat ta' 8 %. |
|
(180) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni x'aktarx ser tkun iffaċċjata b'iżjed kompetizzjoni inġusta minn produtturi Russi. It-terminazzjoni ta' miżuri mingħajr dubju twassal għal deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. It-terminazzjoni tal-miżuri għalhekk mhijiex fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-importaturi
|
(181) |
Fl-investigazzjoni preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri x'aktarx ma kien ikollha l-ebda effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u l-utenti fl-Unjoni. E.F.I.A. resqet 'il quddiem bħala parti interessata u talbet li l-miżuri jitħallew jiskadu għal għadd ta' raġunijiet, kif ġej:
|
|
(182) |
Dawn l-affermazzjonijiet għandhom jiġu miċħuda. Huwa minnu li l-industrija tal-Unjoni mhiex qiegħda bħalissa ġġarrab ebda ħsara materjali. Madankollu, f'rieżami ta' skadenza l-mistoqsija li trid titwieġeb hija x'jista' jiġri fil-futur, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dan ir-rigward, il-prestazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni tista' tintuża biss bħala indikazzjoni konklużiva ta' x'jista' jiġri fil-futur sal-punt li tippermetti valutazzjoni tal-livell tal-prezz mhux ta' ħsara. |
|
(183) |
Importaturi u kummerċjanti tal-Unjoni jkollhom aċċess għal numru ta' sorsi ġewwa u barra l-Unjoni, inkluża r-Russja. Ir-Russja hi l-uniku pajjiż li kontra tiegħu hemm miżuri fis-seħħ. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(184) |
Diversi assoċjazzjonijiet ta' utenti għamlu lilhom infushom magħrufa. Xi wħud minn dawn madankollu jintalbu sempliċement li jiġu rikonoxxuti bħala partijiet interessati u ma ħadux pożizzjoni speċifika dwar l-interess tal-Unjoni. Żewġ assoċjazzjonijiet nazzjonali esprimew l-opinjonijiet li wara li kienu ilhom fis-seħħ għal ħafna snin, ma kienx għadu fl-interess tagħhom li jżommu l-miżuri eżistenti. |
|
(185) |
Ir-raġunijiet li ssemmew kienu:
|
|
(186) |
Dawn l-affermazzjonijiet ma jistgħux jiġu aċċettati għall-istess raġunijiet imsemmija fil-premessi 182 u 183. Il-Kummissjoni mhijiex konxja ta' kwalunkwe prattika mhux kompetittiva fost il-produtturi tal-Unjoni, li jikkompetu liberament fis-suq tal-Unjoni. |
|
(187) |
L-ebda bidwi ma wieġeb il-kwestjonarju tal-utenti. Għalhekk, l-impatt eżatt ta' fertilizzanti b'mod ġenerali, u, b'mod partikolari, fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-bdiewa ma setgħetx tiġi vverifikata. Għalhekk, l-allegat impatt pożittiv kbir ta' prezzijiet tal-AN aktar baxxi ta' fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-bdiewa ma setax jiġi kkonfermat. Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, l-AN jikkostitwixxi biss madwar 21 % tal-konsum totali tal-Unjoni ta' fertilizzanti kollha li fihom in-nitroġenu (nitrat tal-ammonju, nitrat tal-ammonju tal-kalċju, Urea, soluzzjoni tal-AN tal-Urea, NPK/NP/NK, eċċ.) (24). Peress li hemm ukoll fertilizzanti oħrajn (li fihom livelli aktar għolja ta' potassju u fosfat), is-sehem tal-AN fil-fertilizzanti kollha użati mill-bdiewa tal-Unjoni huwa stmat saħansitra li hu anqas minn 21 %. Konsegwentement, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-impatt tal-miżuri attwali fis-seħħ fuq il-bdiewa tal-Unjoni bħala entità sħiħa mhuwiex sinifikanti. |
|
(188) |
Barra minn hekk, anki jekk fuq medda qasira ħafna ta' żmien l-aċċess għal fertilizzanti irħas jista' jidher li huwa fl-interess tal-bdiewa, fuq medda qasira/medja ta' żmien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni b'riskju li xi produtturi tal-Unjoni l-aktar vulnerabbli li jinsabu f'ċerti reġjuni fl-Unjoni jistgħu jfallu. Għalhekk, fil-futur se jkun hemm inqas għażla ta' fornituri għal utenti/bdiewa, li jistgħu jsiru dipendenti fuq l-esportazzjonijiet Russi, u f'xenarju bħal dan x'aktarx li jiżdiedu l-prezzijiet. |
|
(189) |
Assoċjazzjoni waħda tal-utenti ppreżentat studju li sar minn konsulent ekonomiku indipendenti li skontu t-terminazzjoni tal-miżuri fis-seħħ tirriżulta fi tnaqqis fil-prezz tal-fertilizzanti fl-Unjoni għall-benefiċċju tal-utenti, żieda limitata fil-volumi ta' importazzjoni, u impatt negattiv ċkejken għall-produtturi tal-Unjoni li madankollu jkun ikkumpensat b'marġnijiet solidi ta' profitt li qegħdin igawdu fil-preżent. Madankollu, għandu jiġi nnutat li xi wħud mis-suppożizzjonijiet li għalihom irreferiet il-valutazzjoni tal-istudju ekonomiku ma jikkorrispondux mas-sejbiet tal-investigazzjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prezz tal-esportazzjoni tal-AN mir-Russja lejn pajjiżi terzi huwa iktar baxx mill-prezz stmat f'dak l-istudju ekonomiku. Bl-istess mod, il-kapaċità stabbilita tar-Russja u l-valur tal-konsum potenzjali domestiku huma differenti minn dawk użati għas-simulazzjonijiet tal-impatt tat-tneħħija tal-miżuri. Għalhekk, l-evalwazzjoni magħmula fl-istudju mhijiex affidabbli biżżejjed biex minnha wieħed jasal għal konklużjonijiet deċiżivi. |
|
(190) |
Wara d-divulgazzjoni, għadd ta' assoċjazzjonijiet ta' bdiewa talbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u ssottomettew verżjoni kemxejn riveduta tal-istudju msemmi fil-premessa preċedenti, li tieħu inkonsiderazzjoni d-dejta pprovduta mill-Kummissjoni fid-dokument ta' divulgazzjoni. |
|
(191) |
L-istudju rivedut jidher li jikkonferma s-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-prezz tal-esportazzjoni Russa jinżel għal-livell tar-reġjun tal-prezzijiet domestiċi Russi, li huwa ta' EUR 221 għal kull tunnellata. Dan se jġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni biex inaqqsu l-prezzijiet tagħhom sabiex ma jitilfux l-ishma mis-suq. |
|
(192) |
Ir-rappreżentanti tal-bdiewa spjegaw is-sitwazzjoni diffiċli li huma qegħdin fiha, fejn huma jikkompetu mal-produtturi ta' prodotti agrikoli ta' pajjiżi terzi mingħajr ebda dazju antidumping li jipproteġihom, kuntrarjament għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Huma jistennew li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu l-prezz tal-prodott ikkonċernat jonqos u l-konsegwenzi negattivi għall-produtturi tal-Unjoni jistgħu jiġu bbilanċjati mill-benefiċċji għall-bdiewa, kategorija ta' utenti li timpjega miljuni ta' persuni fl-Unjoni. Ir-rappreżentanti tal-bdiewa semmew ukoll li jekk il-prezz tal-prodott ikkonċernat jonqos, huma jixtru l-prodott ikkonċernat minflok fertilizzanti oħra, anqas għoljin imma li jniġġsu aktar bħall-Urea jew soluzzjonijiet ta' Urea u Nitrat tal-Ammonju. Dan ikun ta' benefiċċju għall-ambjent. Huma ssuġġerew li jekk il-miżuri jinżammu, għandhom ikunu sospiżi (simili għal dak li ġara f'investigazzjoni differenti dwar l-importazzjonijiet ta' siliko-manganiż miċ-Ċina, il-Każakstan u l-Ukraina (25)). |
|
(193) |
Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-argumenti mressqa mill-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa. Ma hemmx dubju li l-bdiewa tal-Unjoni għandhom aċċess għall-prodott ikkonċernat manifatturat mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi tal-pajjiżi terzi barra mill-produtturi esportaturi Russi. Iżda fuq kollox, kif ġie kkonfermat matul is-seduta li saret fid-19 ta' Ġunju 2014, u b'kuntrast mas-suppożizzjoni li saret fl-istudju ekonomiku, m'hemm l-ebda garanzija li kull tnaqqis potenzjali fuq il-prezz inizjali tal-prodott ikkonċernat (jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu) tiġi mgħoddija għal fuq l-utenti finali. Ħafna drabi, meta l-bdiewa jixtru l-prodott ikkonċernat, jixtruh mid-distributuri u lanqas biss ikunu konxji tal-oriġini tiegħu, sakemm ikun jissodisfa rekwiżit tagħhom (f'termini tad-daqs prilli jew granuli, eċċ.). Għalhekk, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli ħafna li l-ħsara terġa' sseħħ għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, iżda m'hemm l-ebda garanzija li l-utenti jibbenefikaw f'xi ħaġa. |
|
(194) |
Miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu ilhom fis-seħħ għal ħafna snin mingħajr kostijiet sproporzjonati għal bdiewa li l-eżistenza tagħhom tista' tkun fil-periklu. Waqt l-analiżi tal-interess tal-Unjoni, tiġi vvalutata l-proporzjonalità taż-żamma tal-miżuri, filwaqt li jitqiesu l-interessi varji u xi kultant konfliġġenti. Iż-żamma tal-miżuri hija fl-interess tal-produtturi tal-Unjoni, għaliex jekk jinteħħew ħafna minnhom jispiċċaw min-negozju. Għalhekk, minn perspettiva ta' proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex evidenza li l-bdiewa jġarrbu kostijiet sproporzjonati bħala riżultat tal-miżuri, huwa fl-interess tal-Unjoni li żżomm il-miżuri. Fi kwalunkwe każ il-bdiewa rrikonoxxew li huma jippreferu li jkollhom sorsi multipli ta' provvista u li l-għajbien tal-industrija tal-Unjoni ma tkunx fl-interessi tagħhom. |
|
(195) |
Fl-aħħar nett, kif imsemmi fil-premess 193, ma hemm l-ebda evidenza li t-tneħħija tal-miżuri ser twassal għal tnaqqis fil-prezz tal-AN li jiġi mgħoddi lil utenti li jwassal għal bidla għal AN minn fertilizzanti oħrajn li jniġġsu aktar. Għalhekk, l-allegat effett ambjentali pożittiv mhuwiex issostanzjat. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe effett ambjentali pożittiv possibbli ma jkunux ta' tali livell li jkun kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni li żżomm il-miżuri. Fir-rigward tas-suġġeriment li l-miżuri jkunu sospiżi, dan mhuwiex possibbli għaliex ir-rekwiżiti legali stabbiliti fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati f'dan il-każ |
|
(196) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-terminazzjoni tal-miżuri ma jkunx fl-interess tal-utenti, jew tal-anqas il-benefiċċji addizzjonali li jgawdu l-utenti ma jegħlbux il-kostijiet addizzjonali mqiegħda fuq l-industrija tal-Unjoni. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(197) |
Fid-dawl tal-premessi minn 179 sa 195, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali. |
8. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
|
(198) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq. |
|
(199) |
Wara d-divulgazzjoni, produttur Russu li ma ntgħażilx għat-teħid tal-kampjuni talab lill-Kummissjoni biex jidħol f'negozjati għal impenn u ssuġġerixxa prezz minimu u livell massimu kwantitattiv. Madankollu, ma hemm l-ebda bażi legali fir-Regolament bażiku għall-aċċettazzjoni ta' offerta ta' impenn fil-kuntest ta' rieżami ta' skadenza, peress li l-forma tal-miżuri ma tistax tinbidel. Il-produttur Russu inkwistjoni jista' japplika għal rieżami interim ibbażat fuq l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, jekk iqis li l-kundizzjonijiet għal rieżami bħal dan ikunu ssodisfati. |
|
(200) |
Wara d-divulgazzjoni, Acron Group talab lill-Kummissjoni biex ittemm il-proċeduri sa fejn huma kkonċernati billi Acron ikun f'sitwazzjoni differenti meta mqabbel ma' produtturi Russi oħrajn. Madankollu, ir-riżultati tar-rieżami huma li Acron jinsab fl-istess sitwazzjoni tal-produtturi Russi l-oħra. Barra minn hekk, l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ma jagħtix bażi legali biex jiddifferenzja bejn id-diversi produtturi esportaturi. |
|
(201) |
Għaldaqstant, u fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara, isegwi li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, imposti mir-Regolament (KE) Nru 661/2008, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009, għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin, |
|
(202) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
(1) Dazju antidumping definittiv hawnhekk huwa impost fuq l-importazzjoni ta' fertilizzanti solidi b'kontenut tan-nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 , 3102 40 90 , ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 , u li joriġinaw mir-Russja.
(2) Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv għandha tkun ta' ammont fiss kif speċifikat f'punti (a), (b) u (c):
|
(a) |
Għal oġġetti prodotti mill-Open Joint Stock Company (OJSC) “Azot”, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-Open Joint Stock Company (OJSC) “Nevinnomyssky Azot”, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE jew mibjugħa minn Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Isvizzera, jew permezz tal-Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral and Chemical Company “Eurochem”, Moska, ir-Russja u EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE (kodiċi addizzjonali TARIC A522):
|
|
(b) |
Fil-każ ta' oġġetti prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (kodiċi addizzjonali TARIC A959)
Għall-oġġetti msemmija fil-paraagrafu 1 prodotti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat u li mhumiex imsemmija fit-tabbella t'hawn fuq, m'għandu japplika l-ebda dazju antidumping. |
|
(c) |
Għall-kumpaniji l-oħra kollha (kodiċi addizzjoniali TARIC A999):
|
(3) F'każi fejn il-prodotti saritilhom ħsara qabel id-dħul fil-moviment ħieles u, għalhekk, il-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas tqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (26), l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fil-paragrafu 2 jitnaqqas b'perċentwal li jaqbel mat-tqassim tal-prezz fil-fatt imħallas jew li għandu jitħallas.
(4) Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju antidumping definittiv ma japplikax f'każ ta' importazzjonijiet ta' prodotti rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 2.
(5) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.
Artikolu 2
(1) L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li huma mogħnija b'fattura mill-kumpaniji li l-impenji tagħhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom tniżżlu fid-Deċiżjoni 2008/577/KE, kif emendata, jiġu eżentati mid-dazju antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:
|
— |
ikunu manifatturati, mibgħuta u nħarġitilhom fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni; u |
|
— |
dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament; u |
|
— |
il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn. |
(2) Dejn mad-dwana għandu jiġġarrab fil-mument ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera:
|
— |
kull meta jkun stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dak il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew |
|
— |
meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f'Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikulari u jiddikjaraw il-fatturi tal-impenn rilevanti bħala invalidi. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 tas-16 ta' Awwissu 1995 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja (ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 tat-23 ta' Marzu 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta' April 2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta' Lulju 2008 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) u rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1).
(7) Skont id-Deċiżjoni 2008/577/KE msemmija fil-premessa li jmiss, il-EuroChem Group jikkonsisti fi: OJSC “Azot”, Novomoskovsk, ir-Russja, OJSC “Nevinnomyssky Azot”, Nevinnomyssk, ir-Russja, OJSC Mineral and Chemical Company “Eurochem”, Moska, ir-Russja u l-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Isvizzera.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE tal-4 ta' Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43).
(9) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/629/UE tal-10 ta' Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 277, 11.10.2012, p. 8).
(10) Kawża T-348/05.
(11) Kawża T-348/05 INTP.
(12) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 1).
(13) ĠU C 349, 15.11.2012, p. 19.
(14) ĠU C 200, 12.7.2013, p. 12.
(15) AB Achema, Grupa Azoty Zaklady Azotowe, Grow How UK limited uYARA France S.A.
(16) Dan hu nitrat tal-ammonju li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tal-NM li ġejjin: ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 .
(17) Dan hu nitrat tal-ammonju li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tal-NM li ġejjin: ex 3102 29 00 , ex 3102 60 00 , ex 3102 90 00 , ex 3105 10 00 , ex 3105 20 10 , ex 3105 51 00 , ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 .
(18) http://enforcement.trade.gov/frn/summary/russia/2014-11886.txt
(19) Inv. Nru 731-TA-856 (It-Tieni Rieżami), http://www.usitc.gov/publications/701_731/Pub4249.pdf, p. 11.
(20) Pereżempju bejn l-2008 u l-2009 matul il-kriżi finanzjarja l-konsum tar-Russja waqa' bi 33 %, filwaqt li fl-UE t-tnaqqis kien biss ta' madwar 6 %, filwaqt li fil-Brażil, pereżempju, fil-fatt kien hemm żieda ta' madwar 28 %.
(21) Għal konklużjoni simili li ntlaħqet ara pereżempju ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004 tal-24 ta' Settembru 2004 (Glifosat — iċ-Ċina) (ĠU L 303, 30.9.2004, p. 1), premessa 41, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 512/2010 (Nitrat tal-Ammonju — l-Ukraina) (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 24), premessi 41 — 43.
(22) Statistika tal-importazzjonijiet ta' kull xahar ibbażata fuq dejta attwali li hija pprovduta mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku fuq prodotti soġġetti għal miżuri antidumping.
(*1) Il-kost tal-produzzjoni għall-2010 mogħtija fi klassifika peress li ma jkoprix il-kampjun sħiħ
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002, premessi 97-98 (ĠU L 102, p. 1, 18.4.2002, p. 1).
(24) Sors: http://www.fertilizerseurope.com/fileadmin/user_upload/publications/statistics_publications/Stat_website.pdf
(25) ĠU L 317, 5.12.2007, p. 5.
(26) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS
L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-fattura kummerċjali msemmija fl-Artikolu 2(1) it-tieni inċiż li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpanniji lill-Unjoni ta' merkanzija li hija soġġetta għall-impenn:
|
1. |
L-Intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”. |
|
2. |
L-isem tal-kumpanija li qed toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
3. |
In-numru tal-fattura kummerċjali. |
|
4. |
Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali. |
|
5. |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni. |
|
6. |
Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:
|
|
7. |
Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:
|
|
8. |
L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta' importatur fl-Unjoni li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti suġġetti għal impenn. |
|
9. |
L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qed isir fl-ambitu u skont il-kundizzjonijiet tal-impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE. Jiena niddikjara li t-tagħrif provdut f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” |