28.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/18 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 907/2014
tal-11 ta’ Marzu 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(1), 40, 46(1), 46(2), 46(3), 46(4), 53(3), 57(1), 66(3), 79(2), 106(5) u (6) u 120 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 stabbilixxa d-dispożizzjonijiet bażiċi li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti rigward l-intervent pubbliku, il-ġestjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ approvazzjoni, il-garanziji u l-użu tal-euro. Biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli biex jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-oqsma kkonċernati. Ir-regoli l-ġodda għandhom jieħdu post ir-Regolamenti tal-Kummissjoni eżistenti (KE) Nru 883/2006 (2), (KE) Nru 884/2006 (3), (KE) Nru 885/2006 (4), (KE) Nru 1913/2006 (5), (UE) Nru 1106/2010 (6), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (7), li kienu bbażati fuq Regolamenti tal-Kunsill li diġà ġew sostitwiti bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2006, (KE) Nru 884/2006, (KE) Nru 885/2006, (KE) Nru 1913/2006, (UE) Nru 1106/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012 għandhom jiġu revokati. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiġu akkreditati mill-Istati Membri biss jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji minimi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-kriterji għandhom ikopru erba’ oqsma ġenerali: l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu kriterji ta’ akkreditazzjoni addizzjonali li jqisu kull karatteristika speċifika ta’ aġenzija tal-pagamenti. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli rigward il-kriterji għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(3) |
Il-miżuri ta’ intervent pubbliku jistgħu jiġu ffinanzjati biss jekk in-nefqa kkonċernata tiġġarrab mill-aġenziji tal-pagamenti maħturin bħala responsabbli minn ċerti obbligi li jikkonċernaw l-intervent pubbliku mill-Istati Membri. Madankollu, it-twettiq tax-xogħol marbut, b’mod partikolari, mal-amministrazzjoni u l-verifika tal-miżuri ta’ intervent, minbarra l-ħlas tal-għajnuna, jista’ jiġi ddelegat skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għandu jkun possibbli wkoll li jwettqu dan ix-xogħol diversi aġenziji tal-pagamenti. Għandu jiġi stabbilit ukoll li l-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku tiġi fdata lil partijiet terzi, kemm korpi pubbliċi kif ukoll privati, taħt ir-responsabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti. Għalhekk jixraq li jiġi speċifikat l-ambitu tar-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti f’dan il-kuntest, li jiġu speċifikati l-obbligi tagħhom u jiġi ddeterminat taħt liema kundizzjonijiet u skont liema regoli tista’ tiġi fdata l-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku lil partijiet terzi, li jkunu korpi pubbliċi jew privati. F’dan il-każ, għandu jiġi stipulat li l-korpi konċernati għandhom jaġixxu taħt kuntratt fuq il-bażi tal-obbligi ġenerali u l-prinċipji li għandhom jiġu ddefiniti. |
(4) |
Il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni, għall-FAEG, tinkludi perjodi għall-ħlas tal-għajnuniet lill-benefiċjarji li għandhom jitħarsu mill-Istati Membri. Il-pagamenti kollha mwettqa barra dawk il-perjodi, għandhom jitqiesu bħala pagamenti mhux eliġibbli għall-Unjoni, u għalhekk ma jistgħux ikunu rimborzati mill-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-analiżi tal-pagamenti ta’ għajnuna tardivi mill-Istati Membri wriet li għadd minn dawn saru minħabba verifiki addizzjonali mill-Istati Membri, marbutin ma’ talbiet kontroversjali, ma’ appelli u ma’ tilwimiet legali nazzjonali oħrajn. Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi stabbilit marġini fiss marbut mal-infiq, li sakemm jinżammu l-limiti tiegħu, ma għandux ikun hemm tnaqqis fil-pagamenti fix-xahar għal dawn il-każijiet. Barra minn hekk, ladarba dan il-marġini jinqabeż, biex jiġi aġġustat l-impatt finanzjarju bi proporzjon mad-dewmien imġarrab fil-pagament, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista’ tnaqqas il-pagamenti proporzjonalment skont il-perjodu ta’ dewmien tal-pagament irreġistrat. Il-ħlas ta’ għajnuniet qabel l-ewwel data possibbli tal-pagament, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni, ma jistax jiġi ġġustifikat bl-istess raġunament bħall-ħlas wara l-aħħar data possibbli għall-pagament. Għaldaqstant, ma għandux ikun previst tnaqqis proporzjonali għal dawn il-pagamenti bikrin. Madankollu għandu jkun hemm stipulata eċċezzjoni għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni tipprevedi l-ħlas ta’ avvanz sa ċertu ammont massimu. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar jew f’intervalli regolari oħrajn lill-Istati Membri abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq mibgħuta minn dawn tal-aħħar. Madankollu, għandha tqis id-dħul tal-pagamenti f’isem il-baġit tal-Unjoni li jirċievu l-aġenziji. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu kkumpensati ċerti tipi ta’ nfiq u dħul imwettqa skont l-FAEG u l-FAEŻR. |
(6) |
Jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena finanzjarja, skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa massimu ta’ wieħed minn tnax tal-approprjazzjonijiet allokati fil-kapitolu inkwistjoni tas-sena finanzjarja preċedenti. Biex l-approprjazzonijiet disponibbli jiġu allokati b’mod ġust fost l-Istati Membri, għandha ssir dispożizzjoni għall-pagamenti ta’ kull xahar skont l-FAEG u l-pagamenti interim skont il-FAEŻR li f’dan il-każ għandhom isiru bħala perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq sottomessi minn kull Stat Membru u għall-bilanċ li ma jintużax f’xahar partikolari li għandu jiġi riallokat fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar pagamenti ta’ kull xahar jew interim sussegwenti. |
(7) |
Ir-rati tal-kambju applikabbli għandhom jiġu stabbilti skont jekk ġiex iddefinit avveniment operattiv jew le fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali. Biex tiġi evitata l-applikazzjoni, mill-Istati Membri li ma jiffurmawx parti miż-żona tal-euro, ta’ rati tal-kambju differenti fil-kontijiet ta’ dħul irċevut jew tal-għajnuna mħallsa lill-benefiċjarji f’munita differenti mill-euro, minn naħa waħda, u d-dikjarazzjoni tan-nefqa ppreparata mill-aġenzija tal-pagamenti, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw l-istess rata tal-kambju fid-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ nfiq skont l-FAEG bħal dik użata meta jiġbru dan id-dħul jew jagħmlu dawn il-pagamenti lill-benefiċjarji. Barra minn hekk, biex jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi fir-rigward tal-irkupru għal aktar minn operazzjoni waħda, għandha tiġi applikata rata tal-kambju unika meta dawn l-irkupri jiddaħħlu fil-kontijiet. |
(8) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tkun żgurata applikazzjoni effiċjenti tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità stipulata fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji u l-metodoloġija li jridu jiġu applikati għall-korrezzjonijiet. It-tipi diversi ta’ korrezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jiġu ddefiniti u għandhom jiġu stabbiliti l-prinċipji dwar kif se jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ biex l-ammonti tal-korrezzjonijiet jiġu ddefiniti. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar kif se jiġu kkreditati lill-fondi l-irkupri li l-Istati Membri jieħdu mingħand il-benefiċjarji. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jittratta l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali ta’ dawk l-entitajiet li jirċievu jew iħallsu l-pagamenti li jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mas-sistema tal-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sabiex jiġi aċċertat jekk it-tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ ffinanzjar mill-FAEG ikunux attwalment twettqu u ġew eżegwiti b’mod korrett. Jixraq li mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jitħallew barra l-miżuri li fin-natura tagħhom mhumiex addattati għall-verifiki ex post bħala skrutinju tad-dokumenti kummerċjali, kif ukoll dawk il-miżuri li huma kkonċernati bil-pagamenti li jkunu marbutin ma’ qasam jew mhux marbutin ma’ dokumenti kummerċjali li jistgħu jiġu ssuġġettati għal skrutinju. |
(10) |
Diversi dispożizzjonijiet fir-regolamenti agrikoli tal-Unjoni jeħtieġu li tingħata garanzija biex jiġi żgurat il-pagament ta’ somma dovuta jekk ma jiġix sodisfatt obbligu. Madankollu, l-esperjenza wriet li dan ir-rekwiżit fil-prattika huwa interpretat b’modi ferm differenti. Għalhekk, biex jiġu evitati kundizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dak ir-rekwiżit. |
(11) |
L-ispejjeż imġarrba fid-depożitu ta’ garanzija, kemm mill-parti li tagħti l-garanzija kif ukoll mill-awtorità kompetenti, jistgħu jkunu sproporzjonati għas-somma li tkun qed tiggarantixxi l-ħlas tagħha l-garanzija jekk dik is-somma tkun taħt ċertu limitu. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jneħħu dan ir-rekwiżit ta’ garanzija għall-ħlas ta’ somma taħt dak il-limitu. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti għandha tingħata s-setgħa li tneħħi r-rekwiżit ta’ garanzija fejn minħabba n-natura tal-persuna li trid tissodisfa l-obbligi dak ir-rekwiżit ikun żejjed. |
(12) |
Awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta garanzija li hija tqisha li mhix sodisfaċenti. |
(13) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 saħħaħ ir-regoli li jeżiġu li tiġi ddepożitata garanzija biex ikun żgurat il-ħlas ta’ somma dovuta f’każ li ma jitħarisx obbligu. Dak il-qafas legali orizzontali għandu jiġi ssupplimentat b’regoli orizzontali dwar il-force majeure, dwar iċ-ċediment jew ir-rilaxx tal-garanzija. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (10) jittrattaw ir-regoli dwar ir-rilaxx u ċ-ċediment tal-garanziji fil-qasam tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u fil-qasam tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Ir-regoli l-ġodda li jingħataw f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll f’dawn is-setturi. Bil-għan ta’ ċarezza u ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolamenti (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 612/2009 għandhom jitħassru. |
(14) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012, saret distinzjoni bejn ir-rekwiżiti primarji, sekondarji u subordinati, filwaqt li għadd limitat ta’ Regolamenti tal-Kummissjoni jirreferu biss għar-rekwiżiti primarji. Il-garanzija li tkopri rekwiżit speċifiku kienet tiċċeda kompletament jew b’mod proporzjonali jekk dan ma kienx sodisfatt, b’metodi ta’ kalkolazzjoni kkumplikati li kienu jikkawżaw il-konfużjoni. Filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, aproċċ aktar sempliċi għaċ-ċediment għandu jibqa’ jżomm mas-sitwazzjoni prattika li fiha obbligu ma jkunx ġie rispettat, jew mhux rispettat fil-ħin, jew fejn ma jkunux tressqu provi fil-ħin stabbilit, li l-obbligu ġie rispettat. |
(15) |
Diversi dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni jistipulaw li l-garanzija mogħtija għandha tiġi ċeduta jekk jinkiser xi obbligu garantit, mingħajr ma ssir ebda distinzjoni bejn it-tipi ta’ ksur. Fl-interessi tal-ekwità, għandha ssir distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-ksur ta’ obbligi differenti. B’mod partikolari, għandha ssir dispożizzjoni, biex tiġi ċeduta parti biss mil-garanzija f’każijiet speċjali. |
(16) |
Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn il-konsegwenzi ta’ nuqqas li jiġi sodisfatt obbligu abbażi ta’ jekk ikunx sar ħlas bil-quddiem jew le. Għaldaqstant, il-garanziji mogħtija għall-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu koperti minn regoli separati. |
(17) |
L-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju applikabbli għas-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jinqalgħu fil-qafas tal-leġiżlazzjoni agrikola settorjali għandhom jiġu stabbiliti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe definizzjoni jew eżenzjoni speċifika stipulata fir-regoli għas-setturi kkonċernati fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 106(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(18) |
Fir-rigward tal-prezzijiet jew l-ammonti kollha li għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana hija l-avveniment operattiv l-aktar xieraq għall-kisba tal-għan kummerċjali kkonċernat. L-istess japplika għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u għad-determinazzjoni tal-prezz tad-dħul tal-frott u l-ħxejjex fl-Unjoni, li fuq il-bażi tagħhom il-prodotti jiġu kklassifikati fit-Tariffa Komuni Doganali. Dan l-avveniment operattiv għalhekk għandu jiġi adottat. |
(19) |
Għar-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa bħala regola ġenerali marbut mat-twettiq ta’ ċerti formalitajiet speċifiċi. Biex jiġu armonizzati r-regoli, għandu jiġi stabbilit li l-avveniment operattiv huwa d-data li fiha l-prodotti jiġu ddikjarati li laħqu d-destinazzjoni mixtieqa, fejn din id-destinazzjoni hija mixtieqa, u fil-każijiet l-oħra kollha hija l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas tar-rifużjoni mill-aġenzija tal-pagamenti. |
(20) |
Għall-għajnuna mogħtija permezz ta’ kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew li għandu jintuża f’mod speċifiku, l-obbligu li jrid ikun hemm konformità miegħu għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna huwa avveniment li jiggarantixxi l-użu xieraq tal-prodotti kkonċernati. Ix-xiri tal-prodotti mill-operatur ikkonċernat huwa prerekwiżit li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-kontrolli jew l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-kontijiet tal-operatur u li jiggarantixxi trattament uniformi tal-fajls. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għalhekk għandu jiġi stabbilit fir-rigward tax-xiri tal-prodotti. |
(21) |
Għal għajnuna oħra mogħtija fis-settur agrikolu, is-sitwazzjonijiet jistgħu jvarjaw ħafna. Madankollu, din l-għajnuna tingħata dejjem fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u fi żmien id-dati tal-iskadenza stabbiliti bil-leġiżlazzjoni. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju f’dan il-każ għalhekk għandu jiġi stabbiliti bħala d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. |
(22) |
Rigward is-sostenn, l-għajnuniet u l-primjums fis-settur tal-inbid, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun marbut, skont il-każ, mad-data tal-bidu tas-sena tal-inbid, mat-tlestija ta’ ċerti operazzjonijiet jew ma’ data speċifika. L-avveniment operattiv li għandu jitqies għalhekk għandu jkun speċifikat għal kull sitwazzjoni. |
(23) |
Is-sitwazzjonijiet li jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-avveniment operattiv huma differenti ħafna minn settur għal ieħor. Għalhekk, l-avveniment operattiv għandu jiġi stipulat skont in-natura speċifika ta’ kull sitwazzjoni u miżura koperta minn dawk is-setturi agrikoli, b’mod partikolari għall-għajnuna fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għall-għajnuna tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, fis-settur taz-zokkor, l-għajnuna tal-miżuri ta’ promozzjoni, għal għadd ta’ miżuri fis-settur tal-frott u l-ħaxix. |
(24) |
Rigward l-ammonti li jkunu għal għanijiet strutturali jew ambjentali, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u ammonti approvati b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (12), li l-pagamenti tagħhom huma żgurati mill-programmi ta’ żvilupp rurali approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-ammonti jiġu stabbiliti għal sena tas-suq jew sena kalendarja. L-għan kummerċjali għalhekk jinkiseb jekk l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju jiġi stabbilit għas-sena kkonċernata. Fuq il-bażi ta’ dan, l-avveniment operattiv għandu jiġi stabbilit għall-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna. |
(25) |
Fil-każ ta’ ħlasijiet bil-quddiem u garanziji, l-ammonti li jridu jitħallsu jew l-ammonti garantiti huma stabbiliti f’euro skont il-leġiżlazzjoni settorjali agrikola. Ir-rata tal-kambju applikabbli għal dawn l-ammonti għalhekk għandha tkun viċin tad-data li fiha jingħata l-ħlas bil-quddiem jew tad-data li fiha jiġu depożitati l-garanziji. Jekk jintużaw il-garanziji, l-ammont ta’ dawk il-garanziji għandu jkopri wkoll ir-riskji kollha li ġew stabbiliti għalihom. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju f’dawn iċ-ċirkostanzi għandu jiġi ddefinit jew abbażi tal-ġurnata li fiha l-ammont tal-ħlas bil-quddiem jiġi stabbilit, jew li fih tiġi depożitata l-garanzija, jew id-data li fiha dawn jitħallsu. |
(26) |
B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (13), id-diżimpenn awtomatiku ta’ impenn fil-baġit fuq programm ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2007-2013 li ma ntużax jitwettaq mill-Kummissjoni fi tmiem it-tieni sena wara dik ta’ meta jkun sar l-impenn fil-baġit. Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biddel ir-regola billi stipula id-diżimpenn awtomatiku fi tmiem it-tielet sena wara dik ta’ meta jkun sar l-impenn fil-baġit. Għall-konsistenza, għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-perjodu 2007-2013 għandha tkompli tapplika r-regola ta’ N+2, u għandha tiġi stipulata regola tranżizzjonali skont dan. Bl-istess mod, għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-perjodu 2007-2013, il-pagamenti interim għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għar-rispett tal-kontribuzzjoni sħiħa tal-FAEŻR lejn kull prijorità għall-perjodu kollu kopert mill-programm ikkonċernat. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-kontinwità fil-ġestjoni ta’ dawk il-programmi, dawn ir-regoli tranżizzjonali għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI U KORPI OĦRAJN
Artikolu 1
Il-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti
1. L-aġenziji tal-pagamenti li jwettqu l-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq, kif iddefinit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jipprovdu, fir-rigward tal-pagamenti li jsiru minnhom u fir-rigward tal-komunikazzjoni u ż-żamma tal-informazzjoni, biżżejjed garanziji li:
(a) |
l-eliġibbiltà tat-talbiet u, fil-qafas tal-iżvilupp rurali, il-proċedura għall-allokazzjoni tal-għajnuna, kif ukoll il-konformità tagħhom mar-regoli tal-Unjoni jiġu vverifikati qabel ma jiġi awtorizzat il-pagament; |
(b) |
jinżammu kontijiet preċiżi u eżawrjenti tal-pagamenti li jkunu saru; |
(c) |
isiru l-verifiki stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
(d) |
id-dokumenti mitluba jiġu ppreżentati sal-limiti ta’ żmien u fl-għamla stipulata mir-regoli tal-Unjoni; |
(e) |
id-dokumenti jkunu aċċessibbli u jinżammu b’tali mod li jiżgura li jibqgħu sħaħ, validi u leġġibbli tul iż-żmien, inkluż fir-rigward tad-dokumenti elettroniċi fis-sens tar-regoli tal-Unjoni. |
2. L-Istati Membri għandom jakkreditaw lil dawk id-dipartimenti jew l-entitajiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, bħala aġenziji tal-pagamenti. Barra minn hekk, biex tiġi akkreditata, aġenzija tal-pagamenti għandu jkollha organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta’ kontroll intern li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I (“il-kriterji ta’ akkreditazzjoni”) fir-rigward ta’
(a) |
l-ambjent intern, |
(b) |
l-attivitajiet ta’ kontroll, |
(c) |
l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, |
(d) |
is-sorveljanza. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ akkreditazzjoni addizzjonali biex jitqiesu d-daqs, ir-responsabbiltajiet u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tal-aġenzija tal-pagamenti.
Artikolu 2
Il-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni
1. Meta jkunu akkreditati aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat għandu, b’att formali fil-livell ministerjali, jiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni wara li jkun issodisfa ruħu li l-arranġamenti amministrattivi tal-korp joffru biżżejjed assigurazzjoni li l-korp huwa kapaċi jissodisfa l-kompiti msemmija f’dak l-Artikolu.
2. Biex jiġi akkreditat, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jkollu fis-seħħ il-proċeduri biex jiżgura li:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni jkunu bbażati fuq informazzjoni minn sorsi awtorizzati kif xieraq; |
(b) |
id-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni huma awtorizzati kif xieraq qabel it-trażmissjoni; |
(c) |
ikun jeżisti rendikont tal-awditu li jappoġġa l-informazzjoni trażmessa lill-Kummissjoni; |
(d) |
ikun maħżun b’mod sigur reġistru tal-informazzjoni li tasal u dik mibgħuta, jew fuq il-karta jew f’format kompjuterizzat. |
Artikolu 3
L-obbligi tal-aġenzija tal-pagamenti fejn jikkonċerna l-intervent pubbliku
1. L-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet marbuta mal-miżuri ta’ intervent relatati mal-ħżin pubbliku li huma responsabbli għalih, skont it-termini stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u, fejn jixraq, fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, b’mod partikolari fuq il-bażi tar-rati minimi ta’ verifika stabbiliti f’dak l-Anness.
L-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jiddelegaw is-setgħat tagħhom f’dan ir-rigward lill-aġenziji tal-intervent li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 1.C tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew jaġixxu permezz ta’ aġenziji tal-pagamenti oħra.
2. L-aġenziji tal-pagamenti jew l-aġenziji tal-intervent jistgħu, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà totali tagħhom b’rabta mal-ħżin pubbliku:
(a) |
jafdaw il-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaħżnu prodotti agrikoli mixtrija, (“maħżniera”); |
(b) |
jaħtru lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi biex iwettqu ċerti kompiti speċifiċi stabbiliti permezz tal-leġiżlazzjoni settorjali agrikola. |
Jekk l-aġenziji tal-pagamenti jafdaw il-ġestjoni f’idejn il-maħżniera kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu, din il-ġestjoni għandha titwettaq skont kuntratti tal-ħżin abbażi tal-obbligi u l-prinċipji ġenerali stipulati fl-Anness III.
3. L-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-ħżin pubbliku għandhom ikunu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a) |
li jżommu kontijiet tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji għal kull prodott kopert minn miżura ta’ intervent li tinvolvi l-ħżin pubbliku, abbażi tal-operazzjonijiet li jwettqu mill-1 ta’ Ottubru ta’ sena waħda sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara, dan il-perjodu għandu jissejjaħ “is-sena tal-kontabbiltà”; |
(b) |
li jżommu lista aġġornata tal-maħżniera li magħhom jkunu kkonkludew kuntratti ta’ ħżin pubbliku. Din il-lista għandu jkun fiha referenzi li jippermettu l-identifikazzjoni eżatta tal-punti tal-ħżin kollha, il-kapaċità tagħhom, l-għadd ta’ mħażen, imħażen kiesħa u sajlos, u l-pjanti u d-dijagrammi tagħhom; |
(c) |
li jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-kuntratti standard użati għall-ħżin pubbliku, ir-regoli stabbiliti għax-xiri ta’ prodotti, il-ħażna u t-tneħħija tal-prodotti mill-imħażen tal-maħżniera, u r-regoli applikabbli għar-responsabbiltà tal-maħżniera; |
(d) |
li jżommu kontijiet tal-ħażniet ċentralizzati u kompjuterizzati tal-ħażniet kollha, li jkopru l-postijiet kollha tal-ħżin, il-prodotti kollha u l-kwantitajiet u l-kwalitajiet tal-prodotti differenti kollha, u jispeċifikaw f’kull każ il-piż (nett u gross, skont kif japplika) jew il-volum; |
(e) |
li jwettqu l-operazzjonijiet kollha marbutin mal-ħżin, il-konservazzjoni, it-trasportazzjoni jew it-trasferiment ta’ prodotti ta’ intervent skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, mingħajr ħsara għar-responsabbiltà tax-xerrejja, tal-aġenziji tal-pagamenti l-oħra involuti f’operazzjoni u kull persuna oħra li taġixxi skont l-istruzzjonijiet f’dan ir-rigward; |
(f) |
li jwettqu verifiki matul is-sena kollha fuq bażi ta’ żmien mhux regolari u mingħajr twissija minn qabel, fuq il-postijiet fejn jinżammu l-ħażniet tal-intervent. Madankollu, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jiġix ipperikolat, jista’ jingħata avviż minn qabel, strettament limitat għall-perjodu ta’ żmien minimu meħtieġ. Dan l-avviż ma għandux jaqbeż l-24 siegħa, minbarra f’każijiet ġustifikati kif dovut; |
(g) |
li jsir inventarju annwali skont l-Artikolu 4. |
Fejn, fi Stat Membru, il-ġestjoni tal-kontijiet ta’ ħżin pubbliku għal prodott wieħed jew iżjed titwettaq minn iżjed minn aġenzija tal-pagamenti waħda, il-kontijiet tal-ħażniet u l-kontijiet finanzjarji msemmija fil-punti (a) u (d) għandhom jiġu kkonsolidati fil-livell ta’ Stat Membru qabel ma tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni l-informazzjoni korrispondenti.
4. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li:
(a) |
l-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni jinżammu b’mod xieraq billi tiġi kkontrollata l-kwalità tal-prodotti maħżuna mill-inqas darba fis-sena; |
(b) |
l-integrità tal-ħażniet ta’ intervent. |
5. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih:
(a) |
bil-każijiet fejn l-estenzjoni tal-perjodu tal-ħżin ta’ prodott x’aktarx jirriżulta fid-deterjorazzjoni tiegħu; |
(b) |
dwar telf kwantitattiv jew deterjorazzjoni tal-prodott minħabba diżastri naturali. |
Meta jkunu applikabbli s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel sottoparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni x-xierqa:
(a) |
fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
(b) |
fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 116(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
6. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu responsabbli għal kull konsegwenza finanzjarja tal-ħżin ħażin tal-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn metodi ta’ ħżin mhux xierqa. Mingħajr ħsara għal ebda rikors kontra l-maħżniera, dawn għandhom ikunu responsabbli finanzjarjament għan-nuqqas ta’ konformità mal-impenji jew l-obbligi tagħhom.
7. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ipoġġu l-kontijiet tal-ħżin pubbliku u d-dokumenti, il-kuntratti u l-fajls kollha ppreparati jew li jkunu rċevew fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ intervent, għad-dispożizzjoni permanenti tal-aġenti tal-Kummissjoni jew ta’ persuni maħturin mill-Kummissjoni, jew f’forma elettronika jew fil-post tal-aġenziji tal-pagamenti.
Artikolu 4
Inventarju
1. Matul kull sena ta’ kontabbiltà, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jippreparaw inventarju għal kull prodott li kien is-suġġett ta’ intervent tal-Unjoni.
Dawn għandhom jipparagunaw ir-riżultati tal-inventarju mad-dejta tal-kontabbiltà. Kull differenza fil-kwantitajiet li tinstab, u l-ammonti li jirriżultaw mid-differenzi fil-kwalità misjuba matul il-verifiki, għandhom jiġu ġġustifikati skont ir-regoli adottati skont l-Artikolu 46(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-kwantitajiet nieqsa li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-ħżin normali għandhom ikunu ugwali għad-differenza bejn il-ħażniet teoretiċi li jidhru fl-inventarju tal-kontijiet, minn naħa waħda, u l-ħażniet fiżiċi reali stabbiliti abbażi tal-inventarju stipulat fil-paragrafu 1 jew il-ħażniet li jifdal fil-kotba wara li jiġu eżawriti l-ħażniet fiżiċi ta’ maħżen min-naħa l-oħra, u għandhom ikunu soġġetti għal-limiti ta’ tolleranza stipulati fl-Anness IV.
KAPITOLU II
IL-ĠESTJONI FINANZJARJA
Artikolu 5
Nuqqas ta’ konformità mal-aħħar limitu ta’ żmien għall-pagament
1. Rigward il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), skont l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-infiq li jsir wara l-limiti ta’ żmien għall-pagamenti għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. Meta l-infiq imwettaq wara l-iskadenzi jkun ugwali għal 5 % jew inqas tal-infiq imwettaq qabel l-iskadenzi, ma għandu jsir ebda tnaqqis tal-pagamenti ta’ kull xahar.
Meta l-infiq li jitwettaq wara l-limiti jkun ‘il fuq mil-livell limitu ta’ 5 %, l-infiq kollu addizzjonali mwettaq tard għandu jitnaqqas skont ir-regoli li ġejjin:
(a) |
l-infiq imwettaq fl-ewwel xahar wara x-xahar li fih tkun skadiet id-data ta’ skadenza għall-pagamenti, għandu jitnaqqas b’10 %, |
(b) |
l-infiq imwettaq fit-tieni xahar wara x-xahar li fih tkun skadiet id-data ta’ skadenza għall-pagamenti, għandu jitnaqqas b’25 %, |
(c) |
l-infiq imwettaq fit-tielet xahar wara x-xahar li fih tkun skadiet id-data ta’ skadenza għall-pagamenti, għandu jitnaqqas b’45 %, |
(d) |
l-infiq imwettaq fir-raba’ xahar wara x-xahar li fih tkun skadiet id-data ta’ skadenza għall-pagamenti, għandu jitnaqqas b’70 %, |
(e) |
l-infiq imwettaq aktar tard mir-raba’ xahar wara x-xahar li fih tkun skadiet id-data ta’ skadenza għall-pagamenti, għandu jitnaqqas b’100 %, |
3. B’deroga mill-paragrafu 2, fil-każ tal-pagamenti diretti li jaqgħu taħt il-valur limitu msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fejn il-limitu msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 ma jkunx intuża kollu għall-pagamenti li jkunu saru għas-sena kalendarja N sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru tas-sena N + 1 u dak li jifdal mil-limitu jaqbeż it-2 %, dak li jifdal għandu jitnaqqas għal 2 %; |
(b) |
waqt sena finanzjarja N+1, il-pagamenti diretti li mhumiex stipulati fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), għas-snin kalendarji N-1 jew qabel, li jsiru wara l-iskadenza taż-żmien għall-pagament, ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-FAEG biss jekk l-ammont totali tal-pagamenti diretti li jsiru fis-sena finanzjarja N+1, fejn hu applikabbli kkoreġuti għall-ammonti ta’ qabel l-aġġustament stipulat fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għas-sena kalendarja N, b’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament; |
(c) |
l-infiq li jaqbeż il-limiti msemmija fil-punti (a) jew (b) għandu jitnaqqas bil-100 % |
L-ammonti tar-rifużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma għandhomx jitqiesu biex jiġi vverifikat il-ħarsien tal-kundizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
4. Il-Kummissjoni għandha tapplika stadji progressivi differenti minn dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3 u/jew rati ta’ tnaqqis inferjuri jew l-ebda tnaqqis jekk jitfaċċjaw kundizzjonijiet partikolari ta’ ġestjoni għal ċerti miżuri, jew jekk jiġu ppreżentati ġustifikazzjonijiet leġittimi mill-Istati Membri.
Madankollu, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika għall-infiq li jaqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 3(b).
5. Darbtejn f’kull sena finanzjarja għandhom isiru verifiki dwar il-konformità mad-dati ta’ skadenza għall-pagamenti, fil-kuntest tal-pagamenti ta’ kull xahar:
(a) |
fuq l-infiq imwettaq sal-31 ta’ Lulju, |
(b) |
fuq l-infiq imwettaq sal-15 ta’ Ottubru. |
Kull data ta’ skadenza maqbuża f’Awwissu, f’Settembru u f’Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
6. It-tnaqqis imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi applikat mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni sussegwenti dwar l-approvazzjoni tal-konformità, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 6
Nuqqas ta’ konformità mal-ewwel data tal-pagament
Rigward l-FAEG, jekk l-Istati Membri jitħallew iħallsu l-avvanzi sa ċertu ammont massimu qabel l-ewwel data stabbilita fil-leġiżlazzjoni settorjali agrikola, kull infiq li jitħallas iktar minn dan l-ammont massimu għandu jitqies bħala nfiq li jkun sar qabel l-ewwel data għall-pagamenti. Madankollu, bi qbil mal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dan l-infiq ikun eliġibbli għall-pagamenti tal-Unjoni suġġett għal tnaqqis ta’ 10 %.
Artikolu 7
Kumpens mill-aġenziji tal-pagamenti
1. Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-pagamenti ta’ kull xahar li għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ tal-infiq iddikjarat minn kull Stat Membru, li minnu jitnaqqas id-dħul assenjat li dak l-Istat Membru jkun inkluda fl-istess dikjarazzjoni ta’ nfiq. Din it-tpaċija għandha titqies bħala ekwivalenti għall-ġbir tad-dħul korrispondenti.
L-approprazzjonijiet ta’ impenn u l-approprazzjonijiet ta’ pagament iġġenerati mid-dħul assenjat għandhom ikunu miftuħin ladarba dan id-dħul ikun ġie assenjat għall-intestaturi baġitarji. L-assenjazzjoni għandha ssir meta d-dħul assenjat jiddaħħal fil-kontijiet, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-irċevuta tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri, skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 43(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
2. Jekk is-somom imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ikunu nżammu qabel il-ħlas tal-għajnuna kkonċernata minħabba l-irregolarità jew in-negliġenza, dawn għandhom jitnaqqsu mill-infiq korrispondenti.
3. L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) irkuprati mill-benefiċjarji skont il-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat matul kull perjodu ta’ referenza għandhom jitnaqqsu mill-ammont li għandu jitħallas mill-FAEŻR fid-dikjarazzjoni tal-infiq għal dak il-perjodu.
4. L-ammonti akbar jew iżgħar li jirriżultaw, fejn ikun applikabbli, mill-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li jistgħu jintużaw mill-ġdid għall-programm ta’ żvilupp rurali għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-ammont tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR meta tiġi ppreparata l-ewwel dikjarazzjoni wara li ssir l-approvazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-kontijiet.
5. Il-finanzjament mill-FAEG għandu jkun ugwali għall-infiq, ikkalkolat abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe dħul li jakkumula mill-miżuri ta’ intervent, ivvalidat bis-sistema kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni u inkluż mill-aġenzija tal-pagamenti fid-dikjarazzjoni tal-infiq tagħha ppreparata.
Artikolu 8
L-adozzjoni tardiva tal-baġit tal-Unjoni
1. Fir-rigward tal-FAEG, jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena finanzjarja, il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jingħataw bħala perċentwal tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq riċevuti minn kull Stat Membru, stabbiliti għal kull kapitolu tal-infiq u fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet dwar rimborżi sussegwenti.
2. Fir-rigward tal-FAEŻR, jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja:
(a) |
il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jingħataw b’mod proporzjonali għall-krediti disponibbli bħala perċentwal tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq irċevuti għal kull programm ta’ żvilupp rurali. Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fil-pagamenti interim sussegwenti. |
(b) |
fir-rigward tal-impenji tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-ewwel pagamenti annwali wara l-adozzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali għandhom jirrispettaw l-ordni ta’ adozzjoni ta’ dawn il-programmi. L-impenji baġitarji għall-pagamenti annwali sussegwenti għandhom isiru fl-ordni tal-programmi wara li jkunu ġew eżawriti l-impenji rispettivi. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel impenji annwali parzjali għall-programmi ta’ żvilupp rurali jekk l-approprazzjonijiet ta’ impenn disponibbli jkunu limitati. Il-bilanċ li jifdal għal dawn il-programmi għandu jiġi impenjat l-ewwel, ladarba jkunu disponibbli l-approprazzjonijiet ta’ impenn. |
Artikolu 9
Id-differiment tal-pagamenti ta’ kull xahar
Il-Kummissjoni, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri kkonċernati, tista’ tiddiferixxi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-Istati Membri fejn il-komunikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 102(1) punt (c)(i) u (ii) ta’ dak ir-Regolament jaslu tard jew fihom diskrepanzi li jeħtieġu verifiki ulterjuri.
Artikolu 10
Is-sospensjoni tal-pagament f’każ ta’ sottomissjoni tardiva
1. Is-sospensjoni tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika għall-miżuri elenkati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
2. Rigward l-infiq fi ħdan l-FAEG, għandhom japplikaw ir-rati tas-sospensjoni tal-pagamenti li ġejjin:
(a) |
jekk ir-riżultati tal-verifiki ma jkunux intbagħtu sal-15 ta’ Ottubru, 1 % tal-infiq li dwaru ma ntbagħtitx l-informazzjoni rilevanti fil-ħin; |
(b) |
jekk ir-riżultati tal-verifiki ma jkunux intbagħtu sal-1 ta’ Diċembru, 1,5 % tal-infiq li dwaru ma ntbagħtitx l-informazzjoni rilevanti fil-ħin. |
3. Rigward l-infiq fi ħdan l-FAEŻR, għandhom japplikaw ir-rati tas-sospensjoni tal-pagamenti li ġejjin:
(a) |
jekk ir-riżultati tal-verifiki ma jkunux intbagħtu sal-15 ta’ Ottubru, 1 % tal-infiq li dwaru ma ntbagħtitx l-informazzjoni rilevanti fil-ħin; |
(b) |
jekk ir-riżultati tal-verifiki ma jkunux intbagħtu sal-15 ta’ Jannar, 1,5 % tal-infiq li dwaru ma ntbagħtitx l-informazzjoni rilevanti fil-ħin; |
Artikolu 11
Ir-rata tal-kambju applikabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq
1. B’konformità mal-Artikolu 106(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-FAEG, għall-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ nfiq, l-Istati Membri li ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro għandhom japplikaw l-istess rata tal-kambju bħal dik li użaw biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjari jew jirċievu l-introjtu, b’konformità mal-Kapitolu V u l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali. Għad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom jużaw l-ewwel rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew wara d-data tal-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet.
F’każijiet differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu, b’mod partikolari għall-programmi ta’ promozzjoni approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (18), kif ukoll għall-operazzjonijiet li għalihom ma ġiex stabbilit avveniment operattiv mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, ir-rata tal-kambju applikabbli għandha tkun ir-rata tal-kambju ta’ qabel tal-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li għalih jiġi ddikjarat l-infiq jew id-dħul assenjat.
2. Fir-rigward tal-programmi ta’ żvilupp rurali, għall-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq tagħhom, l-Istati Membri li ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro għandhom japplikaw, għal kull pagament jew operazzjoni ta’ rkupru, ir-rata tal-kambju ta’ qabel tal-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fih jiġu rreġistrati l-operazzjonijiet fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.
KAPITOLU III
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET U VERIFIKI OĦRA
Artikolu 12
Il-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet fil-qafas tal-approvazzjoni tal-konformità
1. Biex tiġi adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar l-ammonti li għandhom jitħallew barra mill-finanzjament tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel distinzjoni bejn dawk l-ammonti jew partijiet tal-ammonti identifikati bħala ammonti li ntnefqu b’mod mhux xieraq u dawk l-ammonti li ġew iddeterminati billi saru korrezzjonijiet b’riżultat tal-estrapolazzjoni jew b’rata fissa.
Għad-determinazzjoni tal-ammonti li jistgħu jitħallew barra mill-finanzjament tal-Unjoni, meta jinsab li l-infiq ma sarx b’konformità mar-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni, u fejn jikkonċerna l-FAEŻR, b’konformità mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha u għandha tqis l-informazzjoni li jkunu taw l-Istati Membri waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità mwettqa kif jitlob l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-esklużjoni tal-ammonti li jiġu identifikati li ma ntnefqux b’mod xieraq, mill-finanzjament tal-Unjoni, biss meta dawn l-ammonti jkunu jistgħu jiġu identifikati bi sforz proporzjonat. Meta l-Kummissjoni ma tkunx qiegħda f’pożizzjoni li tidentifika l-ammonti li ma jkunux intnefqu b’mod xieraq bi sforz proporzjonat, l-Istati Membri jistgħu, fil-limiti taż-żmien li ttihom il-Kummissjoni waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, jissottomettu d-dejta dwar il-verifikazzjoni ta’ dawn l-ammonti abbażi ta’ eżami tal-każijiet kollha individwali li potenzjalment jistgħu jkunu affettwati min-nuqqas ta’ konformità. Il-verifika għandha tkun fuq l-infiq sħiħ li jkun sar bi ksur tal-liġi applikabbli u ċċarġjat għall-baġit tal-Unjoni. Id-dejta li titressaq għandha tinkludi l-ammonti individwali kollha li jkunu mhux eliġibbli minħabba n-nuqqas ta’ konformità.
3. Meta ma jkunx possibblili jiġu identifikati l-ammonti li ntnefqu b’mod mhux xieraq skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-ammonti li għandhom jitħallew barra billi tuża korrezzjonijiet estrapolati. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-ammonti rilevanti, l-Istati Membri jistgħu, fil-perjodu ta’ żmien li ttihom il-Kummissjoni waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, iressqu kalkolu tal-ammont li għandu jitħalla barra mill-finanzjament tal-Unjoni billi jestrapolaw permezz tal-istatistika, ir-riżultati tal-verifiki li jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv ta’ dawk il-każijiet. Il-kampjun għandu jittieħed mill-popolazzjoni li minnha jkun mistenni b’mod raġunat li jsir in-nuqqas ta’ konformità.
4. Biex jitqiesu r-riżultati mressqin mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li:
(a) |
tivvaluta l-metodi li jibqgħu jintużaw għall-identifikazzjoni jew l-estrapolazzjoni, li għandhom jiġu deskritti b’mod ċar mill-Istati Membri; |
(b) |
tivverifika kemm hu rappreżentattiv il-kampjun imsemmi fil-paragrafu 3; |
(c) |
tivverifika l-kontenut u r-riżultati tal-identifikazzjoni jew l-estrapolazzjoni li tkun ingħatat; |
(d) |
tikseb biżejjed evidenza tal-awditjar rilevanti dwar id-dejta bażika li minnha jkunu ttieħdu r-riżultati. |
5. Meta jkunu qegħdin japplikaw il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istatistika ta’ verifika tal-aġenziji tal-pagamenti li jkunu ġew ikkonfermati mill-entità taċ-ċertifikazzjoni, jew l-istima ta’ dawn l-entitajiet tal-livell tal-iżbalji fil-kuntest tal-awditu tagħhom stipulat fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dejjem jekk:
(a) |
il-Kummissjoni tkun sodisfatta bix-xogħol li jkun twettaq mill-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni, kemm mil-lat tal-istrateġija tal-awditjar, kif fejn jikkonċerna l-kontenut, l-estent u l-kwalità tax-xogħol reali tal-awditjar; |
(b) |
l-ambitu tax-xogħol tal-entità taċ-ċertifikazzjoni jkun konsistenti mal-ambitu tal-inkjesta għall-approvazzjoni tal-konformità inkwistjoni, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-miżuri jew l-iskemi; |
(c) |
l-ammont tal-penali li kellu jiġi applikat ikun tqies fil-valutazzjonijiet. |
6. Meta l-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jitħallew barra mill-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ma jiġux sodisfatti jew il-każ ikun wieħed fejn l-ammonti li jridu jitħallew barra ma jistgħux jiġu ddeterminati bil-mod previst minn dawk il-paragrafi, il-Kummissjoni għandha tapplika l-korrezzjonijiet xierqa b’rata fissa filwaqt li tqis it-tip u s-serjetà tal-ksur u l-istima tagħha tar-riskju ta’ ħsara finanzjarja li ġġarrab l-Unjoni.
Il-livell tal-korrezzjoni b’rata fissa għandu jiġi stabbilit billi jitqies, b’mod partikolari, it-tip ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat. Għal dan il-għan, in-nuqqasijiet ta’ kontroll għandhom ikunu maqsumin bejn dawk li huma marbuta ma’ verifiki ewlenin u dawk li huma marbuta ma’ verifiki subordinati, kif ġej:
(a) |
Il-verifiki ewlenin għandhom ikunu l-verifiki amministrattivi u fuq il-post li huma meħtieġa għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-għajnuna u l-applikazzjoni rilevanti tat-tnaqqis u l-penali; |
(b) |
Il-verifiki subordinati għandhom ikunu l-operazzjonijiet amministrattivi l-oħrajn kollha meħtieġa għall-ipproċessar korrett tat-talbiet. |
Jekk, fil-qafas tal-istess proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, jiġi stabbilit li hemm nuqqasijiet ta’ konformità differenti li kull wieħed minnhom iwassal għal korrezzjonijiet b’rati fissi diversi, għandha tapplika l-korrezzjoni bl-ogħla rata fissa bill.
7. Waqt li jkun qed jiġi stabbilit il-livell tal-korrezzjonijiet b’rata fissa, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod speċifiku ċ-ċirkostanzi li jidhru hawn taħt li juru aktar serjetà fin-nuqqasijiet li juru riskju akbar ta’ ħsara għall-baġit tal-Unjoni:
(a) |
verifika ewlenija waħda jew aktar mhux applikati jew applikati b’mod tant ħażin, jew tant rarament li jitqiesu mhux effettivi biex jiddeterminaw l-eliġibbiltà tat-talba jew biex jipprevjenu l-irregolaritajiet; jew |
(b) |
jinsabu tliet nuqqasijiet jew aktar fl-istess sistema ta’ verifika; jew |
(c) |
l-applikazzjoni minn Stat Membru ta’ sistema ta’ verifika tinsab kompletament nieqsa jew b’nuqqasijiet serji, u hemm evidenza ta’ irregolaritajiet mifruxa u ta’ negliġenza biex jirribattu prattiki irregolari jew frodulenti; jew |
(d) |
tkun diġà saret korrezzjoni għal dak l-Istat Membru għal nuqqasijiet simili fl-istess settur, iżda jkunu tqiesu l-miżuri korrettivi jew ta’ kumpens li jkun wettaq l-Istat Membru diġà. |
8. Meta Stat Membru jissottometti ċerti elementi oġġettivi, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, iżda li juru li l-ikbar telf għall-fondi huwa limitat għal somma li tkun inqas minn dik li toħroġ mill-applikazzjoni tar-rata fissa proposta, il-Kummissjoni għandha tuża r-rata fissal-aktar baxxa biex tiddeċiedi l-ammonti li għandhom jitħallew barra mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
9. L-ammonti rkuprati realment mill-benefiċjarji u kkreditati għall-fondi qabel data rilevanti li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, għandhom jitnaqqsu mill-ammont li l-Kummissjoni tiddeċiedi li għandu jitħalla barra mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 13
L-obbligu wara l-proċeduri ta’ rkupru
Wara t-tlestija tal-proċeduri ta’ rkupru msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jakkreditaw 50 % tal-ammonti rkuprati lill-FAEG wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-irkupru, kif stipulat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
jakkreditaw 50 % lill-FAEŻR jew tal-ammonti rkuprati wara li jingħalaq il-programm ta’ żvilupp rurali, jew tal-ammonti rkuprati qabel ma jingħalaq il-programm, iżda li ma setgħux jiġu allokati mill-ġdid skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
Artikolu 14
L-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet
Is-sistema ta’ skrutinju stabbilita fil-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma għandhiex tapplika għall-miżuri elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.
IL-KAPITOLU IV
GARANZIJI
TAQSIMA 1
Il-Kamp Ta’ Applikazzjoni u L-Użu ta’ termini
Artikolu 15
Il-kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali tipprevedi garanzija, kemm jekk it-terminu partikolari “garanzija” jintuża kif ukoll jekk le.
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija biex jiġi żgurat il-pagament tad-dazji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (19).
Artikolu 16
It-termini użati f’dan il-Kapitolu
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a) |
“awtorità kompetenti” hija jew parti awtorizzata li taċċetta garanzija jew parti awtorizzata li tiddeċiedi skont ir-Regolament rilevanti jekk garanzija għandhiex tiġi rrilaxxata jew ċeduta; |
(b) |
“garanzija fi blokk wieħed” hija garanzija disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jintlaħaq aktar minn obbligu wieħed; |
(c) |
“il-parti rilevanti tas-somma ggarantita” tfisser il-parti tas-somma ggarantita li tikkorrispondi għall-kwantità li għaliha jkun inkiser rekwiżit. |
TAQSIMA 2
Rekwiżit ta’ Garanzija
Artikolu 17
Il-parti responsabbli
Għandha tingħata garanzija mill-parti responsabbli, jew f’isem il-parti responsabbli, għall-pagament tas-somma ta’ flus dovuta jekk ma jiġix sodisfatt obbligu.
Artikolu 18
Rinunzja ta’ rekwiżit ta’ garanzija
1. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja r-rekwiżit ta’ garanzija meta l-parti responsabbli biex tissodisfa l-obbligu tkun:
(a) |
korp pubbliku responsabbli għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika; jew |
(b) |
korp privat li jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-superviżjoni tal-Istat. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja r-rekwiżit ta’ garanzija fejn il-valur tas-somma ggarantita huwa anqas minn EUR 500. F’dak il-każ, il-parti kkonċernata għandha timpenja ruħha bil-miktub li tħallas somma ugwali għall-garanzija rinunzjata jekk l-obbligu korrispondenti ma jiġix sodisfatt.
Fl-applikazzjoni tal-ewwel sottoparagrafu, il-valur tal-garanzija għandu jitqies li fih l-obbligi rilevanti kollha li huma marbutin mal-istess operazzjoni.
Artikolu 19
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-garanziji
1. L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta, jew għandha titlob is-sostituzzjoni ta’ kull garanzija li hi tikkunsidra mhux biżżejjed jew mhux xierqa jew li ma tipprovdix kopertura għal perjodu twil biżżejjed.
2. Fejn jiġu ddepożitati l-flus kontanti permezz ta’ trasferiment, dan ma għandux jitqies li jistabbilixxi garanzija sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li għandha l-ammont għad-dispożizzjoni tagħha.
3. Ċekk ta’ somma li l-pagament tagħha huwa ggarantit minn istituzzjoni finanzjarja rikonoxxuta għal dak l-għan mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti kkonċernata, għandu jiġi ttrattat bħala depożitu fi flus kontanti. L-awtorità kompetenti ma teħtieġx li tippreżenta ċekk bħal dan għall-ħlas sakemm il-perjodu taż-żmien li għalih huwa garantit ikun sejjer jiskadi.
Ċekk, minbarra kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, għandu jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li għandha l-ammont għad-dispożizzjoni tagħha.
4. Kull impost magħmul minn istituzzjoni finanzjarja għandhu jitħallas mill-parti li tagħti l-garanzija.
5. Ma għandu jitħallas ebda imgħax lill-parti li tagħti garanzija fil-forma ta’ depożitu fi flus kontanti.
Artikolu 20
L-użu tal-euro
1. Il-garanziji għandhom ikunu f’euro.
2. Jekk il-garanzija tiġi aċċettata fi Stat Membru barra miż-żona tal-euro, l-ammont tal-garanzija f’euro għandu jinqaleb fil-munita nazzjonali rilevanti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V. L-impenn li jikkorrispondi għall-garanzija u kull ammont miżmum f’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandu jibqa’ stabbilit f’euro.
Artikolu 21
Il-garanti
1. Il-garanti għandu jkollu r-residenza rreġistrata uffiċjalment jew l-istabbiliment tiegħu fl-Unjoni u, soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċerna l-libertà ta’ forniment ta’ servizzi, ikun approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jingħata t-titolu. Il-garanti għandu jkun marbut minn garanzija bil-miktub.
2. Il-garanzija bil-miktub trid mill-inqas tiddikjara:
(a) |
l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija fi blokk wieħed, it-tip(i) ta’ obbligi li meta jiġu sodisfatti, jiġi ggarantit il-pagament ta’ somma ta’ flus; |
(b) |
l-ogħla obbligu ta’ ħlas li l-garanti jaċċetta; |
(c) |
li l-garanti jimpenja ruħu b’mod konġunt u b’mod individwali mal-parti responsabbli biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ ħlas, fi żmien 30 jum mit-talba tal-awtorità kompetenti, kull somma, fil-limitu tal-garanzija, li tkun dovuta ladarba l-garanzija tiġi ddikjarata bħala ċeduta. |
3. Fejn tkun diġà ngħatat garanzija fi blokk wieħed bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-proċedura li trid tiġi segwita li permezz tagħha, il-garanzija fi blokk sħiħa jew parti minnha għandha tiġi allokata għal obbligu partikolari.
Artikolu 22
L-applikazzjoni ta’ force majeure
Kull persuna responsabbli minn obbligu kopert minn garanzija li tiddikjara li n-nuqqas ta’ ħarsien tal-obbligu huwa kkawżat minn force majeure għandu jagħti l-provi li jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti li tapplika l-force majeure. Jekk l-awtorità kompetenti tirrikonoxxi każ ta’ force majeure, l-obbligu jiġi kkanċellat għall-għan uniku tar-rilaxx tal-garanzija.
TAQSIMA 3
Ir-Rilaxx u ċ-Ċediment tal-Garanziji, Minbarra Dawk Imsemmija fit-Taqsima 4
Artikolu 23
Iċ-ċediment tal-garanziji
1. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa r-rekwiżit li titwettaq jew ma titwettaqx azzjoni, li tkun bażika għall-għanijiet tar-Regolament li jimponih.
2. Jekk obbligu ma jiġix sodisfatt u ma jkun ingħata l-ebda limitu ta’ żmien biex jiġi sodisfatt, il-garanzija għandha tiġi ċeduta meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li dan ma ġiex sodisfatt.
3. Jekk l-issodisfar ta’ obbligu huwa soġġett għal ċertu limitu ta’ żmien, u l-issodisfar seħħ biss wara dak il-limitu ta’ żmien, il-garanzija tiġi ċeduta.
F’każ bħal dan, il-garanzija għandha tiġi ċeduta għal 10 % minnufih u għandu jiġi applikat ukoll perċentwal addizzjonali fuq il-bilanċ li jifdal għal:
(a) |
2 % għal kull jum kalendarju li jaqbeż il-limitu ta’ żmien, jekk l-obbligu jkun jikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti f’pajjiż terz; |
(b) |
5 % għal kull jum kalendarju li jaqbeż il-limitu ta’ żmien, jekk l-obbligu jkun jikkonċerna t-tluq ta’ prodotti mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
4. Jekk obbligu jiġi sodisfatt fil-ħin, u l-preżentazzjoni tal-prova li dan ġie sodisfatt tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien fiss, il-garanzija li tkopri dak l-obbligu għandha tiġi ċeduta għal kull jum kalendarju li jaqbeż il-limitu ta’ żmien skont il-formola 0,2/il-limitu ta’ żmien stabbilit fi ġranet u filwaqt li jitqies l-Artikolu 25.
Jekk il-prova msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta’ liċenzja użata jew skaduta tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni, jew fit-tressiq ta’ prova li l-prodotti jkunu ħarġu mit-territorju doganali tal-Unjoni, il-garanzija li għandha tiġi rinunzjata għandha tkun ta’ 15 % jekk il-prova titressaq wara l-limitu ta’ żmien iffissat imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu iżda mhux wara is-730 jum kalendarju wara d-data tal-iskadenza tal-liċenzja. Wara dawk is-730 jum kalendarju, dak li jkun fadal mill-garanzija għandu jiġi ċedut kollu kemm hu.
Jekk il-prova msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tikkonċerna s-sottomissjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni użata jew skaduta b’iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet, il-garanzija li għandha tiġi ċeduta għandha tkun:
(a) |
10 % jekk il-liċenzja tiġi sottomessa bejn il-61 u d-90 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja; |
(b) |
50 % jekk il-liċenzja tiġi sottomessa bejn il-91 u l-120 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja; |
(c) |
70 % jekk il-liċenzja tiġi sottomessa bejn il-121 u l-150 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja; |
(d) |
80 % jekk il-liċenzja tiġi sottomessa bejn il-151 u l-180 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja; |
(e) |
100 % jekk il-liċenzja tiġi sottomessa wara l-180 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja. |
5. L-ammont tal-garanzija li għandu jintilef jew jiġi ċedut għandu jiġi aġġustat għall-ewwel ammont l-aktar baxx f’somma ta’ euro sħaħ jew fil-munita nazzjonali applikabbli.
Artikolu 24
Iċ-ċediment tal-garanziji
1. Ladarba tintwera l-prova kif stabbilit mir-regoli speċifiċi tal-Unjoni li obbligu ġie rispettat, jew li parti mill-garanzija ġiet ċeduta skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, dak li jifdal mill-garanzija għandu jiġi rilaxxat mingħajr dewmien.
2. Garanzija għandha tiġi rilaxxata parzjalment fejn tkun ingħatat l-evidenza rilevanti fir-rigward ta’ parti minn kwantità ta’ prodott, sakemm dik il-parti ma tkunx anqas mill-kwantità minima speċifikata fir-regolament li jitlob il-garanzija, jew fin-nuqqas tiegħu, kif speċifikat mill-Istat Membru.
3. Fejn ma hemmx perjodu ta’ żmien stabbilit biex tiġi ppreżentata l-evidenza li tinħtieġ għar-rilaxx ta’ somma ggarantita, dan il-perjodu għandu jkun ta’ 365 jum kalendarju mil-limitu ta’ żmien speċifikat għall-ħarsien tal-obbligu li għalih kienet iddepożitata l-garanzija. Fejn ma jkun speċifikat l-ebda limitu ta’ żmien, il-perjodu għandu jkun 365 jum kalendarju wara d-data sa liema jkunu ġew sodisfatti l-obbligi kollha.
Il-perjodu stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu ma għandux jaqbeż il-1 095 jum kalendarju minn meta l-garanzija tkun ġiet assenjata għal obbligu partikolari.
Artikolu 25
Livelli Limitu
1. Is-somma kollha li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma ggarantita.
2. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja li tikkonfiska ammont ta’ anqas minn EUR 100 mill-garanzija, diment li jiġu stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva, dispożizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet paragunabbli.
TAQSIMA 4
Garanziji fir-Rigward tal-Ħlasijiet bil-Quddiem
Artikolu 26
Il-kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom japplikaw fil-każijiet kollha fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni jipprevedu li somma tista’ titħallas qabel ma jkun issodisfatt l-obbligu stabbilit biex tinkiseb għajnuna jew vantaġġ.
Artikolu 27
Ir rilaxx tal-garanziji
1. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata:
(a) |
jew meta jkun ġie stabbilit dritt finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem; |
(b) |
jew meta s-somma mogħtija, flimkien ma’ kull żieda prevista fir-regoli speċifiċi tal-Unjoni, tkun tħallset lura. |
2. Ladarba d-data ta’ skadenza biex tingħata prova tad-dritt finali għas-somma mogħtija tkun għaddiet mingħajr ma tkun ġiet prodotta evidenza ta’ intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi l-proċedura għall-konfiska tal-garanzija.
Madankollu, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi hekk, tista’ tiġi prodotta l-evidenza wara dik id-data permezz tal-ħlas lura parzjali tal-garanzija.
KAPITOLU V
L-UŻU TAL-EURO
Artikolu 28
Rimborżi tal-esportazzjoni u kummerċ ma’ pajjiżi terzi
1. Għall-ammonti li jirrigwardaw l-importazzjoni u għat-taxxi fuq l-esportazzjoni, li jkunu ffissati bħala euro bil-liġi tal-Unjoni dwar l-istrateġija agrikola komuni li jkunu applikabbli fl-Istati Membri fil-munita nazzjonali, ir-rata tal-konverżjoni għandha tkun speċifikament ugwali għar-rata applikabbli bi qbil mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
2. Għar-rimborżi fuq l-esportazzjonijiet stabbiliti f’euro u għall-prezzijiet u l-ammonti espressi f’euro fil-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana.
3. Għall-kalkolu tal-valur standard tal-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex imsemmi fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (20), biex jiġi stabbilit il-prezz tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 137(1) ta’ dak ir-Regolament, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-prezzijiet rappreżentattivi użati għall-kalkolu tal-valur standard u l-ammont tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 134(3) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun il-jum li jirrelataw għalih il-prezzijiet rappreżentattivi.
Artikolu 29
Rifużjonijiet fuq il-produzzjoni u tipi speċifiċi ta’ għajnuna
1. Għar-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni stabbiliti f’euro bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tad-dikjarazzjoni li l-prodotti jkunu waslu fid-destinazzjoni meħtieġa, skont il-każ, minn dik il-leġiżlazzjoni. Fil-każijiet fejn din id-destinazzjoni mhijiex meħtieġa, l-avveniment operattiv għandu jkun l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas tar-rifużjoni mill-aġenzija tal-pagamenti.
2. Għall-għajnuna mogħtija bħala kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew prodott li jrid jintuża b’mod speċifiku, mingħajr ħsara għall-Artikoli 30 u 33, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel operazzjoni li tiggarantixxi, wara li l-prodotti jinxtraw mill-operatur ikkonċernat, l-użu xieraq tal-prodotti kkonċernati u tinvolvi l-għoti tal-għajnuna.
3. Għall-għajnuna għall-ħżin privat l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel ġurnata tal-perjodu li għalih tingħata l-għajnuna relatata mal-istess kuntratt.
4. Għal għajnuna oħra minbarra dik imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 30 u 31, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
Artikolu 30
Is-settur tal-inbid
1. L-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena tal-għasra li fiha jingħata l-appoġġ għal dan li ġej:
(a) |
ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
l-istabbilment ta’ fondi mutwi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(c) |
l-assigurazzjoni fuq il-ħsad imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
2. Għall-għajnuniet imħallsa għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-vitikultura, imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena tal-għasra li fiha jiġi distribwit il-prodott sekondarju.
3. Għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-innovazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.
4. Għall-operazzjonijiet ta’ ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih isir il-ħsad bikri.
Artikolu 31
Ammonti u ħlasijiet fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
1. Għal għajnuna mogħtija għall-provvista ta’ ċerti prodotti tal-ħalib lill-istudenti kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2008 (21), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tal-perjodu li tirrelata għalih l-applikazzjoni tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.
2. Għall-ħlas tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 (22), għal perjodu ta’ tnax-il xahar partikolari skont it-tifsira tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (23), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ April ta’ wara l-perjodu konċernat.
3. Għall-ispejjeż tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (24), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih l-awtorità kompetenti tirċievi l-offerta valida.
Artikolu 32
L-ammonti u l-pagamenti tal-għajnuna marbuta mal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
Għall-għajnuna mogħtija għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (25), l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar ta’ qabel il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 33
Il-prezz minimu għall-pitravi, l-imposta fuq il-produzzjoni żejda u t-tariffa fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor
Għat-tariffa fuq il-produzzjoni tal-pitravi, u l-imposta fuq il-produzzjoni żejda msemmijin fl-Artikoli 128, 135 u 142 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq li fir-rigward tagħha jiġu applikati jew imħallsal-prezzijiet u l-ammonti.
Artikolu 34
L-ammonti għall-operazzjonijiet strutturali jew ambjentali u spejjeż ġenerali tal-programmi operattivi
1. Għall-ammonti msemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif ukoll għall-ammonti marbutin mal-miżuri approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li għalihom jiġu assigurati l-ħlasijiet lill-benefiċjarji permezz tal-programmi tal-iżvilupp rurali approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna.
Madankollu, fejn, skont ir-regoli tal-Unjoni, il-ħlas tal-ammonti msemmija fl-ewwel sottoparagrafu jsir bin-nifs tul diversi snin, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal kull wieħed mill-ħlasijiet bin-nifs annwali għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha jsir l-ħlas bin-nifs ikkonċernat.
2. Għas-somom imsemmija fil-punt 2(a) tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, maħsuba biex ikopru l-ispejjeż ġenerali speċifikament marbutin mal-fondi operattivi jew il-programmi msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li għaliha jirrelataw dawn l-ispejjeż ġenerali.
Artikolu 35
L-ammonti marbuta mal-awtorizzazzjoni biex tingħata għajnuna finanzjarja nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u r-rimborż parzjali ta’ din l-għajnuna finanzjarja nazzjonali
1. Għat-talba tal-awtorizzazzjoni biex tingħata l-għajnuna finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għandu jkun id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tat-talba lill-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
2. Għar-rimborż mill-Unjoni tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 95 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
Artikolu 36
Ammonti u prezzijiet oħra
Għal prezzijiet jew ammonti differenti minn dawk imsemmija fl-Artikoli 28 sa 35, jew l-ammonti konnessi ma’ dawk il-prezzijiet, espressi f’euro fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew espressi f’euro permezz ta’ proċedura ta’ offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih jseħħ wieħed mill-atti legali li ġejjin:
(a) |
għax-xiri, meta tkun waslet l-offerta valida; |
(b) |
għall-bejgħ, meta tkun waslet l-offerta valida; |
(c) |
għall-irtirar tal-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-jum li fih iseħħ l-irtirar; |
(d) |
għall-operazzjonijiet li mhumiex tal-ħsad u għall-operazzjonijiet ta’ ħsad bikri fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-jum li fih iseħħ l-operat li mhuwiex ta’ ħsad u l-ħsad bikri; |
(e) |
għall-ispejjeż tat-trasport, l-ipproċessar jew il-ħżin pubbliku u għall-ammonti allokati għall-istudji bħala parti minn proċedura tal-offerti, l-aħħar jum għas-sottomissjoni tal-offerti; |
(f) |
għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, l-ammonti jew l-offerti fis-suq, il-jum li għalih jiġi rreġistrat il-prezz, l-ammont jew l-offerta; |
(g) |
għall-penali marbutin man-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni agrikola, id-data tal-att tal-awtorità kompeteti li jistabbilixxi l-fatti; |
(h) |
għad-dħul jew l-ammonti marbutin mal-volumi tal-produzzjoni, il-bidu tal-perjodu ta’ referenza stabbilit bil-leġiżlazzjoni agrikola. |
Artikolu 37
Il-ħlas bil-quddiem
Għall-ħlasijiet bil-quddiem, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv applikabbli għall-prezz jew għall-ammont li jirrelata għalih il-ħlas bil-quddiem, fejn dan l-avveniment ikun seħħ saż-żmien meta jsir il-ħlas bil-quddiem, jew, f’każijiet oħra, id-data tal-istabbiliment f’euro tal-ħlas bil-quddiem jew, fin-nuqqas ta’ dan, id-data tal-ħlas bil-quddiem. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jiġi applikat għall-ħlas bil-quddiem mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-prezz jew l-ammont sħiħ ikkonċernat tal-avveniment operattiv għal dak il-prezz jew ammont.
Artikolu 38
Garanziji
Għall-garanziji, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data li fiha tiġi ddepożitata l-garanzija.
Madankollu, għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għal garanziji marbutin ma’ ħlas bil-quddiem, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv iddefinit għall-ammont tal-ħlas bil-quddiem, fil-każ li l-avveniment ikun seħħ saż-żmien li titħallas il-garanzija; |
(b) |
għall-garanziji relatati mas-sottomissjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih tiġi sottomessal-offerta; |
(c) |
għall-garanziji relatati mal-eżekuzzjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti. |
Artikolu 39
L-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet
L-ammonti f’euro li jidhru fil-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jiġu kkonvertiti fejn jixraq fil-munità nazzjonali billi tiġi applikata r-rata ta’ kambju li tkun qed titħaddem fl-ewwel jum tax-xogħol tas-sena meta jibda l-perjodu ta’ skrutinju u jkun ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 40
Stabbiliment tar-rata tal-kambju
Meta avveniment operattiv jiġi stabbilit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qabel l-ewwel juma tax-xahar li fih iseħħ l-avveniment operattiv.
Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun:
(a) |
għall-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament li fihom l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rata li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92; |
(b) |
għall-infiq tal-intervent fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku, ir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 906/2014 (26); |
(c) |
għall-prezz minimu tal-pitravi msemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, ir-rata medja stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għax-xahar ta’ qabel l-avveniment operattiv. |
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 41
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji
1. F’każ li aġenzija tal-pagamenti li tkun akkreditata kif jitlob ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tassumi r-responsabbiltà għall-infiq li għalih hi ma kinitx responsabbli qabel, din għandha tiġi akkreditata bir-responsabbiltajiet il-ġodda sal-1 ta’ Jannar 2015.
2. Il-miżuri elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1106/2010 ma għandhomx jiġu soġġetti għas-sistema ta’ skrutinju stabbilita fil-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-fini tal-iskrutinju marbut mal-infiq ta’ qabel is-sena fiskali 2014.
3. Fejn issir referenza fil-leġiżlazzjoni speċifika, għal rekwiżiti primarji, sekondarji jew subordinati, kif imsemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012, għandu japplika l-Artikolu 23(2), (3) u (4) ta’ dan ir-Regolament.
4. Għall-programmi ta’ żvilupp rurali msemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005:
(a) |
għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-impenji baġitarji li ma jkunux intużaw sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju. Fl-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament, ir-referenzi li hemm għas-sena N+3 għandhom jitqiesu bħala referenzi għas-sena N+2; |
(b) |
il-pagamenti interim li tħallas il-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ma għandhomx ikunu soġġetti għal tifrix tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità għall-perjodu kollu kopert mill-programm ikkonċernat; |
(c) |
biex jiġu applikati l-Artikoli 37 u 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-aħħar data tal-eliġibbiltà tal-infiq għandha tkun dik stabbilita fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
5. Biex jiġi applikat l-Artikolu 54(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għall-każijiet irrappurtati jew li se jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni rigward is-snin fiskali 2013 u 2014, kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, is-sena fiskali tas-sejba primarja ta’ irregolarità fit-tifsira tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandha tibqa’ titqies. Fil-każijiet li dwarhom ma tinstabx irregolarità primarja amministrattiva jew ġudizzjarja qabel is-16 ta’ Ottubru 2014, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Rigward il-FAEŻR, biex jiġu approvati l-kontijiet bi qbil mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(2) ta’ dak ir-Regolament u jibdew bl-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena fiskali 2014.
Artikolu 42
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 376/2008
Il-Paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 34 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 huma mħassra.
Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw għall-garanziji ddepożitati b’mod validu skont dak ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 43
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 612/2009
L-Artikolu 47(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 huwa mħassar.
Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw għall-garanziji ddepożitati b’mod validu skont dak ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 44
Revoka
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2006, (KE) Nru 884/2006, (KE) Nru 885/2006, (KE) Nru 1913/2006, (UE) Nru 1106/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012 huma revokati.
Madankollu, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
Madankollu, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012 għandu jibqa’ japplika għall-garanziji ddepożitati b’mod validu skont dak ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 għandu jibqa’ japplika għall-infiq li jsir sal-15 ta’ Ottubru 2014; |
(c) |
Għandhom jibqgħu japplikaw l-Artikolu 11 u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
Artikolu 45
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 41(4) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) tal-miżuri ta’ intervent taħt forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpi oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1913/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja tal-euro fis-settur agrikolu u jemenda ċerti regolamenti (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2010 tat-30 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-lista ta’ miżuri li għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri ta’ tranżazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (ĠU L 315, 1.12.2010, p. 16).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671)
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008 p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2008 tal- 10 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal tal-iskola f’ċerti stabbilimenti tal-edukazzjoni (ĠU L 183, 11.7.2008, p. 17).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22).
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(24) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(25) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 38).
(26) Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infiq pubbliku ta’ intervent (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
IL-KRITERJI TA’ AKKREDITAZZJONI
(Artikolu 1)
1. L-AMBJENT INTERN
(A) Struttura organizzazzjonali
L-istruttura organizzazzjonali tal-aġenzija tal-pagamenti għandha tippermettilha twettaq il-funzjonijiet ewlenin li ġejjin fir-rigward tal-infiq tal-FAEG u tal-FAEŻR:
(i) |
L-awtorizzazzjoni u l-kontroll tal-pagamenti biex ikun stabbilit li l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju ikun skont ir-regoli tal-Unjoni, li għandhom jinkludu, b’mod partikolari, verifiki amministrattivi u dawk fuq il-post; |
(ii) |
L-eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-ammont awtorizzat lill-benefiċjarji (jew iċ-ċessjonarji tagħhom) jew, fil-każ ta’ żvilupp rurali, il-parti tal-kofinanzjament mill-Unjoni; |
(iii) |
L-għoti ta’ rendikont biex jiġu rreġistrati l-pagamenti kollha fil-kontijiet separati tal-aġenzija tal-pagamenti tal-FAEG u tal-FAEŻR, fil-forma ta’ sistema ta’ informazzjoni, u t-tħejjija ta’ taqsiriet perjodiċi ta’ nfiq, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar (għall-FAEG), ta’ kull tliet xhur (għall-FAEŻR), u annwali lill-Kummissjoni. Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti għandhom jirreġistraw ukoll l-assi ffinanzjati mill-Fondi, b’mod partikolari rigward il-ħażniet ta’ intervent, il-ħlasijiet bil-quddiem mhux approvati, il-garanziji u d-debituri. |
L-istruttura organizzattiva tal-aġenzija tal-pagamenti għandha tipprevedi l-assenjazzjoni ċara ta’ awtorità u ta’ responsabbiltà fil-livelli operattivi kollha kif ukoll is-separazzjoni tat-tliet funzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, li r-responsabbiltajiet tagħhom jiġu ddefiniti fiċ-ċart organizzattiva. Din għandha tinkludi s-servizzi tekniċi u s-servizz ta’ awditjar intern imsemmija fil-punt 4.
(B) L-istandard tar-riżorsi umani
L-aġenzija għandha tiżgura li:
(i) |
Riżorsi umani adegwati huma allokati biex jitwettqu l-operazzjonijiet u l-eżistenza ta’ ħiliet tekniċi xierqa kif meħtieġ f’livelli operattivi differenti. |
(ii) |
Id-diviżjoni tad-dmirijiet tkun tali li l-ebda uffiċjal ma jkollu responsabbiltà għal aktar minn waħda mir-responsabbiltajiet biex jawtorizza, iħallas jew jagħti rendikont tas-somom iċċarġjati lill-FAEG jew lill-FAEŻR, u li l-ebda uffiċjal ma jwettaq xi wieħed minn dawk il-kompiti mingħajr is-superviżjoni ta’ uffiċjal ieħor. |
(iii) |
Ir-responsabbiltajiet ta’ kull uffiċjal jiġu ddefiniti bil-miktub fid-deskrizzjoni tal-impjieg, inkluż l-iffissar ta’ limiti finanzjarji għall-awtorità tiegħu/tagħha. |
(iv) |
It-taħriġ tal-istaff ikun adegwat fil-livelli operattivi kollha, inkluż fejn jidħol l-għarfien dwar il-frodi, u jkun hemm politika biex il-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi jinbidel regolarment, jew alternattivament ikun hemm superviżjoni akbar. |
(v) |
Jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess fejn persuna li tokkupa pożizzjoni ta’ responsabbiltà jew pożizzjoni sensittiva fir-rigward tal-verifika, tal-awtorizzazzjoni, tal-ħlas u tal-għoti ta’ rendikont tal-pretensjonijiet jew tal-pagamenti twettaq ukoll funzjonijiet oħrajn barra mill-aġenzija tal-pagamenti. |
(C) Delegazzjoni
(C.1) |
Jekk l-aġenzija tal-pagamenti tiddelega xi wieħed mill-kompiti tagħha lil korp ieħor, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(C.2) |
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (C. 1) (i), (ii), (iii) u (v) hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każijiet fejn il-funzjonijiet tal-aġenzija tal-pagamenti jitwettqu minn korp ieħor bħala parti mill-kompiti regolari tagħha abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
2. L-ATTIVITAJIET TA’ KONTROLL
(A) Il-proċeduri biex jiġu awtorizzati l-pretensjonijiet
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri li ġejjin:
(i) |
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tistabbilixxi proċeduri dettaljati dwar kif għandha tirċievi, tirreġistra u tipproċessal-pretensjonijiet, inkluża deskrizzjoni tad-dokumenti kollha li għandhom jintużaw. |
(ii) |
Kull uffiċjal responsabbli mill-awtorizzazzjoni jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu lista ddettaljata ta’ kontroll b’rabta mal-verifiki li għandhom jitwettqu, u għandu jixhed fid-dokumenti ta’ sostenn tal-pretensjoni li dawk il-verifiki jkunu twettqu. Dik l-attestazzjoni tista’ ssir b’mezzi elettroniċi. Għandu jkun hemm evidenza ta’ analiżi sistematika tax-xogħol imwettaq, pereżempju analiżi abbażi ta’ kampjun, sistema jew pjan, liema analiżi trid tkun twettqet minn membru għoli tal-persunal. |
(iii) |
Pretensjoni għandha tkun awtorizzata biss wara li jkunu saru biżżejjed kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni. Il-verifiki għandhom jinkludu dawk mitluba mir-Regolament rilevanti li jirregola l-miżura speċifika li skontha tkun qed tintalab l-għajnuna, u dawk mitluba mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex jiġu miġġielda u mikxufa l-każijiet ta’ frodi u ta’ irregolarità filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari r-riskji involuti. Għall-FAEŻR, għandu jkun hemm ukoll proċeduri biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna, inkluż l-għoti tal-kuntratti, ikunu ġew rispettati, u li r-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali kollha, inklużi dawk stabbiliti fil-programm tal-iżvilupp rurali, ġew sodisfatti. |
(iv) |
Il-maniġment tal-aġenzija tal-pagamenti, fil-livell adegwat, għandu jiġi mgħarraf fuq bażi regolari u f’waqtha bir-riżultati tal-verifiki amministrattivi u dawk fuq il-post li jkun ġew imwettqa, u dan biex qabel ma jsir il-pagament għal pretensjoni, ikun dejjem jista’ jitqies il-livell ta’ dawk il-kontrolli. |
(v) |
Ix-xogħol imwettaq għandu jiġi dettaljat f’rapport li jakkumpanja kull pretensjoni, kull grupp ta’ pretensjonijiet jew, jekk ikun f’loku, f’rapport li jkopri sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn attestazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet approvati u dwar in-natura, l-ambitu u l-limiti tax-xogħol li jkun sar. Barra minn hekk, għall-FAEŻR, għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-kriterji għall-għoti ta’ għajnuna, inkluż l-għoti tal-kuntratti, ikunu ġew rispettati, u li r-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali kollha, inklużi dawk stabbiliti fil-programm tal-iżvilupp rurali, ġew sodisfatti. Jekk ikun hemm verifika fiżika jew amministrattiva li ma tkunx kopriet kollox, imma tkun saret fuq kampjun tal-pretensjonijiet, għandhom jiġu identifikati l-pretensjonijiet magħżula, jiġi deskritt il-metodu tat-teħid tal-kampjuni, u jsir rapport dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kollha u l-miżuri meħuda rigward id-diskrepanzi u l-irregolaritajiet. Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom ikunu biżżejjed biex jagħtu assigurazzjoni li jkunu twettqu l-verifiki kollha meħtieġa dwar l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet awtorizzati. |
(vi) |
Fejn dokumenti (fuq karta jew f’forma elettronika) relatati mal-pretensjonijiet awtorizzati u mal-verifiki mwettqa jinżammu minn korpi oħrajn, kemm dawk il-korpi kif ukoll l-aġenzija tal-pagamenti għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw li jiġi rreġistrat il-post fejn qed jinżammu dawk id-dokumenti kollha li jkunu rilevanti għall-pagamenti speċifiċi li saru mill-aġenzija. |
(B) Il-proċeduri għall-ħlas
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa biex tiżgura li l-pagamenti jsiru biss f’kontijiet bankarji li jappartjenu jew lill-benefiċjarji jew liċ-ċessjonarji tagħhom. Il-pagament għandu jiġi magħmul mill-bank tal-aġenzija tal-pagamenti jew, skont il-każ xi jkun, minn uffiċċju tal-pagamenti tal-gvern, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-iċċarġjar lill-FAEG jew lill-FAEŻR. Għandhom jiġu adottati proċeduri biex jiġi żgurat li l-pagamenti kollha li għalihom ma jsirux trasferimenti jkunu kkreditati mill-ġdid lill-Fondi. Jekk tali pagamenti diġà ġew iddikjarati lill-Fondi, dawn għandhom jiġu kkreditati mill-ġdid lill-Fondi permezz ta’ dikjarazzjonijiet kull xahar/kull tliet xhur li jmiss jew fil-kontijiet annwali l-aktar tard. M’għandu jsir l-ebda ħlas bi flus kontanti. L-approvazzjoni tal-uffiċjal li jawtorizza u/jew tas-superviżur tiegħu tista’ ssir b’mezzi elettroniċi, sakemm jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà fuq dawk il-mezzi, u l-identità tal-firmatarju titniżżel fir-rekords elettroniċi.
(C) Il-proċeduri għall-kontabbiltà
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri li ġejjin:
(i) |
Il-proċeduri tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet mensili (għall-FAEG), dawk ta’ kull tliet xhur (għall-FAEŻR) u dawk annwali jkunu sħaħ, preċiżi u f’waqthom, u li kwalunkwe żball jew ommissjoni jiġi skopert u kkoreġut, b’mod partikolari permezz ta’ verifiki u rikonċiljazzjonijiet imwettqa f’intervalli regolari. |
(ii) |
Il-kontabbiltà għal ħażna ta’ intervent għandha tiżgura li l-kwantitajiet u l-ispejjeż assoċjati jiġu pproċessati u rreġistrati b’mod korrett u fil-pront għal kull lott identifikabbli u fil-kont korrett f’kull stadju mill-aċċettazzjoni ta’ offerta sat-tneħħija fiżika tal-prodott, skont ir-regolamenti applikabbli, u għandha tiżgura li l-kwantità u n-natura tal-ħażniet f’kull post jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin. |
(D) Il-proċeduri għall-pagamenti bil-quddiem u għall-garanziji
Għandhom jiġu adottati proċeduri biex jiġi żgurat li:
(i) |
Il-pagamenti ta’ ħlas bil-quddiem għandhom jiġu identifikati b’mod separat fir-rekords tal-kontabbiltà jew fir-rekords sussidjarji. |
(ii) |
Il-garanziji jinkisbu biss minn istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament u li jkunu approvati mill-awtoritajiet xierqa u li jibqgħu validi sakemm jiġu approvati jew invokati fuq is-sempliċi talba tal-aġenzija tal-pagamenti. |
(iii) |
Il-ħlas bil-quddiem jiġi approvat fil-limiti ta’ żmien stipulati u dawk li misshom diġà ġew approvati għandhom jiġu identifikati fil-pront u l-garanziji għandhom jiġu invokati fil-pront. |
(E) Il-proċeduri għad-djun
Il-kriterji kollha pprovduti fil-punti minn A) sa D) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-imposti, għall-garanziji mitlufa, għall-pagamenti rimborsati, għad-dħul assenjat, eċċ., li l-aġenzija tal-pagamenti tkun mitluba tiġbor f’isem il-FAEG u l-FAEŻR.
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tistabbilixxi sistema għar-rikonoxximent tal-ammonti kollha dovuti u biex tirreġistra f’reġistru tad-debituri id-djun kollha bħal dawn qabel ma jiġu riċevuti. Ir-reġistru tad-debituri għandu jiġi spezzjonat f’intervalli regolari u għandha tittieħed azzjoni biex jinġabru d-djun li misshom diġà tħallsu.
(F) Ir-rekord ta’ verifika
L-informazzjoni dwar l-evidenza dokumentarja tal-awtorizzazzjoni, tal-kontabbiltà u tal-pagamenti tal-pretensjonijiet u tal-immaniġġjar tal-ħlas bil-quddiem, tal-garanziji u tad-djun għandha tkun disponibbli fl-aġenzija tal-pagamenti sabiex dejjem ikun hemm rekord dettaljat għall-verifika.
3. INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI
(A) Il-komunikazzjoni
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa sabiex tiżgura ruħha li kull bidla fir-regolamenti tal-Unjoni, u b’mod partikolari fir-rati tal-għajnuna applikabbli, jiġu rreġistrati u l-istruzzjonijiet, il-bażijiet ta’ dejta u l-listi ta’ verifika jiġu aġġornati fi żmien xieraq.
(B) Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
(i) |
Mingħajr preġudizzju għall-punt (ii) hawn taħt, is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti f’verżjoni applikabbli fis-sena finanzjarja kkonċernata ta’ wieħed mill-istandards li ġejjin:
|
(ii) |
Mis-16 ta’ Ottubru 2016, is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi ċċertifikata skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni 27001: Is-sistemi għall-Immaniġġjar tas-Sigurtà tal-Informazzjoni — Rekwiżiti (ISO).
Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lill-Istati Membri jiċċertifikaw is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom skont standards aċċettati oħra jekk dawk l-istandards jiggarantixxu livell ta’ sigurtà tal-inqas ekwivalenti għal dak stipulat minn ISO 27001. Għall-aġenziji tal-pagamenti responsabbli mill-immaniġġjar u l-kontroll ta’ nefqa annwali ta’ mhux aktar minn EUR 400 miljun, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu. Dawk l-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt (i). Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. |
4. MONITORAĠĠ
(A) Monitoraġġ kontinwu permezz ta’ attivitajiet ta’ kontroll intern
L-attivitajiet ta’ kontroll intern għandhom ikopru tal-inqas l-oqsma li ġejjin:
(i) |
Il-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi u tal-korpi ddelegati responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli u ta’ funzjonijiet oħrajn biex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tar-regolamenti, tal-linji gwida u tal-proċeduri. |
(ii) |
L-introduzzjoni ta’ bidliet fis-sistemi sabiex is-sistemi ta’ kontroll jittejbu b’mod ġenerali. |
(iii) |
L-analiżi tal-pretensjonijiet u tat-talbiet imressqa quddiem l-aġenzija tal-pagamenti kif ukoll ta’ kull informazzjoni oħra li tqajjem suspett ta’ xi irregolaritajiet. |
(iv) |
Il-proċeduri ta’ monitoraġġ sabiex jipprevjenu u jikxfu każijiet ta’ frodi u ta’ irregolarità b’attenzjoni partikolari għal dawk l-oqsma tan-nefqa tal-PAK li jaqgħu fil-kompetenza tal-aġenzija tal-pagamenti u li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ frodi jew irregolaritajiet serji oħra. |
Il-monitoraġġ kontinwu jkun parti mill-attivitajiet operattivi normali u rikorrenti tal-aġenzija tal-pagamenti. Fil-livelli kollha, l-operazzjonijiet u l-attivitajiet ta’ kontroll ta’ kuljum tal-aġenzija għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa sabiex dejjem ikun hemm rekord dettaljat tal-entrati.
(B) Evalwazzjonijiet separati permezz ta’ servizz ta’ awditjar intern
F’dan ir-rigward, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri li ġejjin:
(i) |
Is-servizz ta’ awditjar intern għandu jkun indipendenti mid-dipartiment l-oħra tal-aġenzija tal-pagamenti u għandu jirrapporta direttament lid-direttur tal-aġenzija tal-pagamenti. |
(ii) |
Is-servizz ta’ verifika interna għandu jivverifika li l-proċeduri adottati mill-aġenzija jkunu adegwati biex ikun żgurat li l-konformità mar-regoli tal-Unjoni tkun ivverifikata u li l-kontijiet ikunu preċiżi, kompluti u f’waqthom. Il-verifiki jistgħu jkunu limitati għal miżuri magħżula u għal kampjuni ta’ tranżazzjonijiet, u dan kemm-il darba pjan ta’ awditjar jiżgura li l-oqsma kollha sinifikanti, inklużi d-dipartimenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni, ikunu koperti tul perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin. |
(iii) |
Ix-xogħol tas-servizz tal-awditu intern għandu jitwettaq skont standards aċċettati f’livell internazzjonali, għandu jiġi rreġistrat fil-karti tal-ħidma u għandu jwassal għal rapporti u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-ogħla maniġment tal-aġenzija. |
ANNESS II
L-OBBLIGI TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI U L-PROĊEDURI TAL-ISPEZZJONIJIET FIŻIĊI
(Artikolu 3)
A. L-OBBLIGI TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
I. Verifiki
1. Frekwenza u rappreżentanza
Kull punt ta’ ħażna għandu jiġi spezzjonat tal-anqas darba f’sena skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B, biex b’mod partikolari jiġu żgurati dawn li ġejjin:
— |
il-proċedura għall-ġbir tal-informazzjoni dwar il-ħażna pubblika; |
— |
jekk id-dejta tal-kontabbiltà miżmuma fuq il-post mill-maħżnier taqbilx mal-informazzjoni mibgħuta lill-aġenzija tal-pagamenti; |
— |
il-preżenża fiżika fil-maħżen tal-kwantitajiet imsemmija fir-rekords kontabilistiċi tal-maħżnier u li serviet bħala bażi għall-aħħar dikjarazzjoni ta’ kull xahar ipprovduta mill-maħżnier, ivvalutata viżwalment jew, f’każ ta’ dubju jew tilwima, billi tintiżen jew titkejjel; |
— |
il-kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli tal-prodotti maħżuna. |
Il-preżenza fiżika għandha tiġi stabbilita bi spezzjoni fiżika li tkun rappreżentattiva biżżejjed, li tal-anqas tkun tkopri l-perċentwali stabbiliti fil-punt B u li tippermetti li wieħed jikkonkludi li l-kwantitajiet sħaħ elenkati fil-kontijiet tal-ħażniet huma fil-fatt preżenti.
Il-verifiki tal-kwalità għandhom jinkludu verifiki viżwali, bix-xamm u/jew organolettiċi u, jekk ikun hemm xi dubju, analiżi fid-dettall.
2. Verifiki addizzjonali
Jekk tiġi identifikata xi anomalija waqt l-ispezzjoni fiżika, perċentwal ieħor tal-kwantitajiet fil-ħażna ta’ intervent għandu jiġi spezzjonat bl-istess metodu. Jekk ikun meħtieġ, l-ispezzjoni tista’ tiġi estiża b’mod li jintiżnu l-prodotti kollha fil-lott jew fil-maħżen li jkun qiegħed jiġi spezzjonat.
II. Rapporti ta’ spezzjoni
1. |
Il-korp ta’ spezzjoni intern tal-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp awtorizzat minn din tal-aħħar għandu jipprepara rapport fuq kull waħda mill-verifiki jew l-ispezzjonijiet fiżiċi mwettqa. |
2. |
Ir-rapport għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
3. |
Ir-rapporti għandhom jintbagħtu immedjatament lill-kap tad-dipartiment responsabbli għaż-żamma tar-reġistri tal-aġenzija tal-pagamenti.
Eżatt wara li jasal ir-rapport, il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti jiġu kkoreġuti fid-dawl tad-diskrepanzi u d-differenzi misjuba. |
4. |
Ir-rapporti għandhom jinżammu fl-uffiċċju prinċipali tal-aġenzija tal-pagamenti u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni u ta’ persuni awtorizzati mill-Kummissjoni. |
5. |
Għandu jitħejja dokument sommarju mill-aġenzija tal-pagamenti li jelenka:
Il-kwanitajiet ivverifikati u l-anomaliji misjuba għandhom jiġu indikati għal kull prodott ikkonċernat, f’termini ta’ piż jew volum u bħala perċentwal tal-kwantitajiet totali miżmuma. Dan id-dokument sommarju għandu jelenka b’mod separat il-verifiki tal-kwalità tal-prodotti maħżuna. Għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fl-istess ħin mal-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
B. PROĊEDURA TA’ SPEZZJONI FIŻIKA SKONT IS-SETTUR TAL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI GĦALL-VERIFIKI MSEMMIJA FIL-PUNT A
I. Butir
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li jkun se jiġi vverifikat irid jirrappreżenta tal-linqas 5 % tal-kwantità totali f’ħażna pubblika. Il-lottijiet li jkunu se jiġu vverifikati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Il-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiġu vverifikati fuq il-post permezz ta’:
|
3. |
Fir-rapport ta’ spezzjoni għandhom jiġu inklużi deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u kull nuqqas innotat. |
II. Trab tal-ħalib xkumat
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li jkun se jiġi vverifikat għandu jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-kwantità f’ħażna pubblika. Il-lottijiet li jkunu se jiġu vverifikati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Il-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiġu vverifikati fuq il-post permezz ta’:
|
3. |
Fir-rapport ta’ spezzjoni għandhom jiġu inklużi deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u kull nuqqas innotat. |
III. Ċereali u Ross
1. Proċedura ta’ spezzjoni fiżika
(a) |
L-għażla tal-kaxex jew tal-imħażen li għandhom jiġu vverifikati, li jirrappreżentaw tal-anqas 5 % tal-kwantità totali taċ-ċereali jew ross fil-ħażna pubblika.
L-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-reġistri tal-ħażniet tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
(b) |
Spezzjoni fiżika:
|
(c) |
F’kull punt tal-ħażna għandu jkun hemm disponibbli pjanta tal-maħżen u l-qisien ta’ kull sajlo jew kamra ta’ ħżin.
Iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jinħażnu b’tali mod li l-volum tagħhom ikun jista’ jiġi vverifikat. |
2. Il-proċedura meta jinstabu diskrepanzi
Waqt l-ivverifikar tal-volum hija awtorizzata ftit tat-tolleranza.
Ir-regoli stabbiliti fil-punt II tal-Anness III għandhom b’hekk japplikaw meta l-piż tal-prodotti maħżuna kif irreġistrat matul l-ispezzjoni fiżika jkun differenti mill-piż tal-ktieb b’5 % jew aktar għaċ-ċereali u għar-ross fil-każ ta’ ħażna f’sajlos jew fuq l-art.
Meta ċ-ċereali jew ir-ross ikunu maħżunin f’maħżen, il-kwantitajiet li jintiżnu mad-dħul fil-punt tal-ħażna jistgħu jiġu rreġistrati minflok dawk li jirriżultaw minn estimi tal-volum jekk dan tal-aħħar ma jipprovdix grad ta’ preċiżjoni li jitqies adegwat u d-differenza bejn iż-żewġ ċifri ma tkunx eċċessiva.
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel użu minn din l-għażla meta tkun iġġustifikata b’ċirkostanzi, abbażi ta’ każ b’każ u taħt ir-reponsabbiltà tagħha stess. Għandha tindika li tkun għamlet hekk fir-rapport ta’ spezzjoni tagħha, abbażi tal-mudell li ġej:
(Mudell indikattiv)
ĊEREALI - SPEZZJONI TAL-ĦAŻNA
Prodott: |
Il-maħżnier: Maħżen, sajlo: Numru taċ-ċellula: |
Data: |
Lott |
Kwantità ddikjarata fil-kontijiet tal-ħażniet |
A. Ħażniet fis-sajlo
Nru tal-Kamra |
Volum iddikjarat fl-ispeċifikazzjoni m3 (A) |
Volum ħieles irreġistrat m3 (B) |
Volum taċ-ċereali maħżuna m3 (A-B) |
Gravità speċifika rreġistrata kg/hl = 100 |
Piż taċ-ċereali jew ir-ross |
|
|
|
|
|
|
Total (A): …
B. Ħażniet fil-maħżen fuq l-art
|
Nru tal-Maħżen |
Nru tal-Maħżen |
Nru tal-Maħżen |
|||
Żona koperta … Għoli … |
… m2 … … … m |
… … m3 … |
… m2 … … … m |
… … m3 … |
… m2 … … … m |
… … m3 … |
Korrezzjonijiet … |
… m3 |
… m3 |
… m3 |
|||
Volum … |
… m3 |
… m3 |
… m3 |
|||
Gravità speċifika … |
… kg/hl |
… kg/hl |
… kg/hl |
|||
Piż totali |
… tunnellati |
… tunnellati |
… tunnellati |
Total (B): …
Piż totali fil-maħżen: …
Differenza mill-piż tal-ktieb: …
F’ %: …
…, [data]
… (Timbru u firma)
Spettur tal-aġenzija tal-pagamenti:
IV. Ċanga u Vitella
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li jkun se jiġi vverifikat għandu jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-kwantità totali f’ħażna pubblika. Il-lottijiet li jkunu se jiġu vverifikati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Fil-każ ta’ laħam bl-għadam, il-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiġu vverifikati fuq il-post permezz ta’:
Il-pelits għandhom jintgħażlu filwaqt li jittieħed kont tal-qatgħat differenti maħżuna. |
3. |
Fir-rapport ta’ spezzjoni għandhom jiġu inklużi deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u kull nuqqas innotat. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
ANNESS III
OBBLIGI U PRINĊIPJI ĠENERALI RELATATI MAR-RESPONSABBILTAJIET TAL-MAĦŻNIERA, LI JRIDU JIĠU INKLUŻI FIL-KUNTRATTI TAL-ĦAŻNA MAGĦMULA BEJN L-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI U L-MAĦŻNIERA
(Artikolu 3)
Il-maħżniera għandhom jiżguraw li l-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni jinħażnu kif xieraq. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, iġarrbu l-konsegwenzi finanzjarji involuti.
I. IL-KWALITÀ TAL-PRODOTTI
Fejn il-kwalità tal-prodotti ta’ intervent li jkunu nħażnu tiddeterjora kawża ta’ kundizzjonijiet tal-ħżin foqra jew mhux adegwati, it-telf għandu jagħmel tajjeb għalih il-maħżnier u jrid jiddaħħal fil-kontijiet ta’ ħażna pubblika bħala telf kawża tad-deterjorament tal-prodott minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħżin.
II. KWANTITAJIET NIEQSA
1. |
Il-maħżnier għandu jkun responsabbli għad-diskrepanzi kollha bejn il-kwantitajiet maħżuna u d-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-ħażna mibgħuta lill-aġenzija tal-pagamenti. |
2. |
Fejn il-kwantitajiet nieqsa jaqbżu dawk awtorizzati u li jirrispettaw il-limitu/limiti ta’ tolleranza rilevanti, skont l-Artikolu 4, il-punt B. III(2) tal-Anness II, u l-Anness IV, jew skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, l-ammont sħiħ għandu jiġi impost fuq il-maħżnier bħala telf mhux identifikabbli. Il-maħżniera li jikkontestaw il-kwantitajiet neqsin jistgħu jitolbu li l-prodott jintiżen jew jitkejjel, f’liema każ għandhom iġarrbu l-ispejjeż tal-operazzjoni sakemm ma jinstabx li l-kwantitajiet iddikjarati huma fil-fatt preżenti jew id-differenza ma taqbiżx il-limitu/limiti ta’ tollerenza rilevanti, f’liema każ, l-ispejjeż tal-użin jew tal-kejl għandhom jiġu imposti fuq l-aġenzija tal-pagamenti.
Il-limiti ta’ tolleranza previsti fil-punt B. III(2) tal-Anness II, għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu. |
III. ID-DOKUMENTI TA’ SOSTENN U D-DIKJARAZZJONIJIET TA’ KULL XAHAR U DAWK ANNWALI
1. Id-dokumenti ta’ sostenn u d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar
(a) |
Id-dokumenti relatati mad-dħul, mal-ħażna u mal-ħruġ tal-prodotti użati biex jitħejjew il-kontijiet annwali għandhom ikunu fil-pussess tal-maħżnier u jkun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Dawn id-dokumenti għandhom jippermettu li jiġu identifikati b’mod preċiż il-kwantitajiet maħżuna fi kwalunkwe ħin, u jridu jqisu x-xiri u l-bejgħ li jkun sar qbil fuqhom iżda li fil-każ tagħhom ma jkunx għadu sar id-dħul jew il-ħruġ korrispondenti tal-ħażniet. |
(b) |
Id-dokumenti relatati mad-dħul, il-ħażna u l-ħruġ tal-prodotti jintbagħtu mill-maħżnier lill-aġenzija tal-pagamenti tal-anqas darba f’xahar, u dan biex isostnu d-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħażniet ta’ kull xahar. Iridu jkunu fil-pussess tal-aġenzija tal-pagamenti qabel l-għaxar jum tax-xahar ta’ wara dak ix-xahar li tkun tirreferi għalih id-dikjarazzjoni tal-ħażniet. |
(c) |
Dan li ġej hu mudell ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħażniet ta’ kull xahar (mudell indikattiv). Dan jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-maħżniera f’forma elettronika mill-aġenziji tal-pagamenti.
Dikjarazzjoni tal-ħażniet ta’ kull xahar
(Timbru u firma) Post u data: Isem: |
2. Dikjarazzjoni annwali
(a) |
Il-maħżnier għandu jipprepara dikjarazzjoni tal-ħażniet annwali abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar deskritti fil-punt 1. Din għandha tintbagħat lill-aġenzija tal-pagamenti mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru wara li tagħlaq is-sena fiskali. |
(b) |
Id-dikjarazzjoni annwali tal-ħażniet trid tagħti sommarju tal-kwantitajiet maħżuna, b’rendikont skont il-prodott u l-post tal-ħażna, u għal kull prodott trid tagħti l-kwantitajiet maħżuna, in-numri tal-lott (ħlief fil-każ taċ-ċereali), is-sena tad-dħul tagħhom fil-maħżen u spjegazzjoni f’każ li tinstab xi anomalija. |
(c) |
Dan li ġej huwa mudell ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħażniet annwali (mudell indikattiv).
Dan irid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-maħżniera f’forma elettronika mill-aġenziji tal-pagamenti. Dikjarazzjoni annwali tal-ħażniet
(Timbru u firma) Post u data: Isem: |
IV. KONTIJIET TA’ ĦAŻNIET KOMPJUTERIZZATI U AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI
Il-kuntratti ta’ ħażna pubblika konklużi bejn l-aġenzija tal-pagamenti u l-maħżnier irid ikun fihom dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li tiġi ggarantita l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Għandhom jitolbu dan li ġej:
— |
iż-żamma ta’ kontijiet ta’ ħażniet ta’ intervent kompjuterizzati, |
— |
aċċess immedjat u dirett għal inventarju permanenti, |
— |
aċċess, f’kull mument, għad-dokumenti relatati mad-dħul, il-ħażna u l-ħruġ tal-ħażniet u għad-dokumenti ta’ kontabbiltà u għar-reġistri mħejjija skont dan ir-Regolament u li jinżammu mill-maħżnier, |
— |
aċċess permanenti għal dawk id-dokumenti mill-persunal tal-aġenzija tal-pagamenti u mill-Kummissjoni, u minn kull persuna awtorizzata minnhom. |
V. L-GĦAMLA U L-KONTENUT TAD-DOKUMENTI MIBGĦUTA LILL-AĠENZIJA TAL-PAGAMENTI
L-għamla u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fil-punti 1 u 2 tal-paragrafu III għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
VI. IŻ-ŻAMMA TAD-DOKUMENTI
Id-dokumenti ta’ sostenn relatati mal-operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika għandhom jinżammu mill-maħżnier tul il-perjodu kollu mitlub mir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.
ANNESS IV
IL-LIMITI TA’ TOLLERANZA
(Artikolu 4)
1. |
Il-limiti ta’ tolleranza għat-telf ta’ kwantitajiet li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ ħażna pubblika mwettqa skont ir-regoli huma hawnhekk stabbiliti għal kull prodott agrikolu li huwa soġġett għal miżura ta’ ħażna pubblika, kif ġej:
|
2. |
Il-perċentwal ta’ telf permissibbli waqt id-dissussar tal-laħam taċ-ċanga għandu jkun 32. Dan il-perċentwal japplika għall-kwantitajiet kollha dissussati matul is-sena fiskali. |
3. |
Il-limiti ta’ tolleranza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti bħala perċentwal tal-piż reali, mingħajr l-imballaġġ, tal-kwantitajiet li jiddaħħlu fil-maħżen u li jinxtraw matul is-sena fiskali inkwistjoni, flimkien mal-kwantitajiet maħżuna fil-bidu ta’ dik is-sena.
Dawn it-tolleranzi għandhom jiġu applikati matul l-ispezzjonijiet fiżiċi tal-ħażniet. Għandhom jiġu kkalkolati, għal kull prodott, abbażi tal-kwantitajiet maħżuna minn aġenzija tal-pagamenti. Il-piż attwali fil-ħin tad-dħul u fil-ħin tal-ħruġ għandu jkun il-piż irreġistrat li minnu jitnaqqas il-piż tal-imballaġġ standard, kif stabbilit fil-kundizzjonijiet tad-dħul jew, jekk ma jkunux ġew stabbiliti dawn il-kundizzjonijiet, li minnu titnaqqas il-medja tal-piż tal-imballaġġ użat mill-aġenzija. |
4. |
It-tolleranza ma għandhiex tkopri telf marbut mal-għadd ta’ pakketti jew mal-għadd ta’ biċċiet irreġistrati. |
5. |
It-telf li jirriżulta minn serq jew minn telf identifikabbli ieħor ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-limiti ta’ tolleranza previsti fil-paragrafi 1 u 2. |
ANNESS V
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 10
1. |
L-iskemi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u, mill-2016, l-iskemi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; |
2. |
Il-miżuri tal-iżvilupp rurali fil-qafas tat-Titoli I u II tal-Parti II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (1) u l-miżuri tal-iżvilupp rurali li jissemmew fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8).
ANNESS VI
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 14
1. |
Ristrutturar u konverżjoni tal-vinji skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
2. |
Ħsad bikri skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |