8.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2014

tas-7 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf tal-benżoat tas-sodju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Taminco BVBA ppreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 (2).

(2)

L-applikant jiddikjara li, b'effett mis-6 ta' Marzu 2014, akkwista n-negozju tal-addittiv tal-għalf minn Kemira Oyj, u issa jippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittiv tal-għalf tal-benżoat tas-sodju. L-applikant ippreżenta dokumenti li jsostnu l-allegazzjonijiet tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma timplikax valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex l-applikant ikun jista' jisfrutta d-drittijiet tiegħu tal-kummerċjalizzazzjoni taħt l-isem ta' Taminco Finland Oy, jeħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(6)

Billi l-modifika tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhijiex relatata ma' raġunijiet ta' sikurezza, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jistgħu jintużaw l-istokkijiet kollha eżistenti.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Kemira Oyj” qed jinbidel b'“Taminco Finland Oy”.

Artikolu 2

Miżuri ta' tranżizzjoni

L-istokkijiet eżistenti tal-addittiv li ġew prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta' Awwissu 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Awwissu 2014 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jiġu eżawriti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta' Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benżoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (ĠU L 134, 21.5.2011, p. 9).