|
26.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2014
tal-25 ta' Awwissu 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120) f'ċerti kategoriji tal-ikel u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tar-riboflavini (E 101)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni (3). |
|
(4) |
L-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Mejju 2008 (4) irrakkomandat it-tnaqqis tad-doża tollerabbli fil-ġimgħa (TWI) tal-aluminju għal 1 mg/kg ta' piż tal-ġisem/ġimgħa. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li f'parti sinifikanti tal-Unjoni, it-TWI rivedut ġeneralment jinqabeż fil-każ ta' dawk li jikkonsmaw ħafna, speċjalment it-tfal. Sabiex jiġi żgurat li t-TWI riveduta ma tinqabiżx, il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju, inklużi l-koloranti tal-aluminju ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 (5). |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 380/2012 jistipula li l-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati sal-31 ta' Lulju 2014. Mill-1 ta' Awwissu 2014, il-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri elenkati fit-Tabella 3 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati u biss f'dawk il-kategoriji tal-ikel fejn id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti massimi tal-aluminju li ġej mill-koloranti huma espliċitament iddikjarati fil-Parti E ta' dak l-Anness. |
|
(6) |
Matul l-2013, kienu sottomessi u saru disponibbli lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120). Waqt il-konsidrazzjoni tal-applikazzjonijiet, ingħatat attenzjoni speċjali għall-possibilità ta' esponiment għall-aluminju, mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 380/2012. |
|
(7) |
Fil-koloranti tal-aluminju tal-kuluri, iż-żebgħa ssir insolubbli u tiffunzjona b'mod differenti miż-żebgħa ekwivalenti tagħha (pereżempju titjib fl-istabilità meta tiġi esposta għad-dawl u s-sħana u fil-pH, ma tippermettix li l-kulur jiskula u tagħti sfumatura differenti lill-kuluri taż-żebgħa) għaldaqstant tagħmel lill-forma tal-kolorant adattata għal ċerti applikazzjonijiet tekniċi speċifiċi. |
|
(8) |
L-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini toffri alternattiva għall-koloranti tal-aluminju ta' kuluri sofor oħra fl-ikel li għalihom huwa awtorizzat l-użu ta' koloranti tal-aluminju. Il-livelli tal-użu mitluba għall-koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji huma baxxi u l-estensjoni tal-użu jew hija għal prodotti speċjalizzati jew għal prodotti li mhumiex ikkunsmati mit-tfal. Hemm il-ħtieġa għal livell ta' użu ogħla għall-bajd tal-ħut pastorizzat minħabba t-trattament bis-sħana li jiggarantixxi kulur stabbli matul il-perjodu ta' ħżin tal-prodott. Mhuwiex mistenni li l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jkollhom impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għall-aluminju. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta aġġornament bħal dan ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjonijiet tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jikkostitwixxu aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jħallux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(10) |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistipula li kulur jista' jintuża fil-forma ta' koloranti tal-aluminju meta jissemma espliċitament biss. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) teħtieġ modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel pprovduta fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju tal-kuluri. |
|
(11) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(4) Scientific Opinion of the Panel on Food Additives, Flavourings, Processing AIDS and Food Contact Materials (AFC) on Safety of aluminium from dietary intake, (The EFSA Journal (2008) 754, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' użu u l-livelli ta' użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1): |
Fil-Parti A, fit-Tabella 3 l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 100:
|
|
(2): |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (i) RIBOFLAVIN: “Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.” |
|
(2) |
Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (ii) RIBOFLAVIN-5′-PHOSPHATE: “Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.” |