26.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 812/2014
tat-23 ta' Lulju 2014
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salame Piacentino (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 52, paragrafu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
B'mod konformi mal-Artikolu 53, paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni prottetta tal-oriġini “Salame Piacentino”, irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1263/96 tal-Kummissjoni (2) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 92/2011 (3). |
(2) |
Billi l-emenda inkwistjoni mhix minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53, paragrafu 2, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50, paragrafu 2, pun (a) tar-Regolament imsemmi (4). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Salame Piacentino” (DPO) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 ta' l-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Salame Piacentino (DPO)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 17).
(4) ĠU C 88, 27.3.2014, p. 25.