9.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2014

tat-8 ta' Awwissu 2014

li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) (a), (c), (d), (e), (f), (h), (i) u (j) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm żball fil-verżjoni bl-Ispanjali tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2). Għalhekk hija meħtieġa korrezzjoni tal-verżjoni Spanjola. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan l-Artikolu jikkonċerna biss il-verżjoni Spanjola.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2011.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.