31.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 829/2014

tat-30 ta' Lulju 2014

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Bħalissa, ir-rikonoxximent tal-Isvizzera skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-ħmira. L-Isvizzera ressqet talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha għall-ħmira organika wkoll. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u l-kjarifiki sussegwenti pprovduti mill-Isvizzera wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-ħmira organika huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). Minħabba f'hekk, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tal-Isvizzera, fir-rigward ta' prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, għandu japplika wkoll għall-ħmira organika.

(3)

Ir-rikonoxximent ta' New Zealand skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-inbid u l-ħmira. L-awtoritajiet ta' New Zealand ippreżentaw talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha wkoll għall-inbid organiku. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u kjarifiki sussegwenti pprovduti minn New Zealand wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-inbid organiku huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll ta' New Zealand, fir-rigward ta' prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel, għandhom japplikaw anki għall-inbid organiku.

(4)

Skont l-informazzjoni pprovduta minn New Zealand, inbidlu l-awtorità kompetenti, wieħed mill-korpi tal-kontroll u l-korp għall-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-bidla għandha titniżżel fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(5)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-finijiet ta' ekwivalenza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet li waslu sal-31 ta' Ottubru 2013 għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Wara l-eżami tal-informazzjoni kollha mogħtija, il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li jinstabu konformi mar-rekwiżiti rilevanti għandhom jitniżżlu f'dik il-lista.

(7)

“LibanCert” hu mniżżel fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Madankollu, dan la għarraf lill-Kummissjoni b'informazzjoni rilevanti relattiva għall-korp tal-akkreditazzjoni msemmi fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u lanqas b'xi bidliet fid-dossier tekniku tiegħu skont l-Artikolu 12(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, ir-rapport annwali li bagħat “LibanCert” fl-2013 juri li dan ma kienx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kummissjoni stiednet lil “LibanCert” biex jiċċara dawn il-kwistjonijiet iżda sad-data tal-iskadenza ma weġibx. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, “LibanCert” waqaf jopera. U għalhekk għandu jitneħħa mil-lista fl-Anness IV.

(8)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 355/2014 (4) fih żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għal pajjiż terz għall-korp tal-kontroll “Abcert AG” li bi żball jirreferi għal “IMO Swiss AG” minflok għal “IMOswiss AG”.

(9)

Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet ikkoreġuti dwar Abcert AG u IMOswiss AG għandhom japplikaw minn meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 355/2014.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1) u (5)(a) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-12 ta' April 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar l-Isvizzera, il-punt 1 “Kategoriji tal-prodotti”, ir-ringiela “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel”, titneħħa n-nota (2) f'qiegħ il-paġna.

(2)

L-entrata dwar New Zealand hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1 “Kategoriji tal-prodotti”, ir-ringiela “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel”, in-nota (2) f'qiegħ il-paġna tinbidel b'dan li ġej:

“(2)

Ħmira mhux inkluża.”

(b)

Il-punt (4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.

L-awtorità kompetenti: Il-Ministeru għall-Industriji Primarji (MPI)

http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/”

(c)

Fil-punt 5, ir-ringiela ta' NZ-BIO-001 tinbidel b'dan li ġej:

“NZ-BIO-001

Il-Ministeru għall-Industriji Primarji (MPI)

http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/”

(d)

Il-punt (6) jinbidel b'dan li ġej:

Il-korpi għall-ħruġ taċ-ċertifikati: Il-Ministeru għall-Industriji Primarji (MPI)”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar “Abcert AG”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Moldova tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Moldova

MD-BIO-137

x

—”

(2)

L-entrata dwar “CCPB Srl” hi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt (3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Iċ-Ċina

CN-BIO-102

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-102

x

x

x

L-Iraq

IQ-BIO-102

x

Il-Libanu

LB-BIO-102

x

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-102

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-102

x

x

San Marino

SM-BIO-102

x

x

x

Is-Sirja

SY-BIO-102

x

It-Tuneżija

TN-BIO-102

x

It-Turkija

TR-BIO-102

x

x

x

—”

(b)

Il-punt (4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: il-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, l-inbid u l-prodotti koperti bl-Anness III”;

(3)

Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Albanija

AL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Bermuda

BM-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Butan

BT-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Burma/il-Mjanmar

MM-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-149

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kosta Rika

CR-BIO-149

x

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Ginea

GN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ħong Kong

HK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Indja

IN-BIO-149

x

x

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Iran

IR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Iżrael

IL-BIO-149

x

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-149

x

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Laos

LA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Mali

ML-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Mawrizju

MU-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

In-Nepal

NP-BIO-149

x

x

x

x

x

x

In-Niġerja

NG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Pakistan

PK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Territorju Okkupat mill-Palestinjani

PS-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Panama

PA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Sjerra Leone

SL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Singapor

SG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Isvizzera

CH-BIO-149

x

Is-Sirja

SY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Timor Leste

TL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Istati Uniti

US-BIO-149

x

L-Urugwaj

UY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Iż-Żambja

ZN-BIO-149

x

x

x

x

x

x”

(4)

Fl-entrata dwar “IB”dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Brażil

BR-BIO-122

x

x

x

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-122

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-122

x

x

—”

(5)

L-entrata dwar “IMO Swiss AG” hi emendata kif ġej:

(a)

L-isem “IMO Swiss AG” jinbidel bl-isem “IMOswiss AG”;

(b)

Il-punt (4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: il-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u l-prodotti koperti bl-Anness III”;

(6)

Titneħħa l-entrata dwar “LibanCert”.