21.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 904/2014

tal-20 ta' Awwissu 2014

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, billi:

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fid-29 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet investigazzjoni antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (“il-pajjiż ikkonċernat”). Hija ppubblikat avviż ta' bidu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Fl-istess data, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”) rigward il-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), permezz ta' avviż ippubblikat f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-16 ta' Ottubru 2013 minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S. (“il-kwerelant”) l-uniku produttur tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju, li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' glutamat tal-monosodju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-ftuħ ta' investigazzjoni.

1.2.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet Indoneżjani, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri, lill-utenti u lill-operaturi tas-suq li kien magħruf li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali (“DĠ”) għall-Kummerċ.

(6)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(a)   Kampjunar

(7)

Minħabba n-numru kbir ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, u l-importaturi mhux relatati involuti fl-investigazzjoni u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti taż-żmien statutorji, fin-Notifika ta' Bidu l-Kummissjoni ħabbret li kienet iddeċidiet li tillimita għal numru raġonevoli l-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati li jkunu investigati billi tagħżel kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”).

(1)   Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(8)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha mhux relatati biex jidentifikaw ruħhom u biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(9)

Erbatax-il importatur mhux relatat ippreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. B'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tlieta fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma saru l-ebda kummenti.

(10)

Sussegwentement, wieħed biss mit-tliet kumpaniji magħżula fil-kampjun ikkoopera billi wieġeb il-kwestjonarju.

(2)   Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Indoneżja

(11)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Indoneżja biex jidentifikaw ruħhom lill-Kummissjoni u biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(12)

Erba' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx ta' produtturi esporataturi l-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju.

(b)   Tweġibiet għall-kwestjonarju u kooperazzjoni

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur tal-Unjoni, lill-erba' produtturi esportaturi fil-kampjun, lit-tliet importaturi mhux relatati fil-kampjun u lil 33 utent identifikati fl-Unjoni.

(14)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-uniku produttur tal-Unjoni, minn wieħed mit-tliet importaturi mhux relatati fil-kampjun, mingħand operatur tas-suq wieħed, mingħand tlieta minn erba' produtturi esportaturi magħrufa u minn ħames utenti.

(15)

L-investigazzjoni wriet li l-produttur esportatur fil-kampjun li ma kkooperax kien relatat ma' produttur esportatur ieħor fil-kampjun li kkoopera wieġeb il-kwestjonarju.

(16)

Il-produttur esportatur li kkoopera msemmi fil-premessa 15 iddikjara li din ma għandhiex titqies li hi relatata mal-produttur esportatur li ma kkooperax, peress li l-ebda waħda mill-kumpaniji ma kellha xi influwenza fuq id-deċiżjonijiet li tieħu l-oħra. Barra minn hekk, il-produttur esportatur li kkoopera sostna li huwa ma setax iġiegħel lil dak li ma kkooperax jirrispondi l-kwestjonarju. L-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ kumpaniji kienu proprjetà tal-istess azzjonisti. Għalhekk, dawn kienu kkunsidrati bħala relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 143(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (“il-Kodiċi Doganali”).

(17)

It-tielet produttur esportatur li kkoopera ddikjara li kien hemm produttur ieħor tal-prodott ikkonċernat fl-Indoneżja, li kien parti mill-Grupp imsemmi fil-premessa 16 iżda li ma identifikax ruħu. Minkejja li tali produttur verament jeżisti, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza abbażi ta' dejta mill-Eurostat u sorsi oħra disponibbli li dan il-produttur esporta lejn l-Unjoni waqt il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, din il-kumpanija ma kinitx mitlubatidentifika ruħha jew tipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarji maħsuba għall-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa 48, għall-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat li ma kkooperawx kienet stabbilita rata ta' dazju residwu. Dan id-dazju residwu huwa bbażat fuq l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u huwa applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(c)   Iż-żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta' stabbiliment provviżorju tad-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(19)

Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Ajinomoto Foods Europe SAS, Mesnil-Saint-Nicaise, Franza

 

Importaturi

Falken Trade, Olsztyn, il-Polonja

 

Utenti

AkzoNobel, Amersfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi

Unilever, Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Produtturi esportaturi fl-Indoneżja

PT. Miwon Indonesia, Jakarta, l-Indoneżja

PT. Cheil Jedang Indonesia, Jakarta, l-Indoneżja

 

Importaturi relatati fl-Unjoni

CJ Europe GmbH, Schwalbach, il-Ġermanja

Daesang Europe B.V. Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Operatur tas-suq relatat f'Ħong Kong

CJ China Limited, Ħong Kong

1.3.   Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(20)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu ta' investigazzjoni). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2010 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”) (5).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(21)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina mill-Indoneżja, li attwalment jaqa' fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Il-MSG huwa addittiv tal-ikel u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam, taħlitiet ta' ħwawar u ta' ikel lest biex jittiekel. Huwa ppreżentat f'forma ta' kristalli bojod, mingħajr riħa ta' diversi daqsijiet. Il-MSG huwa wkoll użat fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti.

(22)

Huwa prinċipalment magħmul permezz ta' fermentazzjoni ta' diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xiropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli u melassa tal-pitravi taz-zokkor).

2.2.   Prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, u huma wkoll l-istess fl-użi tagħhom.

(24)

Parti interessata waħda ddikjarat li kien hemm differenza sinifikanti fil-kwalità bejn il-MSG prodott fl-Indoneżja u l-MSG prodott fl-Unjoni. Intqal li minħabba din id-differenza fil-kwalità l-MSG prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-MSG importat mill-Indoneżja ma kinux interkambjabbli u għalhekk m'għandhomx jiġu kkunsidrati li huma simili. Din it-talba baqgħet mhux sostanzjata u tmur kontra l-konklużjoinjiet tal-investigazzjoni, li żvelat li ma kien l-ebda differenza fil-kwalità bejn l-MSG prodott fl-Indoneżja u l-MSG prodott fl-Unjoni. Fil-fatt, diversi utenti kienu jixtru l-MSG kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll min dik Indoneżjana u jużawh fl-istess applikazzjonijiet jew applikzzjonijiet simili. Għaldaqstant, din it-talba kienet miċħuda.

(25)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni huma għalhekk f'dan l-istadju kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Valur normali

(26)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fuq is-suq domestiku li kkopera kien rappreżentattiv.

(27)

Sussegwentament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(28)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv, jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Indoneżja sar fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq Indoneżjan meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-istess produtturi esportaturi.

(29)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur jistax ikun ikkunsidrat bħala mibjugħ fl-andament ordinarju ta' kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip tal-prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(30)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott sew jekk dan il-bejgħ huwa profitabbli u sew jekk mhux, jekk:

(1)

il-volum ta' bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz ikkalkolat tal-produzzjoni rrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta' bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott kif ukoll

(2)

il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip ta' prodott kien daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(31)

F'dan il-każ, il-bejgħ domestiku tal-produtturi esportaturi kollha kien profittabbli u l-prezz tal-bejgħ medju peżat kien ogħla mill-kost ta' produzzjoni tat-tipi kollha tal-prodott. Għaldaqstant, għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw, il-valur normali kien ikkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(32)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta' kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni u barra minnha.

(33)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw direttament lil klijenti indipendenti, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew li kienu pagabbli skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(34)

Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, saru aġġustamenti għal profitti li saru (ara l-premessa 35) u l-kostijiet kollha mitluba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu l-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi (“SĠ&A”).

(35)

F'dan ir-rigward il-marġini tal-qligħ miksub mill-kumpaniji relatati ma setax jintuża minħabba li tqies li mhuwiex affidabbli. Importatur wieħed mhux relatat ikkoopera imma l-profitabbiltà tiegħu kienet kunfidenzjali u ma setgħetx tiġi żvelata lil partijiet terzi oħra. Għalhekk, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, marġini ta' profitt ta' 5 % kien użat għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni. Dan il-marġini nstab li kien raġonevoli billi kien ukoll użat fi proċedura preċedenti rigward prodott kimiku ieħor manifatturat minn industrija simili (6).

(36)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li l-prezzijiet ta' esportazzjoni lill-ewwel klijenti mhux relatati kienu normali u li d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ bejn il-produttur esportatur fl-Indoneżja u l-ewwel klijent relatat, iktar milli fuq il-prezz tal-esportazzjoni kostrutt. Huma argumentaw li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom lill-ewwel klijenti relatat kienu fl-istess livell tal-prezzijiet lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni.

(37)

L-investigazzjoni sabet li minkejja livelli simili tal-prezzijiet, il-prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji relatati ma kinux f'livell li jista' jippermetti lill-importaturi relatati jagħmlu profitt raġonevoli fl-Unjoni. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li ċerti kostijiet saru bejn il-kumpaniji relatati u li kien hemm kumpens inkroċat permezz ta' prodotti oħra. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-prezz ta' trasferiment intern ma kienx jirrifletti l-valur xieraq tas-suq tal-prodott ikkonċernat meta mqabbel mal-bejgħ lil klijenti indipendenti.

(38)

Abbażi ta' dan il-prezz tat-trasferiment bejn kumpaniji relatati ma jistax ikun ikkunsidrat li saru fuq bażi distakkata u t-talbiet rispettivi kienu miċħuda. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi permezz ta' partijiet relatati kienu għalhekk maħdumin skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kif deskritt hawn fuq fil-premessi 34 u 35.

3.3.   Paragun

(39)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika.

(40)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(41)

Għalhekk, saru aġġustamenti fir-rigward ta' imposti fuq l-importazzjoni, skontijiet, trasport, assigurazzjoni, maniġġ u kostijiet ta' tagħbija u dawk anċillari, imballaġġ, kreditu, imposti bankarji u kummissjonijiet fil-każijiet kollha meta murija li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet.

(42)

Produttur esportatur wieħed esporta l-MSG permezz ta' kumpanija kummerċjali relatata li tinsab barra mill-Unjoni li biegħet ulterjorment il-prodott lil importatur relatat fl-Unjoni li mbagħad biegħ il-prodott lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Għal dan il-bejgħ sar aġġustament għaż-żieda mitluba mill-kummerċjant barra l-Unjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

(43)

Produttur esportatur wieħed iddikjara aġġustament fuq il-valur normali għall-inċentivi u l-kostijiet promozzjonali skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li dawn il-kostijiet ma kinux direttament marbuta ma' tranżazzjonijiet individwali tal-bejgħ domestiku u għalhekk ma setgħax jintwera li l-komparabbiltà tal-prezzijiet kienet affettwata minn dawn il-kosti. Għaldaqstant, din it-talba kienet miċħuda.

(44)

Żewġ produtturi esportaturi ddikjaraw aġġustament fuq il-valur normali għall-kost tat-trasport skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku. Il-kalkolu tal-kostijiet tat-trasport domestiku kien jinkludi l-kostijiet mġarrba għall-ġarr tal-oġġetti mill-fabbrika għall-maħżen. Madankollu, dawn il-kostijiet kienu kkunsidrati bħala kostijiet ta' loġistika interna u għalhekk mhux eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala konċessjoni għall-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku.

(45)

Parti interessata waħda saħqet li l-MSG mibjugħ fl-Unjoni bħala addittiv tal-ikel jeħtieġ li jissodisfa ċerti limiti minimi (purità ≥ 99 %) kif definit bid- Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE (7). Din il-parti interessata sostniet li filwaqt li l-MSG esportat lejn l-Unjoni għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, l-ebda tali rekwiżiti ma huma applikabbli fuq il-prodott mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja. Għalhekk aġġustament għall-valur normali għal differenzi f'karatteristiċi fiżiċi u kimiċi skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku jista' jkun iġġustifikat.

(46)

Madankollu, il-parti interessata kkonċernata ma kkwantifikatx it-talba tagħha peress li ma pprovdiet l-ebda stima raġonevoli tal-valur tas-suq ta' tali differenza allegata f'konformità mal-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, fil-paragun, il-Kummissjoni setgħet tqis kwalunkwe differenzi potenzjali dwar purità fid-definizzjoni tat-tipi ta' prodott. Għalhekk, it-tipi ta' prodotti identiċi jew simili b'livelli ta' purità ta' dawk esportati lejn is-suq tal-Unjoni fuq naħa waħda u dawk mibjugħa fis-suq domestiku fl-Indoneżja, min-naħa l-oħra, kienu pparagunati ma' xulxin. Konsegwentement, ma kien iġġustifikat l-ebda aġġustament u din it-talba kellha tkun miċħuda.

3.4.   Marġini ta' dumping

(47)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat ta' kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrispondenti tat-tip ta' prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(48)

Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indoneżja, il-Kummissjoni stabbilit il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għandu jkun innotat li produttur esportatur identifikat wieħed deliberatament ma kkoperax mal-investigazzjoni kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 15. Għaldaqstant il-livell ta' kooperazzjoni kien ikkunsidrat baxx. Skont l-Artikolu 18(6), il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġini residwu ta' dumping fil-livell tal-ogħla marġini ta' dumping relatat ma' rappreżentant fil-volumi tal-esportazzjoni ta' wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw bis-sħiħ u li kienu vverifikati, filwaqt li qieset ukoll fuq bażi medja peżata, il-marġini ta' dumping stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera li kien relatat ma' produttur esportatur li ma kkoperax.

(49)

Abbażi ta' dan, il-marġinijiet ta' dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz kost, assigurazzjoni, merkanzija (“CIF”) fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping (%)

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,0

PT. Miwon Indonesia

13,3

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4

4.   DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(50)

Il-prodott simili kien manifatturat minn produttur tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huwa jikkositwixxi l-'industrija tal-Unjoni' skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(51)

Peress li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produttur wieħed biss, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(52)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mill-Indoneżja u pajjiżi terzi oħra, fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-Eurostat u tal-kwestjonarju.

(53)

Kien argumentat li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera għandu jkun eskluż mill-industrija tal-Unjoni peress li kien marbut ma' produttur esportatur li ma kkoperax fl-Indoneżja u li l-investigazzjoni għandha tintemm. Madankollu, f'dan il-każ, ma hemmx bżonn li jiġi eskluż il-produttur tal-Unjoni li kkoopera mill-industrija tal-Unjoni minkejja r-relazzjoni tiegħu ma' produtturi esportaturi li ma kkoperawx fl-Indoneaja minħabba dan l-uniku produttur tal-Unjoni kkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni u kien suġġett għal verifika sħiħa. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produttur esportatur Indoneżjan ma kellha l-ebda impatt fuq l-affidabbiltà tad-dejta miġbura mill-produttur tal-Unjoni. Għalhekk, l-argument għandu jkun miċħud.

(54)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni tal-MSG (tunnellati metriċi)

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Indiċi (SF2010/SF2011 = 100)

100

87

93

98

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat.

(55)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, u reġa' żdied xi ftit fis-SF2012/2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum naqas bi 2 %. It-tnaqqis fil-konsum bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 huwa dovut l-aktar għal tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, li rriżulta minn tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu (ara l-premessa 68). L-importazzjonijiet baqgħu f'livelli simili fis-sentejn li huma. Iż-żieda fil-konsum fis-SF2012/2013 hija kważi esklussivament minħabba żieda fl-importazzjoni, minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa' ġeneralment fl-istess livell. Fl-aħħar nett, matul il-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġa' naqas, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu b'mod konsiderevoli, notevolment mill-Indoneżja (ara l-premessa 57).

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(56)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-Eurostat u tal-kwestjonarju. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa 52).

(57)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' Importazzjoni (tunnellati metriċi)

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Indoneżja (tunnellati metriċi)

8 638

9 478

18 317

24 385

Indiċi

100

110

212

282

Is-sehem fis-suq

Indiċi

100

126

227

287

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat.

(58)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kważi ttrippla matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn żdiedu kontinwament u b'mod sinifikanti b'182 % minn 8 638 tunnellata metrika fis-SF2010/2011 għal 24 385 tunnellata metrika fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(59)

Is-sehem mis-suq korrispondenti kważi ttrippla matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan żdied b'187 %, minkejja tnaqqis kumplessiv fil-konsum (– 2 %).

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(60)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-Eurostat u tal-kwestjonarju.

(61)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indoneżja żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata metrika)

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

L-Indoneżja

1 266

1 279

1 226

1 162

Indiċi

100

101

97

92

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat.

(62)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-MSG mill-Indoneżja żdied ftit bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, qabel ma naqas fis-SF2012/2013 u saħansitra aktar fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-MSG mill-Indoneżja b'mod ġenerali naqsu b'6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(63)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi pparagunat:

il-prezzijiet ta' bejgħ medji peżati għal kull tip ta' prodott tal-industrija tal-Unjoni għall-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' prezz mill-fabbrika, kif ukoll

il-prezzijiet medji peżati korrispondenti għal kull tip ta' prodott importat mill-produtturi Indoneżjani li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(64)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 46 produttur esportatur wieħed stqarr li l-MSG mibjugħ fl-Unjoni bħala addittiv tal-ikel jeħtieġ li jissodisfa ċerti limiti minimi ta' purità rekwiżiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan il-produttur esportatur allega li tali rekwiżiti ma kienux applikabbli għal prodotti importati mill-Indoneżja u użati fis-settur mhux tal-ikel u li għalhekk aġġustament għal karatteristiċi kimiċi jew fiżiċi jista' jkun meħtieġ jekk dawn il-prodotti jkunu pparagunati mal-prodott mibjugħ fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-produttur esportatur ikkonċernat ma kkwantifikatx din it-talba. Barra minn hekk, fil-paragun, il-Kummissjoni setgħet tqis kwalunkwe differenzi potenzjali dwar purità fid-definizzjoni tat-tipi ta' prodott. Għalhekk, it-tipi ta' prodotti identiċi jew simili b'livelli ta' purità ta' dawk esportati lejn is-suq tal-Unjoni minn naħa waħda u dawk mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, kienu pparagunati ma' xulxin. Konsegwentement, ma kien iġġustifikat l-ebda aġġustament u din it-talba kienet miċħuda.

(65)

Parti interessata waħda ddikjarat li l-effett ta' varjazzjonijiet fil-valuta għandu jitqies meta jiġi kkalkolat it-twaqqigħ tal-prezz għal importazzjonijiet mill-Indoneżja. Tabilħaqq, l-effett probabbli tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni huwa essenzjalment eżaminat billi jkun stabbilit it-twaqqigħ tal-prezzijiet, fost oħrajn. Fil-każ preżenti, kienu pparagunati l-prezzijiet tal-esportazzjoni ddampjata u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkoli tad-dannu kienu kkonvertiti f'EUR sabiex ikun hemm bażi komparabbli. Konsegwentement, l-użu tar-rati tal-kambju fil-każ inkwistjoni jiżgura biss li d-differenza fil-prezz tkun stabbilita fuq bażi komparabbli. Għaldaqstant, din it-talba kienet miċħuda.

(66)

Il-paragun tal-prezzijiet sar skont it-tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ. Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan wera marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet b'medja peżata bejn 0 % u 5 % mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja fis-suq tal-Unjoni.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(67)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

4.4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(68)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Volum tal-produzzjoni

Indiċi

100

95

107

91

Kapaċità ta' produzzjoni

Indiċi

100

100

100

100

Utilizzazzjoni ta' kapaċità

Indiċi

100

95

107

91

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(69)

Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li naqset bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, hija żdiedet bejn SF2011/2012 u SF2012/2013 u laħqet l-aktar livelli baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-fluttwazzjonijiet kienu prinċipalment ikkawżati mix-shutdowns għall-manutenzjoni li l-industrija tal-Unjoni għamlet kull 15-il xahar u minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp matul ix-xitwa tal-2010/2011 li fixklu l-provvista ta' materja prima ewlenija (l-ammonja). Matul il-perjodu ta' investigazzjoni x-shutdown għall-manutenzjoni kien estiż f'tentattiv biex jitbaxxa l-livell għoli tal-inventarji. Kumplessivament, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum ta' produzzjoni naqas b'9 %.

(70)

Il-kapaċità ta' produzzjoni kumplessivament baqgħet stabbli fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(71)

B'riżultat tat-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa skont il-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel naqas fis-SF2011/2012, imbagħad żdied fis-SF2012/13 u reġa' naqas fil-perjodu ta' investigazzjoni. B'kollox, l-użu tal-kapaċità naqas b'9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi qbil mat-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni.

4.4.3.   Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

(72)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 5

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni

Indiċi

100

84

85

83

Sehem mis-suq

Indiċi

100

96

91

85

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarji, il-Eurostat.

(73)

Il-volum tal-bejgħ tal-MSG mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-bejgħ naqas l-aktar bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, filwaqt li fis-snin ta' wara huwa baqa' relattivament stabbli. It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, flimkien mat-tnaqqis parallel fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja, wasslu għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni b'ammont globali ta' madwar 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'4 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, li ħabat ma' żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indoneżjani fl-istess perjodu. Bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos b'mod regolari, filwaqt li l-volumi ta' importazzjoni u l-ishma tas-suq mill-Indoneżja żdiedu sostanzjalment.

4.4.4.   It-tkabbir

(74)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 15 %.

4.4.5.   L-impjiegi u l-produttività

(75)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Numru ta' impjegati

Indiċi

100

103

107

108

Produttività (unità/impjegat)

Indiċi

100

92

100

85

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(76)

L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni żdiedu b'mod kontinwu u komplessivament bi 8 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din iż-żieda hija prinċipalment minħabba l-integrazzjoni ta' dak li qabel kienet kumpanija affiljata fl-2011 u l-espansjoni ta' dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(77)

Il-produttività naqset minħabba l-kombinazzjoni ta' żieda fl-impjiegi u tnaqqis fil-produzzjoni kif muri fit-Tabella 4 fil-premessa 68.

4.4.6.   Id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(78)

Il-marġini kollha tad-dumping huma konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(79)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina miċ-Ċina. Dawn il-miżuri huma bħalissa suġġetti għal investigazzjoni ta' rieżami parallel li qed isir skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi fil-premessa 2.

4.4.7.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(80)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata metrika)

Indiċi

100

107

101

97

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

Indiċi

100

120

124

130

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(81)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju għal tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel żdied b'7 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, imma naqas kontinwament minn dakinhar sal-perjodu ta' investigazzjoni. Iż-żieda fil-prezz bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 tista' titqies bħala konsegwenza taż-żidiet fil-kostijiet matul l-istess perjodu, għalkemm iż-żieda fil-kost kienet akbar miż-żieda fil-prezzijiet. Fl-istess żmien l-importazzjonijiet Indoneżjani żdiedu u eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. B'konsegwenza, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'6 % bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013 u 4 % oħra bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni.

(82)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 30 %. Kien hemm żieda kontinwa mill-bidu tas-SF 2011/2012 li kienet prinċipalment dovuta għal żieda fil-materja prima u l-ispejjeż tax-xogħol. Kif imsemmi hawn fuq, din iż-żieda fil-kost ma setgħatx tkun riflessa b'żieda ekwivalenti fil-prezz minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja.

4.4.8.   L-ispejjeż tax-xogħol

(83)

L-ispejjeż medji tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Spejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat (EUR)

Indiċi

100

117

125

124

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(84)

L-ispejjeż tax-xogħol medji għal kull impjegat żdiedu b'24 %. Dan jista' jiġi spjegat prinċipalment biż-żieda fl-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-ħaddiema u l-persunal tagħha sabiex ittejjeb kemm jista' jkun il-proċess ta' produzzjoni.

4.4.9.   Inventarji

(85)

Il-livelli tal-inventarju tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Inventarji

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Inventarju tal-għeluq

Indiċi

100

82

164

143

L-inventarju tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

Indiċi

100

86

153

156

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(86)

Kumplessivament, l-inventarju tal-għeluq żdied bi 43 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mis-SF2010/2011 għas-SF 2011/2012 l-inventarji tal-għeluq naqsu wara tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u żieda fil-volum ta' bejgħ ta' esportazzjoni. Mis-SF2011/2012 għas-SF2012/2013, l-inventarji żdiedu minħabba żieda fil-produzzjoni, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' kważi stabbli. Mis-SF2012/2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni l-inventarji tal-għeluq naqsu għal darb' oħra l-aktar minħabba deċiżjoni li titnaqqas il-produzzjoni f'tentattiv biex jonqsu l-livelli għoljin ta' inventarju.

(87)

L-inventarji tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 imma kważi rdoppjaw bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013. Dawn komplew żdiedu bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni huma żdiedu b'56 %. Iż-żieda fis-SF2012/2013 u waqt il-perjodu ta' investigazzjoni għandha titqies fid-dawl ta' volumi dejjem jiżdiedu ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja, filwaqt li l-bejgħ tal-Unjoni baqa' kważi stabbli matul l-istess perjodu.

4.4.10.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(88)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investimenti

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

Indiċi

100

30

– 31

– 80

Il-fluss tal-flus (EUR)

Indiċi

100

39

– 48

– 19

Investimenti (EUR)

Indiċi

100

182

143

197

Redditu fuq l-investimenti

Indiċi

100

14

– 61

– 110

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(89)

Il-Kummisjjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Fis-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 il-profittabbiltà naqset b'mod sinifikanti, iżda xorta baqgħet pożittiva. Mis-SF2012/2013 il-profittabilità saret negattiva. Hija naqset saħansitra aktar fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-konsum ġenerali tal-Unjoni naqas b'180 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Indoneżjani li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping u ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fil-kost.

(90)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett wera l-istess xejra bħall-profittabilità jiġifieri tnaqqis kontinwu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b'riżultati negattivi mis-SF2012/2013. Din it-tendenza ġiet enfasizzata fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett naqas b'119 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(91)

L-investimenti żdiedu b'97 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għall-manutenzjoni u l-konformità ma' rekwiżiti ta' sikurezza legali. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tirkupra minn dumping imgħoddi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi qabel il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, hija bdiet ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha u kienet profittabbli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni sas-SF2011/2012. F'dawn iċ-ċirkostanzi saru għadd ta' investimenti li ma setgħux jibqgħu jiġu posposti u dan jispjega ż-żieda sinifikanti tal-livelli ta' investiment fis-SF2011/2012 u s-snin sussegwenti.

(92)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mis-SF2012/2013, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabilità. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b'210 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(93)

B'kunsiderazzjoni tal-profittabilità u l-likwidità dejjem nieżla, l-abilità tal-kumpanija li tiġġenera kapital kienet affettwata b'mod negattiv ukoll.

4.4.11.   Konklużjoni dwar id-dannu

(94)

Kważi l-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu wrew xejra negattiva. B'hekk, il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqas b'madwar 9 % u l-volum tal-bejgħ bi 17 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. F'tentattiv biex jikkumpensaw għat-telf fil-volum ta' bejgħ u fis-sehem mis-suq, il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b'aktar minn 30 % b'mod parallel. B'konsegwenza l-profittabilità, li kienet pożittiva fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, naqset u saret negattiva fis-SF2012/2013 u kompliet tonqos fil-perjodu ta' investigazzjoni. Setgħu jiġu osservati xejriet negattivi simili għal fluss ta' flus nett kif ukoll għar-redditu fuq l-investimenti.

(95)

L-impjiegi żdiedu bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni tista' tkun spjegata bl-integrazzjoni ta' dik li qabel kienet kumpanija affiljata fl-2011 u l-espansjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investimenti urew ukoll tendenza pożittiva. Dawn kienu prinċipalment marbuta ma' miżuri ta' prevenzjoni u r-rekwiżiti ta' sigurtà, iżda mhux ma' xi żieda fil-kapaċità. Dawn ix-xejriet pożittivi ma jipprekludux l-eżistenza ta' dannu.

(96)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(97)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin iddanneġġaw lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma:

(a)

L-effett ta' importazzjonijiet miċ-Ċina

(b)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(c)

Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(d)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(e)

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(f)

Il-kriżi finanzjarja

(g)

Investiment u rekwiżiti ta' sikurezza regolatorja tal-UE

(h)

Il-kost tal-materja prima u kosti oħra

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(98)

Sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mill-Indoneżja li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat l-volum u l-livelli tal-prezz tal-importazzjonijiet taħt investigazzjoni u l-limitu sa fejn dawn ikkontribwew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(99)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja żdiedu b'182 %, li wassal għal żieda fis-sehem mis-suq ta' madwar 187 % fl-istess perjodu. Dan ħabat ma' telf fil-volum tal-bejgħ ta' 17 % u telf ta' sehem mis-suq ta' 15 % mill-industrija tal-Unjoni. Dan wassal ukoll għal telf ta' 71 % fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi oħra.

(100)

Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjoni Indoneżjana naqsu bi 8 %. Importazzjonijiet mill-Indoneżja eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'tali mod li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha b'konformità maż-żieda fil-kost, iżda, għall-kuntrarju kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità, li nbidlet f'telf mis-SF2012/2013 'il quddiem, li kien enfasizzat matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(101)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f'dan l-istadju l-istat tal-industrija tal-Unjoni ħabat maż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet dumped li joriġinaw fl-Indoneżja u li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta' fatturi oħra

5.2.1.   Effetti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(102)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina bħalissa huma soġġetti għal dazji ta' antidumping. Il-volumi tal-importazzjoni żdiedu b'65 %, b'żieda korrispondenti ta' 68 % fis-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, kemm il-volumi u kif ukoll is-sehem mis-suq baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet Ċiniżi naqsu b'mod sinifikanti b'20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Meta jitqiesu d-dazji tal-antidumping fis-seħħ, huma ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(103)

Taħt dawn il-kundizzjonijiet, l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jistgħux jitqiesu li kkontribwew għald-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

Tabella 11

Importazzjonijiet miċ-Ċina

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati metriċi)

1 518

758

1 923

2 509

 

Indiċi

100

50

127

165

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

57

136

168

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika) (*)

1 234

1 199

1 143

992

 

Indiċi

100

97

93

80

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji.

5.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(104)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Il-Brażil

Volum (tunnellati metriċi)

2 321

969

1 070

889

 

Indiċi

100

42

46

38

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

48

49

39

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika)

1 218

1 306

1 402

1 365

 

Indiċi

100

107

115

112

Repubblika tal-Korea

Volum (tunnellati metriċi)

1 248

2 157

923

802

 

Indiċi

100

173

74

64

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

198

79

65

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika)

1 231

1 296

1 293

1 277

 

Indiċi

100

105

105

104

Il-Vjetnam

Volum (tunnellati metriċi)

5 707

6 042

1 820

769

 

Indiċi

100

106

32

13

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

121

34

14

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika)

1 284

1 291

1 361

1 318

 

Indiċi

100

101

106

103

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati metriċi)

993

681

478

434

 

Indiċi

100

69

48

44

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

79

52

45

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika)

1 594

1 718

2 044

2 001

 

Indiċi

100

108

128

126

Total ta' pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati metriċi)

10 268

9 848

4 291

2 894

 

Indiċi

100

96

42

28

 

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

110

45

29

 

Prezz medju (EUR/tunnellata metrika)

1 293

1 323

1 433

1 424

 

Indiċi

100

102

111

110

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat

(105)

Il-volumi ta' importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra b'mod ġenerali naqsu minn 10 268 tunnellata metrika fis-SF2010/2011 għal 2 894 tunnellata metrika fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri bi 72 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas b'71 % fl-istess perjodu. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra rrappreżenta biss madwar kwart tal-livell tiegħu fis-SF2010/2011. Kumplessivament, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjżi terzi żdiedu b'10 %.

(106)

Parti interessata qalet li l-importazzjonijiet totali inklużi dawk mill-Indoneżja baqgħu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(107)

Din l-allegazzjoni kienet f'kontradizzjoni mal-istatistika disponibbli li fuqha huma bbażati l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni kif jidher fit-Tabella 13 hawn taħt. Fil-fatt, l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni żdiedu b'46 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-talba kienet għalhekk miċħuda.

It-Tabella 13

Importazzjonijiet totali

 

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

Importazzjonijiet totali

Volum (tunnellati metriċi)

20 424

20 084

24 531

29 788

 

Indiċi

100

98

120

146

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u Eurostat.

(108)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(109)

Il-konsum tal-Unjoni wera tnaqqis żgħir ta' 2 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni li ma jistax jispjega t-tnaqqis ta' 17 % fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u t-tnaqqis fis-sehem mis-suq ta' 15 %. B'hekk, ġie provviżorjament konkluż li l-iżvilupp tal-konsum ma kkontribwiex għad-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(110)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

It-Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

IP

l-indiċi tal-volum tal-esportazzjoni

100

249

234

222

Indiċi tal-prezz medju unitarju

100

107

101

95

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(111)

Il-volum ta' esportazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni żdiedu fis-SF2011/2012 u mbagħad naqsu kemmxejn fis-snin ta' wara sal-perjodu ta' investigazzjoni. Dan kważi rdoppja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet ta' esportazzjonijiet naqsu bi ftit (b'5 %) fl-istess żmien. Iż-żieda fil-bejgħ għall-esportazzjoni parzjalment ikkumpensat għat-telf ta' volum ta' bejgħ u tas-sehem mis-suq fl-Unjoni. Fil-fatt, f'sitwazzjoni kkaratterizzata minn pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li kieku l-bejgħ tal-esportazzjonijiet ma żdiedx, it-telf tal-ekonomiji ta' skala u l-impatt fuq il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien ikun saħansitra ogħla. Għalhekk, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setax kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni dannuża.

(112)

Xi partijiet interessati sostnew li t-tnaqqis ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni huwa l-konsegwenza tal-bejgħ tagħha għall-esportazzjoni tal-MSG lil kumpanija tal-ipproċessar tal-ikel relatata reċentement akkwistata fit-Turkija. Din it-talba ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni akkwistat l-kumpanija tal-ipproċessar tal-ikel biss wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Dan ma setax ikollu xi impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi ġie konkluż li bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-kumpanija relatata tagħha fit-Turkija ma kissirx ir-rabta kawżali.

5.2.5.   Ineffiċjenzi allegati fl-industrija tal-Unjoni

(113)

Parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-ineffiċjenzi inerenti fil-proċess ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, din il-parti interessata ma tirreferi għall-ebda ineffiċjenza speċifika u l-allegazzjoni tagħha baqgħet mhux issostanzjata. L-investigazzjoni lanqas ma żvelat xi ineffiċjenza potenzjali tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din it-talba kienet miċħuda. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-ineffiċjenzi allegati tal-industrija tal-Unjoni ma kissrux ir-rabta kawżali.

5.2.6.   Il-kriżi finanzjarja

(114)

Parti waħda allegat li l-kriżi finanzjarja hija l-kawża tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, is-suq tal-Unjoni għall-MSG ma kienx volatili u kien affettwat biss marġinalment mill-kriżi finanzjarja globali. Li kieku dan ma kienx il-każ, u li kieku t-telf tal-industrija tal-Unjoni kien verament ikkawżat mill-kriżi finanzjarja globali, l-istess kellu jkun għall-kompetituri l-oħra kollha fis-suq tal-MSG. Kif jidher, produtturi Indoneżjani tal-MSG kienu kapaċi jżidu l-volumi tal-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni, minkejja l-kriżi finanzjarja globali. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda raġuni sabiex wieħed jassumi li l-industrija tal-Unjoni kellha tkun aktar severament affetwata mill-kriżi finanzjarja globali mill-kontropartijiet Asjatiċi tagħha. Għaldaqstant, l-argument għandu jkun miċħud. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-effetti tal-kriżi finanzjarja ma kissrux ir-rabta kawżali.

5.2.7.   Investimenti u rekwiżiti ta' sikurezza regolatorja tal-UE

(115)

Parti interessata waħda ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn investimenti sinifikanti meħtieġa biex jikkonformaw mar-Regolamenti tas-sikurezza applikabbli fl-Unjoni.

(116)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li investimenti relatati ma' rekwiżiti ta' sikurezza tal-UE baqgħu baxxi meta mqabbla ma' investimenti oħra matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Parti sinifikanti tal-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni kienu investimenti ta' manutenzjoni preventiva. Żieda kbira fl-investimenti seħħet bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012. Din iż-żieda hija spjegata mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni, li għadha qed tirkupra minn dumping fl-imgħoddi minn importazzjonijiet Ċiniżi, kellha tipposponi investimenti destinati għal perjodi ta' manutenzjoni preventiva sa wara l-perjodi ta' telf. Meta d-dazji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jipproduċi effetti fis-suq, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tagħmel profitti mill-ġdid u setgħet tirritorna għal livelli normali ta' investiment. F'dawn il-perjodi l-investimenti baqgħu f'livell simili u komplew ikopru prinċipalment il-manutenzjoni. Ma sar ebda investiment biex tiżdied il-kapaċità, li baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni ma kissrux ir-rabta kawżali.

5.2.8.   Il-kosti tal-materja prima u kosti oħra

(117)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn żieda sinifikanti fil-prezz tal-materja prima ewlenija, jiġifieri z-zokkor industrijali, l-ammonja, is-soda kawstika u l-aċidu sulforiku.

Zokkor industrijali

(118)

Iz-zokkor industrijali huwa wieħed mill-fatturi ewlenin tal-kost fl-ispejjeż totali tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, kif deskritt fil-premessa 81, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, inkluż il-kost taz-zokkor industrijali. Skont statistika (8) pubblikament disponibbli l-prezz medju għaz-zokkor industrijali fl-Unjoni, filwaqt li żdied xi ftit mis-SF2010/2011 sa nofs l-2012, baqa' taħt il-prezz tas-suq dinji. Sussegwentement, kemm il-prezz taz-zokkor industrijali fl-Unjoni u l-prezz tas-suq dinji taz-zokkor industrijali naqsu u stabilizzaw f'livell simili. Għalhekk, l-argument li jgħid li ż-żieda fil-prezzijiet taz-zokkor kienet kawża tad-dannu huwa infondat u għandu jiġi miċħud.

Sustanzi kimiċi

(119)

Il-kost tal-ammonja, is-soda kawstika u l-aċidu sulforiku għall-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni skont il-prezz internazzjonali ta' dawn il-prodotti. Din iż-żieda fil-prezz għalhekk ma kinitx limitata għall-industrija tal-Unjoni, iżda affettwat ukoll operaturi f'pajjiżi terzi. Għal dawn ir-raġunijiet, iż-żieda fil-prezzijiet tal-ammonja, is-soda kawstika u l-aċidu sulforiku ma tistax tiġi kkunsidrata li fiha nnifisha kienet kawża għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

Oħrajn

(120)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-kosti ogħla tal-enerġija, kosti ogħla tax-xogħol u kostijeit ogħla tal-imballaġġ ikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-investigazzjoni wriet li dawn il-fatturi tal-kost tabilħaqq żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara l-premessi 81 u 83), il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirrifletti, imqar parzjalment, din iż-żieda fil-kost fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-pressjoni tal-prezz eżerċitata minn importazzjonijiet mill-Indoneżja. Iż-żieda fil-kost ta' dawn il-fatturi ma setgħetx titqies bħala l-kawża tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(121)

L-analiżi hawn fuq turi żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw fl-Indoneżja bejn is-SF2010/2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni u tnaqqis tal-prezzijiet ta' importazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(122)

Din iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Indoneżja kkoinċidiet ma' tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u, flimkien mal-pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet, skattat telf sostanzjali mill-industrija tal-Unjoni.

(123)

Min-naħa l-oħra, l-eżaminazzjoni ta' fatturi oħra li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni wriet li l-ebda wieħed minn dawn ma seta' ħalla impatt negattiv sinifikanti.

(124)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-fatturi l-oħra ma kissrux ir-rabta kawżali.

(125)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. L-effett tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra, tal-iżvilupp tal-konsum, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, tal-allegati ineffiċjenzi tal-industrija tal-Unjoni, tal-kriżi finanzjarja, tal-investimenti u tar-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk regolatorji tal-UE u tal-kost tal-materja prima u kosti oħra fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni kien limitat.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kumment preliminari

(126)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping dannuż, huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-operaturi tas-suq, l-importaturi, l-utenti u l-fornituri tal-materja prima tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(127)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja. Kważi l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejriet negattivi, b'mod partikolari l-volum ta' produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà ddeterjoraw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Ix-xejra 'l isfel ġiet stabbilita wkoll għal indikaturi oħra relatati mal-prestazzjoni finanzjarja bħalma huma l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. Matul l-istess perjodu, l-inventarji żdiedu.

(128)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri, huwa mistenni li l-prezzijiet tal-importazzjoni se jiżdiedu u l-industrija tal-Unjoni se tkun meħlusa mill-pressjoni tal-prezzijiet attwalment eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. L-industrija tal-Unjoni għalhekk għandha tkun kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha sabiex jirriflettu ż-żidiet fil-kost u gradwalment jilħqu livelli profittabbli. Dan se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq il-produzzjoni u l-volum ta' bejgħ. Fin-nuqqas ta' miżuri, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tkompli tiddeterjora. Aktar telf fil-volum tal-bejgћ u fis-sehem mis-suq huwa ferm probabbli minħabba li l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping se tkompli u l-industrija tal-Unjoni se tkun imġiegħla tikkompeti mal-livelli tal-prezzijiet baxxi fl-Unjoni. F'tali xenarju l-industrija tal-Unjoni se tkompli twettaq telf sinifikanti. Mhuwiex eskluż li, minħabba t-tnaqqis fil-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni u l-livell għoli ta' telf l-industrija tal-Unjoni se tkun imġiegħla twaqqaf il-produzzjoni għal kollox fuq it-terminu medju, bil-konsegwenza ta' telf ta' impjiegi fl-Unjoni. Dan ukoll jirrendi lill-Unjoni dipendenti fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi.

(129)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta' dazji ta' antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess ta'importaturi/operaturi tas-suq

(130)

Erbatax-il kumpanija ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Tliet importaturi mhux relatati kienu inklużi fil-kampjun u rċivew il-kwestjonarji waqt li wieħed biss irrisponda. Din il-kumpannija kienet suġġetta għal verifika fuq il-post.

(131)

L-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja kienu jirrappreżentaw inqas minn 15 % tal-fatturat tal-importatur. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, filwaqt li l-attività relatata mal-MSG tista' tkun affettwata b'mod negattiv mill-impożizzjoni tad-dazji, il-kumpanija tibqa' kumplessivament profittabbli.

(132)

Operatur wieħed tas-suq fl-Unjoni involut fil-bejgħ mill-ġdid tal-MSG fis-suq tal-Unjoni u barra minnu ma ppreżentax ruħu matul l-investigazzjoni. Dan l-operatur tas-suq xtara l-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, iżda wkoll minn importaturi tal-MSG mill-Indoneżja u pajjiżi terzi oħra. L-attività relatata mal-MSG ta' dan l-operatur tas-suq kienet marġinali meta mqabbla mal-attività totali tiegħu. Għal dawn ir-raġunijiet tqies li kwalunkwe impatt tal-miżuri antidumping fuq il-qagħda tiegħu jkun negliġibbli.

6.4.   Interess tal-utenti

(133)

L-utenti huma attivi prinċipalment fis-settur ta' “l-ikel u x-xorb”, u jużaw l-MSG fil-produzzjoni ta' taħlitiet ta' ħwawar, sopop u ikel lest biex jittiekel. Il-MSG jintuża wkoll f'applikazzjonijiet speċifiċi “mhux relatati mal-ikel”, pereżempju fil-produzzjoni ta' deterġenti.

(134)

Tlieta u tletin kumpanija avviċinawna u rċevew kwestjonarju. Ħames kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom kienu attivi fis-settur tal-ikel u x-xorb u waħda kienet attiva fis-settur mhux relatat mal-ikel. Tnejn mill-kumpaniji li kkoperaw, waħda li topera fis-settur ta' “l-ikel u x-xorb” u t-tieni li tipproduċi deterġenti, kienu vverifikati fuq il-post.

Is-settur tal-ikel u x-xorb

(135)

L-investigazzjoni wriet li, fuq medja, il-MSG rrappreżenta madwar 5 % tal-kost totali tal-prodotti li jinkorporaw il-MSG manifatturat mill-kumpaniji li kkooperaw li pprovdew id-dejta meħtieġa.

(136)

Tnejn mill-kumpaniji li kkoperaw xtraw il-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni u ma importaw l-ebda kwantità mill-Indoneżja jew importaw biss kwantitajiet żgħar. Fil-każ ta' dawn iż-żewġ kumpaniji, l-attività marbuta mal-prodotti li jinkorporaw il-MSG kienet tirrappreżenta madwar terz tal-attività totali tagħhom. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni nstab li l-kumpaniji kienu profittabbli. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, il-miżuri proposti kontra l-Indoneżja x'aktarx li jkollhom impatt limitat fuq dawn il-kumpaniji.

(137)

Iż-żewġ kumpaniji xtraw kwantitajiet akbar ta' MSG mill-Indoneżja, iżda l-attività tagħhom relatata mal-MSG kienet relattivament insinifikanti meta mqabbla mal-attività kumplessiva tagħhom. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, dawn iż-żewġ kumpaniji kienu profittabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huwa improbabbli li xi miżura kontra l-MSG mill-Indoneżja jkollha impatt sinifikanti fuq dawn il-kumpaniji.

Is-settur mhux relatat mal-ikel

(138)

Waħda mill-kumpaniji li kkooperaw użat il-MSG fil-produzzjoni ta' deterġenti. Il-MSG irrappreżenta bejn 15 % u 20 % tal-kost tal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni l-kumpanija xtrat il-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni iżda importat il-MSG wkoll mill-Indoneżja u f'ammonti iżgħar mill-Korea. Parti żgħira biss mill-attività tagħha hija ddedikata għall-prodotti li jinkorporaw il-MSG meta mqabbla mal-attività kumplessiva tagħha li addizzjonalment instabet li kienet tirrealizza marġini pożittivi ta' profitt ta' bejn 5 % u 10 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(139)

Fuq din il-bażi, filwaqt li mhuwiex eskluż li din il-kumpanija tista' tkun affettwata b'mod negattiv mill-impożizzjoni ta' miżuri kontra l-Indoneżja, id-disponibbiltà ta' sorsi oħra ta' provvista u s-sitwazzjoni profittabbli tal-attività li tinkorpora l-MSG jindikaw li l-impatt possibbli tal-miżuri fuq din il-kumpanija jkun limitat.

(140)

Din il-parti interessata allegat li, minħabba l-qafas regolatorju tal-UE li jipprojbixxi l-użu ta' fosfati u komposti oħra ta' fosfru (9), il-MSG x'aktarx li jintuża fi kwantitajiet ikbar biex jieħu post il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fil-produzzjoni ta' deterġenti. Għalhekk, huwa mistenni li d-domanda tal-MSG fl-Unjoni tiżdied sostanzjalment u kwalunkwe dazji ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-MSG ikollhom effett detrimentali fuq l-iżvilupp ta' dan is-suq ġdid.

(141)

Madankollu, f'dan l-istadju huwa diffiċli sabiex wieħed ibassar kif il-qafas ġuridiku l-ġdid se jkollu impatt fis-suq tal-Unjoni u jekk jagħtix spinta lill-produzzjoni tad-deterġenti bbażati fuq il-MSG jew sa liema punt jagħmel dan u għalhekk ikollux effett fuq id-domanda tal-MSG fl-Unjoni. Il-parti interessata lanqas ma pprovdiet xi evidenza dwar sa liema punt id-dazju antidumping jista' jkollu effett detrimentali. F'dan ir-rigward huwa nnotat li l-għan tad-dazju antidumping huwa li jerġa' jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet Indoneżjani għandhom ikomplu jfornu s-suq tal-Unjoni, iżda bi prezzijiet ġusti. L-investigazzjoni żvelat ukoll numru ta' sorsi alternattivi ta' provvista, bħall-Brażil, il-Vjetnam u l-Korea.

(142)

Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, anki jekk id-domanda kollha tal-MSG tal-kumpanija inkwistjoni kellha tkun importata mill-Indoneżja, il-profittabbiltà tal-kumpanija fuq l-attività li tinkorpora l-MSG tibqa' pożittiva. Dan l-agħar xenarju possibbli ma jikkunsidrax il-possibbiltà li parti mit-taxxa tista' tkun, għall-inqas parzjalment, mgħoddija lill-konsumaturi finali tagħhom.

6.5.   Interess tal-fornituri

(143)

Erba' fornituri ta' materja prima tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom u wieġbu l-kwestjonarju. Il-bejgħ tagħhom ta' materja prima lill-industrija tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss parti żgħira mill-fatturat totali tagħhom. Għalhekk, in-nuqqas ta' miżuri mhux se jaffettwa s-sitwazzjoni tal-fornituri.

6.6.   Argumenti oħrajn

(144)

Diversi partijiet interessati allegaw li l-industrija tal-Unjoni kellha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Unjoni u ddikjaraw li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mill-Indoneżja jsaħħu l-pożizzjoni tagħha, li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(145)

L-investigazzjoni uriet biċ-ċar li l-uniku produttur tal-Unjoni ma setax iżomm il-volum tal-bejgħ tiegħu fl-Unjoni minħabba li tilef is-sehem mis-suq affavur tal-importazzjonijiet Indoneżjana. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'qagħda li żżid il-livelli tagħha ta' prezzijiet skont iż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima, minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u sofriet telf sinifikanti fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li hemm kompetizzjoni minn importazzjonijiet li joriġinaw f'numru ta' pajjiżi terzi oħra, li jibbenefikaw minn aċċess liberu għas-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, kien hemm evidenza insuffiċjenti dwar xi pożizzjoni dominanti allegata tal-industrija tal-Unjoni u dan l-argument kellu jkun miċħud.

(146)

Uħud mill-partijiet interessati allegaw ukoll li ma jkun hemm l-ebda alternattiva għal importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba li l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħra huma għoljin wisq.

(147)

Huwa mfakkar li fis-SF2010/2011 is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien sostanzjali. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi wkoll battew minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u tilfu volumi sinifikanti tal-bejgħ u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Indoneżjani. L-impożizzjoni ta' dazji kontra l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja għandhom jippermettu lil pajjiżi terzi oħrajn bħall-Brażil, il-Korea u l-Vjetnam kisbu mill-ġdid l-ishma mitlufa fis-suq tal-Unjoni. Rigward il-prezzijiet, l-għan tal-miżuri antidumping għandu jkun li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni, u b'hekk l-importazzjonijiet jitħallew jidħlu fl-Unjoni f'livelli ta' prezzijiet ġusti. L-investigazzjoni wriet li mhux mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji jkollha effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija downstream. Id-dikjarazzjoni li l-ebda sorsi alternattivi ta' provvista ma kienu jeżistu kienet għalhekk miċħuda.

6.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(148)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kienx hemm raġunijiet b'saħħithom biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw fl-Indoneżja f'dan l-istadju tal-investigazzjoni.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(149)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ma jippermettux li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġini ta' dannu)

(150)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(151)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli fil-kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Minħabba li l-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bdew biss jipproduċu effetti matul it-tielet sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-marġini ta' profitt ġie stabbilit b'referenza għall-ewwel sentejn ta' dak il-perjodu, fl-assenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Il-Kummissjoni qieset xieraq li tuża marġini tal-profitt medju peżat kif stabbilit fil-premessa 89. Marġini ta' profitt ta' bejn 5 % u 15 % kien stabbilit. Marġini ta' profitt aktar preċiż ma jistax ikun żvelat għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġini ta' profitt ikkalkulat b'dan il-mod mal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkopereaw fl-Indoneżja, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, u l-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponerat tal-importazzjoni. Il-marġnijiet tad-dannu kkalkolati bi profitti ta' 5 % u 15 % rispettivament huma rrappurtati fit-tabella fil-premessa 154.

(152)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 64 produttur esportatur wieħed sostna li l-livelli ta' purità tal-MSG importat lejn l-Unjoni u ta' dak prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni jistgħu jkunu differenti u għalhekk għandhom isiru aġġustamenti xierqa. Għal raġunijiet stipulati fl-istess premessa l-ebda aġġustament ma kien ġustifikat u din it-talba kellha tkun miċħuda.

7.2.   Miżuri provviżorji

(153)

Għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw fl-Indoneżja, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet l-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont ta' dazji għandu jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġini ta' dumping u dak tad-dannu.

(154)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati provviżorji ta' dazju antidumping, espressi abbażi tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

(%)

Pajjiż

Kumpanija

Marġini ta' dumping

Marġini ta' dannu

Id-dazju provviżorju antidumping

L-Indoneżja

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,0

[24,6–39,8]

7,0

L-Indoneżja

PT. Miwon Indonesia

13,3

[27,9–43,6]

13,3

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4

[31,4–47,0]

28,4

(155)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda li nsabu fiha dawn il-kumpaniji matul din l-investigazzjoni. Dawn l-iskali ta' dazju huma esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li hu manifatturat mill-entitajiet legali specifici msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija b'isimha u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Huma ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda rata ta' dazju antidumping individwali.

(156)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (10). It-talba għandha tkun tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż: il-modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni; il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni se taġġorna l-lista ta' kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping, jekk dan ikun iġġustifikat.

(157)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' dazji antidumping individwali. Kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping għandhomu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(158)

Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha se japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx f'din l-investigazzjoni, iżda għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(159)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Kummerċ fi żmien skadenza fissa.

(160)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-iskop ta' xi miżura definittiva.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju ta' antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 (kodiċi TARIC 2922420010) u li joriġinaw mill-Indoneżja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:

Kumpanija

Id-dazju provviżorju antidumping

(%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,0

B961

PT. Miwon Indonesia

13,3

B962

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, huwa soġġett għall-forniment ta' depożitu ta' sigurtà ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(c)

Jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Kummerċ.

2.   Fi żmien 25 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar- Regolament (KE) Nru 1225/2009 jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Notifika ta' Bidu ta' proċedura antidumping li tikkonċerna importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja, ĠU C 349, 29.11.2013, p. 5.

(3)  ĠU C 349, 29.11.2013, p. 14.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(5)  Jikkoinċidi ma' snin finanzjarji — April sa Marzu — tal-produttur uniku tal-Unjoni (SF2010/2011, SF2011/2012, SF2012/2013, IP).

(6)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 6.

(7)  Id-Direttiva 2008/84/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1).

(*)  Prezzijiet medji ma jinkludux dazji tal-antidumping fis-seħħ.

(8)  http://ec.europa.eu/agriculture/sugar/presentations/price-reporting_en.pdf

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta' użu ta' fosfati u komposti ta' fosfru ieħor fid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur (ĠU L 9,30.3.2012, p. 16).

(10)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


ANNESS

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-glutamat tal-monosodju mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fl-Indoneżja. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Data u firma