1.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 834/2014
tat-22 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 110(2) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni (il-PAK). Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-applikazzjoni ta' dan il-qafas li jiżguraw valutazzjoni komprensiva u regolari tal-progress, tal-effettività u tal-effiċjenza tal-PAK meta mqabbla mal-għanijiet tagħha. Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ qafas konsistenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, għandu jiġi stabbilit sett ta' indikaturi komuni kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(2) |
Dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin mal-istruttura u l-għanijiet tal-PAK u għandhom jissejsu fuq elementi li jistgħu jitkejlu. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi ta' tipi differenti sabiex il-PAK tkun tista' tiġi vvalutata fil-livelli kollha. L-indikaturi tal-impatt għandhom jirriflettu l-għanijiet ewlenin komuni tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għal kull wieħed minn dawn l-għanijiet ewlenin komuni jistgħu jiġu identifikati għanijiet aktar speċifiċi, li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riżultati. Dawn l-għanijiet speċifiċi jinkludu l-introjtu tal-azjendi agrikoli u l-varjabbiltà f'dan l-introjtu, it-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu, l-istabbiltà tas-swieq, l-aspettattivi tal-konsumaturi, il-provvediment ta' beni pubbliċi u l-preservazzjoni tal-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għaliha, u ż-żamma ta' agrikoltura varjata, kif ukoll l-għanijiet speċifiċi ddefiniti għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), jiġifieri l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni prattika tal-istrumenti tal-PAK għandha tiġi mmonitorjata abbażi ta' indikaturi tal-produzzjoni (“output”) li jkunu kapaċi jirriflettu dan il-livell operattiv tal-PAK. |
(3) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jużaw il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni b'mod effiċjenti u fil-ħin dovut. Għalhekk, għandu jkun previst li l-Istati Membri jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK sad-dati ta' skadenza stabbiliti mir-Regolamenti rilevanti. Sabiex jiġi evitat kull piż amministrattiv bla bżonn, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li diġà għandha għad-dispożizzjoni tagħha. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Indikaturi
L-indikaturi li jippermettu li jiġu vvalutati l-progress, l-effettività u l-effiċjenza tal-politika agrikola komuni (il-PAK) meta mqabbla mal-għanijiet tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom ikunu jistgħu jitkejlu. Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu:
(a) |
indikaturi tal-impatt, kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu oqsma li l-PAK mistennija tinfluwenzahom; |
(b) |
indikaturi tar-riżultati, kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-kisbiet ewlenin:
|
(c) |
indikaturi tal-produzzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-implimentazzjoni tal-istrumenti relatati mal-PAK; |
(d) |
indikaturi tal-kuntest, kif imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-aspetti rilevanti tax-xejriet kuntestwali ġenerali li x'aktarx jinfluwenzaw l-implimentazzjoni tal-PAK u l-kisbiet u l-prestazzjoni tagħha. |
L-indikaturi tar-riżultati, l-indikaturi tal-produzzjoni u l-indikaturi tal-kuntest li huma rilevanti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (5).
Artikolu 2
Għoti ta' tagħrif
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-PAK lill-Kummissjoni sad-dati ta' skadenza għar-rappurtar u għan-notifiki tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-istrumenti tal-PAK, kif previst fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013. Dan it-tagħrif għandu jkun preċiż u affidabbli.
2. Għall-għanijiet tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li ġej li l-Istati Membri jkunu diġà bagħtulha permezz tal-għodod eżistenti għall-iskambju tat-tagħrif:
(a) |
it-tagħrif, in-notifiki u r-rapporti mibgħuta lill-Kummissjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti li jitħaddmu fil-kuntest tal-PAK u mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni; |
(b) |
it-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għall-għanijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet; |
(c) |
it-tagħrif mibgħut lill-Eurostat. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(5) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
ANNESS
Indikaturi tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK
1. L-indikaturi tal-impatt imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1
1. |
L-introjtu intraprenditorjali agrikolu |
2. |
L-introjtu tal-fattur agrikolu |
3. |
Il-produttività totali tal-fatturi fl-agrikoltura |
4. |
Il-varjabbiltà fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE |
5. |
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur tal-prodotti tal-ikel |
6. |
Il-bilanċ tal-kummerċ agrikolu |
7. |
L-emissjonijiet mill-agrikoltura |
8. |
L-indiċi tal-għasafar tal-art agrikola |
9. |
Il-biedja ta' valur naturali għoli (HNV) |
10. |
L-astrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura |
11. |
Il-kwalità tal-ilma |
12. |
Il-materja organika fil-ħamrija fir-raba' li jinħarat |
13. |
L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma |
14. |
Ir-rata ta' impjiegi fiż-żoni rurali |
15. |
Il-livell ta' faqar fiż-żoni rurali |
16. |
Il-PDG għal kull persuna fiż-żoni rurali |
2. L-indikaturi tar-riżultati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1
1. |
Is-sehem tal-appoġġ dirett fl-introjtu agrikolu |
2. |
Il-varjabbiltà fl-introjtu tal-azjendi agrikoli
|
3. |
Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari |
4. |
L-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE
|
5. |
L-intervent pubbliku: il-volum ta' prodotti mixtrija fl-intervent f'forma ta' ħżin bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE |
6. |
Il-ħżin privat: il-volum ta' prodotti li jinsabu fil-ħżin privat bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE |
7. |
Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni: il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE |
8. |
Il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE meta mqabblin mal-prezzijiet dinjin (imqassmin skont il-prodotti) |
9. |
Il-valur tal-produzzjoni li taqa' taħt l-iskemi tal-kwalità tal-UE meta mqabbel mal-valur totali tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel |
10. |
L-importanza tal-biedja organika
|
11. |
Id-diversità tal-għelejjel
|
12. |
Is-sehem tal-bur mill-erja agrikola kollha użata (EAU) |
13. |
Is-sehem taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE) mill-art agrikola |
14. |
Is-sehem taż-żona maħduma skont prattiki aktar ekoloġiċi |
15. |
L-emissjonijiet netti tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-ħamrija agrikola |
16. |
Id-diversità strutturali
|
17. |
Indikaturi tar-riżultati oħrajn speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014. |
3. L-indikaturi tal-produzzjoni (“output”) imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1
Pagamenti diretti
L-iskema ta' pagamenti bażiċi
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
L-iskema ta' pagament uniku skont l-erja
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
L-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali (TNA)
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' unitajiet li għalihom tingħata t-TNA (f'ettari/annimali/unitajiet oħrajn) |
Il-pagament ridistributtiv
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
L-ekoloġizzazzjoni
— |
L-għadd totali ta' bdiewa li għandhom japplikaw tal-inqas obbligu wieħed marbut mal-ekoloġizzazzjoni |
— |
L-għadd totali ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa |
L-eżenzjonijiet mill-ekoloġizzazzjoni
— |
L-għadd ta' bdiewa li ngħataw eżenzjoni, imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE) |
— |
L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa (imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE)) |
Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel
— |
L-għadd ta' bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel) |
— |
L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel) |
Il-bwar permanenti
— |
L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti li jgħoddu għall-proporzjon |
— |
L-għadd ta' ettari koperti mill-bwar permanenti li jkunu ddikjaraw il-bdiewa u li jgħoddu għall-proporzjon |
— |
L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti f'żoni magħżulin bħala ambjentalment sensittivi |
— |
L-għadd ta' ettari koperti minn bwar permanenti magħżulin bħala ambjentalment sensittivi li jkunu ddikjaraw dawn il-bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari ta' bwar permanenti (totali) magħżulin bħala ambjentalment sensittivi |
Iż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)
— |
L-għadd ta' bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE) |
— |
L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE) |
— |
L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa bħala żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE), imqassmin skont it-tip ta' żona ta' interess ekoloġiku |
L-ekwivalenza
— |
L-għadd ta' bdiewa li jkunu qed japplikaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi) |
— |
L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jkunu qed jimplimentaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi) |
Il-pagament lill-bdiewa żgħażagħ
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
L-iskema għall-bdiewa ż-żgħar
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
L-appoġġ akkoppjat volontarju
— |
L-għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat volontarju (imqassmin skont is-settur) |
— |
Il-kwantitajiet eliġibbli (l-għadd ta' ettari jew l-għadd ta' annimali mqassmin skont is-settur) |
— |
L-għadd ta' ettari |
— |
L-għadd ta' annimali |
Il-pagament għal żoni b'limitazzjonijiet naturali
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
Il-programmi nazzjonali għas-settur tal-qoton
— |
L-għadd ta' bdiewa |
— |
L-għadd ta' ettari |
Miżuri tas-suq
L-intervent pubbliku
— |
Il-volum |
— |
It-tul ta' żmien |
Il-ħżin privat
— |
Il-volum |
— |
It-tul ta' żmien |
Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni
— |
Il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni |
Miżura eċċezzjonali
— |
[skont kif ikun xieraq] |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi
— |
Il-perċentwal tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi |
L-iskemi għall-iskejjel
— |
L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel |
— |
L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-frott għall-iskejjel |
Is-settur tal-inbid
— |
L-għadd ta' ettari għat-tħawwil ta' dwieli ġodda |
— |
L-għadd ta' ettari ta' vinji ristrutturati |
— |
L-għadd ta' proġetti ta' promozzjoni fis-settur tal-inbid |
— |
L-għadd ta' proġetti ta' investiment u ta' miżuri innovattivi |
Aspetti orizzontali
Il-kundizzjonalità
— |
L-għadd ta' ettari li huma suġġetti għall-kundizzjonalità |
— |
Is-sehem tal-pagamenti tal-PAK li huma suġġetti għall-kundizzjonalità |
Il-politika tal-kwalità
— |
L-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid |
— |
L-għadd ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti ġodda skont is-settur |
Il-biedja organika
— |
L-għadd ta' ettari (totali u li għaddejjin minn konverżjoni) |
— |
L-għadd ta' operaturi organiċi ċċertifikati rreġistrati |
Il-politika ta' promozzjoni
— |
L-għadd ta' programmi (fl-UE u 'l barra minnha) |
— |
L-għadd ta' organizzazzjonijiet proponenti ġodda |
Is-sistema konsultattiva għall-farms
— |
L-għadd ta' bdiewa li ngħataw pariri |
Żvilupp Rurali
L-indikaturi tal-produzzjoni speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.
4. L-indikaturi tal-kuntest imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1
L-indikaturi speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.