17.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 978/2014

tas-16 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 105(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 (2) jistabbilixxi li l-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żona VIIIc, IX u X, l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, (“il-kwota tas-sajd għall-kavalli”) allokata lil Spanja fl-2013 għandha titnaqqas b'8 126 tunnellata.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 jistipula wkoll li l-kwota tas-sajd għall-kavalli li tista' tiġi allokata lil Spanja fis-sena 2015 u, fejn xieraq, fis-snin sussegwenti għandha titnaqqas b'9 747 tunnellata.

(3)

Fid-19 ta' Frar 2014, l-awtoritajiet Spanjoli infurmaw lill-Kummissjoni li l-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għas-sena 2013 kienet għadet ma ntużatx totalment, u għall-fini tal-ħlas lura għas-sajd żejjed tal-kavalli fl-2010, talbu lill-Kummissjoni biex tqis it-tunnellaġġ mhux utilizzat, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 165/2011. Il-kwantità mhux utilizzata tammonta għal 4 158 tunnellata.

(4)

Madankollu, Spanja kienet talbet, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), li, fil-limiti ta' dak ir-Regolament, parti mill-kwota tas-sajd għall-kavalli tagħhom għall-2013 jinżammu u jiġu ttrasferiti għas-sena ta' wara.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2014 (4) ittrasferixxa 2 022 tunnellata mill-kwota ta' Spanja għas-sajd tal-kavalli li baqgħet ma ġietx utilizzata, fl-2013, għas-sena 2014. Għalhekk, il-bqija tat-tunnellaġġ mhux utilizzat għas-sena 2013 jammonta għal 2 136.

(6)

L-ammont ta' 2 136 tunnellata għandu jintuża biex jiskeda mill-ġdid it-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 976/2012 (5). Din il-kwantità għandha tiġi miżjuda mal-ammont ta' tnaqqis għall-2013, li jikkostitwixxi total ta' 10 262, u għandha simultanjament tiġi mnaqqsa mill-ammont ta' tnaqqis ta' snin sussegwenti.

(7)

Fit-8 ta' Mejju 2014, Spanja talbet li t-tunnellaġġ mhux utilizzat jitnaqqas mill-ammonti ta' tnaqqis tal-2014. Din hija kompatibbli mar-raġunament espress fil-premessa 7 tar-Regolament (UE) Nru 165/2011. Ir-Regolament (KE) Nru 165/2011 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 976/2012 għandu għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(8)

Peress li, b'riżultat ta' dan ir-Regolament, il-modifika tal-limiti tal-qbid fil-każ ta' Spanja taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti Spanjoli, dan ir-Reglament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta' Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 04 Vol 02 p. 317).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2014 ċerti kwantitajiet miżmuma fis-sena 2013 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 44).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 976/2012 tat-23 ta' Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 294, 24.10.2012, p. 3).


ANNESS

“ANNESS

Stokk

Kwota Inizjali għall-2010

Kwota adattata għall-2010

Qabdiet stabbiliti għall-2010

Differenza fil-kwota tal-qabdiet (sajd żejjed)

Fattur ta' multiplikazzjoni tal-Artikolu 105(2) tar-Regolament 1224/2009 (sajd żejjed * 2)

Tnaqqis għall-2011

Tnaqqis għall-2012

Tnaqqis għall-2013

Tnaqqis għall-2014

Tnaqqis għall-2015 u, fejn xieraq, għas-snin sussegwenti

MAC/8C3411

27 919

24 604

44 225

– 19 621

(79,7 % tal-kwota għall-2010)

– 39 242

7 744

5 500

10 262

5 989

9 747 ”