31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014
tas-17 ta’ Lulju 2014
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 41, l-Artikoli 54(4) u 66(5), l-Artikolu 67, l-Artikoli 75(5) u, 76(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistabbilixxi regoli ġenerali li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jikkumplementaw id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment stabbiliti fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dawk ir-Regolamenti jopera bla xkiel u japplika b’mod uniformi, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta ċerti regoli għall-implimentazzjoni tiegħu. |
(2) |
Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi għall-iżvilupp rurali, ibbażati b’mod partikolari fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Għandu jiġi stabbilit ukoll liema minn dawk ir-regoli dwar il-preżentazzjoni japplikaw ukoll għal programmi ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni mingħajr limitu massimu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Ir-regoli dwar il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali għandhom ikunu stipulati wkoll. |
(3) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-iskedi taż-żmien għall-approvazzjoni tal-oqfsa nazzjonali. |
(4) |
Għas-sistematizzazzjoni tal-emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali, għandhom jiġu stabbiliti regoli għas-sottomissjoni tagħhom kif ukoll għall-frekwenza tal-emendi. Dan għandu jsir sabiex, kemm jista’ jkun, jitnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li jippermetti l-flessibbiltà għal emerġenzi u sitwazzjonijiet speċifiċi ddefiniti b’mod ċar. |
(5) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-emendi fl-oqfsa nazzjonali, inklużi regoli dwar it-twaqqit u b’mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-emenda tal-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom programmi reġjonali. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu tajjeb tar-riżorsi tal-FAEŻR, għandhom jiġu stabbiliti sistemi ta’ kupuni jew sistemi ekwivalenti għall-pagament tal-kostijiet tal-parteċipanti għal azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni sabiex jiġi żgurat li n-nefqa rimborżata tkun marbuta b’mod ċar ma’ azzjoni speċifika u eliġibbli ta’ taħriġ jew ta’ trasferiment ta’ għarfien mogħtija lill-parteċipant. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li jintgħażel il-fornitur tas-servizz li joffri l-aħjar valur għall-ħlas, l-għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li qed joffru servizzi konsultattivi għandha ssegwi r-regoli tal-akkwist pubbliku nazzjonali applikabbli. |
(8) |
Billi l-pagamenti finali għandhom jingħataw biss ladarba jkun hemm implimentazzjoni korretta tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, għandhom jiġu stabbiliti parametri komuni għal valutazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jiftħu n-negozju tagħhom għall-ewwel darba għal miżuri oħrajn li jaqgħu taħt il-miżura tal-farms u l-iżvilupp tan-negozju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-kopertura ta’ diversi miżuri fil-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju, kif ukoll għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-applikazzjonijiet relatati. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkalkolaw l-appoġġ għall-impenji li jaqgħu taħt il-miżuri agroambjentali klimatiċi, il-biedja organika u t-trattament xieraq tal-annimali abbażi ta’ unitajiet oħrajn minbarra dawk stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 minħabba n-natura speċifika ta’ dawk l-impenji. Għandhom jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-konformità mal-ammonti massimi permissibbli, l-eċċezzjoni għall-pagamenti għal kull unità ta’ bhejjem fil-farms u r-rati ta’ konverżjoni għal kategoriji differenti ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem fil-farms. |
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli minn 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 isir b’mod trasparenti u verifikabbli, għandhom jiġu stabbiliti ċerti elementi komuni għall-kalkolu li jkunu japplikaw fl-Istati Membri kollha. |
(11) |
Sabiex jiġi evitat kumpens u piż amministrattiv żejjed, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-kombinament ta’ ċerti miżuri. |
(12) |
Ir-regoli dwar il-bidu tal-operat tan-netwerks rurali nazzjonali, kif ukoll dwar l-istruttura tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat li n-netwerks ikunu jistgħu joperaw b’mod effiċjenti u fil-ħin sabiex jakkumpanjaw l-implimentazzjoni tal-programmi. |
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni u pubbliċità dwar l-attivitajiet ta’ żvilupp rurali li jibbenefikaw minn appoġġ mill-FAEŻR, l-Awtorità Maniġerjali għandha responsabbiltajiet x’taqdi li għandhom ikomplu jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament. L-Awtorità Maniġerjali għandha tissistemizza l-isforzi ġenerali tagħha marbutin mal-informazzjoni u l-pubbliċità fi strateġija, u billi ttella’ websajt unika jew portal tal-websajts uniku biex iżżid l-għarfien dwar l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp rurali u ssaħħaħ l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Għandha ssir dispożizzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li għandhom jinfurmaw dwar l-appoġġ disponibbli għall-proġetti tagħhom. |
(14) |
Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tas-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, għandhom jiġu definiti l-elementi komuni ta’ dik is-sistema inklużi l-indikaturi u l-pjan ta’ evalwazzjoni. |
(15) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-elementi ċentrali tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp rurali, proċeduri u skedi ta’ żmien għall-approvazzjoni u l-emenda ta’ programmi tal-iżvilupp rurali u oqfsa nazzjonali, il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali, l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-programmi tal-iżvilupp rurali, l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u r-rapportar.
Artikolu 2
Il-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali
Il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali kif inhu stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni bla limitu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tal-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tiġi stabbilita skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-adozzjoni ta’ oqfsa nazzjonali
L-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu adottati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Artikolu 4
Emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali
1. Il-proposti biex jiġu emendati l-programmi tal-iżvilupp rurali u l-programmi speċifiċi għat-twaqqif u l-operat ta’ netwerks rurali nazzjonali għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tip ta’ emenda li qed tiġi proposta; |
(b) |
ir-raġunijiet u/jew il-problemi fl-implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda; |
(c) |
l-effetti mistennija tal-emenda; |
(d) |
l-impatt tal-bidla fuq l-indikaturi; |
(e) |
ir-relazzjoni bejn il-bidla u l-Ftehim ta’ Sħubija li hemm referenza għalih fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
2. L-emendi fil-programm tat-tip li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jistgħux jiġu proposti aktar minn tliet darbiet tul il-perjodu ta’ programmazzjoni.
Tista’ titressaq proposta għal emenda waħda għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ emendi f’daqqa għal kull sena kalendarja u għal kull programm, bl-eċċezzjoni tas-sena 2023 f’liema sena tista titressaq aktar minn proposta waħda għall-emendi li jikkonċernaw b’mod esklussiv l-adattament tal-pjan ta’ finanzjament, inkluż kull tibdil li jirriżulta fil-pjan indikatur.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw:
(a) |
f’każ li hemm il-ħtieġa li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti pubblika nazzjonali; jew |
(b) |
f’każ li hija meħtieġa emenda wara bidla fil-qafas legali tal-Unjoni; jew |
(c) |
wara l-analiżi tal-prestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21 tar-Regoalment (UE) Nru 1303/2013; jew |
(d) |
f’każ ta’ bidla fil-kontribuzzjoni ppjanata tal-FAEŻR għal kull sena li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tirriżulta minn żviluppi fit-tqassim annwali tal-Istati Membri kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 58(7) ta’ dak ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-aħħar emenda tal-programm tagħhom tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2020.
Tipi oħra ta’ emendi ta’ programmi għandhom jitressqu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023.
4. Meta emenda fil-programm tibdel kwalunkwe parti mid-dejta li tkun inkluża fit-tabella tal-qafas nazzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-approvazzjoni tal-emenda tal-programm għandha tikkostitwixxi approvazzjoni tar-reviżjoni korrispondenti ta’ dik it-tabella.
Artikolu 5
Emenda tal-oqfsa nazzjonali
1. L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Artikolu 4(1)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-emendi tal-oqfsa nazzjonali.
2. L-Istati Membri li għażlu li jissottomettu oqfsa nazzjonali li jinkludu t-tabella msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistgħu jissottomettu emendi tal-qafas nazzjonali li jikkonċernaw dik it-tabella lill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu l-livell ta’ implimentazzjoni tad-diversi programmi tagħhom.
3. Wara li tapprova l-emendi msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadatta l-pjanijiet ta’ finanzjament msemmijin fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-programmi kkonċernati mat-tabella riveduta, diment li:
(a) |
ma tinbidilx il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull programm tul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni; |
(b) |
ma tinbidilx l-allokazzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat; |
(c) |
ma jinbidilx it-tqassim annwali tal-programm għas-snin ta’ qabel is-sena ta’ reviżjoni; |
(d) |
tiġi rispettata l-allokazzjoni annwali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat; |
(e) |
it-total ta’ finanzjament mill-FAEŻR għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima kif stipulat fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa rrispettat. |
4. Ħlief f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali jew avvenimenti katasrofiċi formalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti pubblika nazzjonali, bidliet fil-qafas legali, jew bidliet li jirriżultaw mill-analiżi tal-prestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, talbiet għall-emenda tal-qafas nazzjonali li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu sottomessi darba biss għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta’ April. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), bidliet fil-programmi li jirriżultaw minn reviżjoni ta’ dan it-tip jistgħu jsiru b’żieda ma’ proposta waħda għal emenda sottomessa għall-istess sena.
5. L-att ta’ implimentazzjoni li japprova l-emenda għandu jiġi adottat fil-waqt propizju biex ikunu jistgħu jsiru l-emendi fil-baġit rispettiv qabel tmiem is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa r-reviżjoni.
Artikolu 6
Transferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li jkopru n-nefqa marbuta mal-kostijiet tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għal kull jum tal-parteċipanti fit-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif ukoll il-kostijiet relatati għas-sostituzzjoni tal-bdiewa permezz ta’ sistema ta’ kupuni jew sistemi oħra b’effett ekwivalenti.
2. B’rabta mas-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistipulaw li:
(a) |
il-perjodu ta’ validità tal-kupuni jew l-ekwivalenti ma jistax jaqbeż is-sena; |
(b) |
ir-regoli biex jinkisbu l-kupuni jew l-ekwivalenti, b’mod partikolari, għandhom ikunu marbutin ma’ azzjoni speċifika; |
(c) |
id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-kupuni jistgħu jiġu rimburżati lil min jipprovdi azzjoni ta’ taħriġ jew trasferiment ta’ għarfien u informazzjoni. |
Artikolu 7
Għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li joffru servizzi ta’ konsultazzjoni
Is-sejħiet għall-offerti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom isegwu r-regoli tal-akkwist pubbliku nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Dawn għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-livell ta’ kisba mill-applikanti tal-kwalifiki msemmijin f’dak l-Artikolu.
Artikolu 8
Pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-progress tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(4) ta’ dak ir-Regolament, f’każ ta’ appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) u (ii) ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward ta’ implimentazzjoni kif suppost tal-azzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014. (3)
2. Fil-każ ta’ appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li fih il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jirreferi għall-użu ta’ miżuri oħrajn ta’ żvilupp rurali skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ tagħti wkoll aċċess għall-appoġġ skont dawk il-miżuri. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, għandu jistipula li l-applikazzjoni għall-appoġġ tforni l-informazzjoni neċessarja biex l-eliġibbiltà tiġi vvalutata skont dawk il-miżuri.
Artikolu 9
Konverżjoni tal-unitajiet
1. Fejn l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huma espressi f’unitajiet differenti minn dawk stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-pagamenti abbażi ta’ dawk l-unitajiet l-oħra. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li il-konformità mal-ammonti massimi fis-sena eliġibbli għall-appoġġ mill-FAEŻR u stipulati f’dak l-Anness.
2. Ħlief għal pagamenti għal impenji għat-trobbija ta’ razez lokali f’perikolu li jinqerdu mill-biedja msemmijin fl-Artikolu 28(10)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-pagamenti skont l-Artikoli 28, 29 u 34 ta’ dak ir-Regolament ma jistgħux jingħataw għal kull unità ta’ bhejjem tal-farm.
Ir-rati ta’ konverżjoni tad-diversi kategoriji ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem tal-farm huma stipulati fl-Anness II.
Artikolu 10
Suppożizzjoni standard tal-kostijiet addizzjoni u tad-dħul mitluf
1. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont tal-pagamenti għall-miżuri jew it-tipi ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli minn 28 sa 31 u fl-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 abbażi tas-suppożizzjonijiet standard tal-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli u l-pagamenti korrispondenti msemmijin fil-paragrafu 1:
(a) |
jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli; |
(b) |
ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa; |
(c) |
jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati; |
(d) |
ikunu diffrenzjati biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-siti reġjonali jew lokali u l-użu proprju tal-art, fejn dan ikun applikabbli; |
(e) |
ma jinkludux elementi marbutin mal-kostijiet tal-investimenti. |
Artikolu 11
Kombinament ta’ impenji u kombinament ta’ miżuri
1. Diversi impenji agroambjentali klimatiċi skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-impenji marbutin mal-biedja organika skont l-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament, l-impenji marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament u l-impenji forestali ambjentali u klimatiċi skont l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jistgħu jiġu kkombinati diment li dawn ikunu komplementari u kompatibbli. L-Istati Membri għandhom jehmżu l-lista ta’ kombinamenti permissibbli mal-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom.
2. Meta miżuri jew impenji differenti taħt l-istess miżuri jew miżuri differenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġu kkombinati biex jiġi determinat il-livell ta’ appoġġ, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-dħul mitluf speċifiku u l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinament.
3. Meta operazzjoni taqa’ taħt żewġ miżuri jew iktar jew taħt żewġ tipi ta’ operazzjonijiet differenti jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jattribwixxu n-nefqa għall-miżura dominanti jew għat-tip ta’ operazzjoni dominanti. Għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-miżura dominanti jew tat-tip ta’ operazzjoni dominanti
Artikolu 12
Netwerk rurali nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-bidu tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm tal-żvilupp rurali jew il-programm speċifiku għal-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, kif applikabbli.
2. L-istruttura meħtieġa għall-operat tan-netwerk rurali nazzjonali għandha tkun stabbilita jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali jew inkella b’mod estern, b’għażla permezz ta’ proċeduri ta’ offerti jew kombinament tat-tnejn. Bħala minimu dik l-istruttura għandha tkun tista’ twettaq l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
3. Meta Stat Membru jkun għażel programm speċifiku għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, dak il-programm għandu jinkludi l-elementi msemmijin fil-Parti 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Informazzjoni u pubbliċità
1. L-Awtorità Maniġerjali għandha tissottometti strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità, kif ukoll kull emenda tagħha lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ għall-informazzjoni. L-istrateġija ma għandhiex tkun sottomessa aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali. L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-inqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-informazzjoni u l-pubbliċità u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati, kif ukoll dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità ppjanati li jridu jitwettqu fis-sena ta’ wara.
2. Fl-Anness III hemm stipulati regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarji li jikkonċernaw informazzjoni u pubbliċità.
Artikolu 14
Sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Is-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) |
loġika ta’ intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta’ fokus u l-miżuri; |
(b) |
sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi li għandhom jintużaw għat-twaqqif ta’ miri kwantifikati b’rabta ma’ oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali u sett ta’ indikaturi predefiniti għall-analiżi tal-prestazzjoni; |
(c) |
kwistjonijiet komuni ta’ evalwazzjoni, kif stipulat fl-Anness V; |
(d) |
il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-dejta; |
(e) |
rapportar regolari dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni; |
(f) |
il-pjan ta’ evalwazzjoni; |
(g) |
l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-attivitajiet l-oħrajn kollha ta’ evalwazzjoni marbuta mal-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti miżjudin tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-2017 u l-2019 li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(h) |
appoġġ li jippermetti l-atturi kollha responsabbli mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom. |
2. Is-sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni għall-politika tal-iżvilupp rurali huwa stipulat fl-Anness IV. Dak l-Anness jidentifika wkoll l-indikaturi li ser jintużaw għat-tfassil ta’ miri kwantifikati b’rabta mal-oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali. Sabiex jiġu stabbiliti l-kisbiet u l-miri ewlenin tal-qafas tal-prestazzjoni msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istat Membru għandu jew juża indikaturi tal-prestazzjoni predefiniti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew jissostitwixxi u/jew iżid dawn l-indikaturi b’indikaturi tal-prestazzjoni relevanti oħrajn definiti fil-programm tal-iżvilupp rurali.
3. Id-dokumenti ta’ appoġġ tekniku li huma stipulati fl-Anness VI għandhom jiffurmaw parti mis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
4. Għat-tipi ta’ operazzjonijiet li għalihom tkun identifikata kontribuzzjoni għall-oqsma ta’ fokus msemmijin fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fit-tabella li tikkonċerna l-punt 11(c) tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-rekord elettroniku tal-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jinkludi marka(i) għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-każijiet li fihom l-operazzjoni jkollha komponent li jikkontribwixxi għal qasam ta’ fokus wieħed jew aktar.
Artikolu 15
Rapport annwali ta’ implimentazzjoni
Il-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 hija stabbilita fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Pjan ta’ Evalwazzjoni
Ir-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma stipulati fil-punt 9 tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
PARTI 1
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali
1. Titlu tal-programm tal-iżvilupp rurali (PŻR)
2. Stat Membru jew reġjun amministrattiv
(a) |
Żona ġeografika koperta mill-programm. |
(b) |
Klassifikazzjoni tar-reġjun. |
3. Evalwazzjoni ex ante
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(a) |
Deskrizzjoni tal-proċess, inklużi t-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali u r-rapporti intermedjarji b’rabta mal-istadji ewlenin tal-iżvilupp tal-PŻR. |
(b) |
Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati. |
(c) |
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex ante komplut (inklużi r-rekwiżiti tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (“SEA” - Strategic Environmental Assessment) għandu jinhemeż mal-PŻR. |
4. Preġji, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“SWOT” - Strengths, weaknesses, opportunities and threats) u identifikazzjoni tal-bżonnijiet
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(a) |
Analiżi SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
|
(b) |
Valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq evidenza mill-analiżi SWOT, għal kull prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (minn hawn ‘il quddiem “prijorità”) u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ta’ Natura 2000 skont il-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzat (1), il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni). |
5. Deskrizzjoni tal-istrateġija
(a) |
Ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati mill-PŻR, u l-għażla ta’ objettivi, prijoritajiet, oqsma ta’ fokus u t-twaqqif tal-miri abbażi ta’ evidenza mill-analiżi SWOT u mill-valutazzjoni tal-bżonnijiet. Fejn ikun relevanti, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi inklużi fil-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha turi b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(i) u (iv) tar-Regolament (EU) Nru 1305/2013. |
(b) |
Il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji meta mqabblin mal-miri stabbiliti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u l-ġustifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet imsemmijin fil-punt (a). |
(c) |
Deskrizzjoni ta’ kif ikunu ser jiġu indirizzati l-objettivi trasversali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
(d) |
Tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għall-PŻR, il-miri kkwantifikati, u t-taħlit tal-miżuri li għandhom jintużaw biex jintlaħqu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tiġi ġġenerata b’mod awtomatiku mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tas-sistema elettronika tal-iskambju tad-dejta (“SFC2014”) imsemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 (2). |
(e) |
Deskrizzjoni tal-kapaċità konsultattiva biex jiġi żgurat li jingħataw pariri u appoġġ adegwati għar-rekwiżiti regolatorji u għall-azzjonijiet marbutin mal-innovazzjoni biex jintwerew il-miżuri meħudin kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
6. Valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante li jinkludu t-tabelli strutturati li ġejjin:
(a) |
Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikabbiltà tal-kundizzjonalitajiet ex ante. |
(b) |
Għal kull kundizzjonalità applikabbli ex ante ġenerali u marbuta mal-prijoritajiet, f’tabella waħda:
|
(c) |
Żewġ tabelli separati, waħda għall-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli ġenerali u l-oħra għal dawk marbutin mal-prijoritajiet li totalment ma ġewx issodisfati jew li ma ġewx issodisfati parzjalment, u dawn iż-żewġ tabelli jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
7. Deskrizzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI msemmijin fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(a) |
Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar l-għażla tal-indikaturi kif inhu stipulat fl-Artikolu 14(2), tal-kisbiet ewlenin, tal-istadji prinċipali tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni. It-tfassil tal-miri għandu jiġi ġġustifikat mill-istrateġija, skont il-punt 5(a). |
(b) |
Tabella li għal kull prijorità tistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni, u għal kull indikatur:
|
F’każ li l-ammont totali tal-ammont tal-FAEŻR allokat għar-riżerva ta’ prestazzjoni jkun differenti mid-distribuzzjoni prorata (3) tal-allokazzjoni nazzjonali totali tar-riżerva ta’ prestazzjoni tal-FAEŻR fil-ftehim ta’ sħubija għall-programmi nazzjonali u reġjonali kollha, bl-eċċezzjoni tal-programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi speċifiċi għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ġustifikazzjoni tal-ammont tal-allokazzjoni għar-riżerva ta’ prestazzjoni.
8. Deskrizzjoni tal-miżuri magħżulin
(1) |
Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inklużi, meta jkun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, użu previst għall-istrumenti finanzjarji, użu previst għall-avvanzi u dispożizzjonijiet komuni għall-investimenti, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Fejn relevanti, il-lista ta’ taħlitiet permessi ta’ impenji msemmijin fl-Artikolu 11(1) għandha tkun mehmuża mal-PŻR. |
(2) |
Deskrizzjoni skont il-miżura li tinkludi:
|
9. Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(1) Objettivi u skop
Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażat fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni PŻR tkun disponibbli.
(2) Governanza u koordinazzjoni
Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-PŻR, b’identifikazzjoni tal-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-PŻR f’termini ta’ kontenut u twaqqit.
(3) Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni
Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni antiċipati inkluż, iżda mhux limitat, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri:
(a) |
l-attivitajiet prinċipali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni ta’ kull prijorità tal-PŻR tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-objettivi tal-iżvilupp stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, valutazzjoni tal-valuri indikattivi tar-riżultati u tal-impatti, analiżi tal-effetti netti, kwistjonijiet tematiċi, inklużi sottoprogrammi, kwistjonijiet trasversali, netwerk rurali nazzjonali, kontribut tal-istrateġiji CLLD; |
(b) |
appoġġ ippjanat għal evalwazzjoni fil-livell tal-LAGs; |
(c) |
elementi speċifiċi għall-programmi bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati l-metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi. |
(4) Dejta u informazzjoni
Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, tiġġestixxi u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR u l-għoti ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fil-ħin propizju.
(5) Skeda ta’ żmien
Punti prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-waqt propizju.
(6) Komunikazzjoni
Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex ikun hemm segwitu tal-użu tar-riżultati ta’ evalwazzjoni.
(7) Riżorsi
Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kapaċità tal-bini previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kompletament.
10. Pjan ta’ finanzjament, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:
(a) Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR
(i) |
għat-tipi kollha ta’ reġjuni stipulati fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, |
(ii) |
għall-ammonti stipulati fl-Artikolu 59(4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u l-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR, kif inhu stipulat fl-Artikolu 58(6) ta’ dak ir-Regolament, |
(iii) |
għar-riżorsi allokati għar-riżerva ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(b) Ir-rata ta’ kontribuzzjoni unika tal-FAEŻR għall-miżuri kollha mqassmin skont it-tip ta’ reġjun kif stipulat fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
(c) It-tqassim skont il-miżura jew it-tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR speċifika:
(i) |
kontribuzzjoni totali tal-Unjoni, rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR, u tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus (10), |
(ii) |
għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 17 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni riżervata għall-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 59(6) ta’ dak ir-Regolament, |
(iii) |
għall-assistenza teknika, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR użata skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, |
(iv) |
għan-nefqa relatata mal-impenji legali mal-benefiċjarji mġarrbin skont il-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li ma għandhomx korrispondenza fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR. |
Meta miżura jew tip ta’ operazzjoni b’rata speċifika ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 38(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-tabella għandha tindika b’mod separat ir-rati ta’ kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għal operazzjonijiet oħrajn u ammont indikattiv tal-FAEŻR li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ppjanata għall-istrument finanzjarju.
Għall-miżura mesmmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR riżervata għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 59(6) tar-Regolament tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dak ir-Regolament.
(d) Għal kull sottoprogramm, tqassim indikattiv skont il-miżura tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-miżura.
11. Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:
(a) |
il-miri kkwantifikati, skont il-qasam ta’ fokus, flimkien mar-riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus; |
(b) |
għall-agrikoltura u l-forestrija, il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(c) |
kwalitattivament il-kontribuzzjoni addizzjonali tal-miżuri lejn oqsma ta’ fokus oħrajn |
12. Finanzjament nazzjonali addizzjonali:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi l-ammonti għal kull miżura u l-indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji f’dak ir-Regolament.
13. Elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajuna mill-Istat:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, it-tabella tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż it-titlu tal-iskema ta’ għajnuna, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kompatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programm kollu.
It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, meta jkun meħtieġ skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
14. Informazzjoni dwar il-komplimentarjetà li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
(1) |
Deskrizzjoni tal-mezzi għall-komplimentarjetà u l-koerenza ma’:
|
(2) |
Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni, inkluża LIFE (11). |
15. Arranġamenti ta’ implimentazzjoni tal-programmi, li jinkludu t-taqsimiet li ġejjin:
Għall-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw biss il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-punt
(a) |
id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmi fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(b) |
il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ; |
(c) |
dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-programm ikun ippubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, b’referenza għall-istrateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità msemmija fl-Artikolu 13; |
(d) |
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali implimentati bħala parti minn LEADER, l-attivitajiet previsti fil-miżura ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, is-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula fil-miżura dwar iż-żoni rurali stipulata fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament, u fondi oħrajn tal-ESI; |
(e) |
deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(f) |
deskrizzjoni tal-użu tal-assistenza teknika inklużi azzjonijiet marbutin mat-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-kontroll tal-programm u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet li jirrigwardaw il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti jew sussegwenti kif stipulat fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
16. L-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Lista ta’ azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba, is-suġġett u s-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet korrispondenti.
17. Netwerk rurali nazzjonali
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Deskrizzjoni ta’:
(a) |
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif ta’ netwerk rurali nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem “NRN”); |
(b) |
l-organizzazzjoni ppjanata tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inklużi l-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati; |
(c) |
deskrizzjoni fil-qosor tal-kategoriji prinċipali tal-attività li għandha titwettaq min-NRN skont l-objettivi tal-programm; |
(d) |
ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN. |
18. Valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà, il-kontrollabbiltà u r-riskju ta’ żbalji
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
— |
dikjarazzjoni mill-Awtorità Maniġerjali u l-aġenzija tal-pagamenti dwar il-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri appoġġjati mill-PŻR; |
— |
dikjarazzjoni mill-korp funzjonalment indipendenti msemmi fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-kostijiet standard, il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf. |
19. Arranġamenti tranżizzjonali
Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
— |
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tranżizzjonali skont il-miżura; |
— |
tabella indikattiva ta’ riport. |
20. Sottoprogrammi tematiċi
20.1. Analiżi SWOT u identifikazzjoni tal-bżonnijiet
(a) |
Analiżi bbażata fuq il-metodoloġija SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
|
(b) |
valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq l-analiżi SWOT, għal kull prijorità u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (ambjent, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, innovazzjoni) li għalihom jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku. |
20.2. Deskrizzjoni tal-istrateġija
(a) |
Fejn mhux il-bżonnijiet kollha identifikati fil-punt 20(1)(b) jkunu jistgħu jiġu indirizzati mis-sottoprogramm tematiku, ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati u l-għażla tal-objettivi, il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet; |
(b) |
il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus li għalih jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji bil-miri stabbiliti kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u, fejn ikun relevanti, ġustifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet fil-punt (a); |
(c) |
deskrizzjoni ta’ kif it-temi trasversali jkunu ser jiġu indirizzati, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; |
(d) |
tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għas-sottoprogramm, il-miri kkwantifikati, u l-kombinament tal-miżuri li jkunu ser jintużaw biex jinkisbu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tkun iġġenerata awtomatikament mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tal-SFC2014. |
20.3. Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:
(a) |
Skont il-qasam ta’ fokus, miri kkwantifikati akkumpanjati minn riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus; |
(b) |
għall-agrikoltura u l-forestrija: il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
PARTI 2
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-oqfsa nazzjonali
1. Titlu tal-qafas nazzjonali
2. Stat Membru
(a) |
Żona ġeografika koperta mill-qafas; |
(b) |
Klassifikazzjoni tar-reġjuni. |
3. Preżentazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet bejn il-qafas nazzjonali, il-ftehim ta’ sħubija u l-PŻR
4. Tabella ta’ sommarju, skont ir-reġjun u s-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu
5. Deskrizzjoni tal-miżuri
(1) |
Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inkluż, fejn ikun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, l-użu maħsub tal-istrumenti finanzjarji, l-użu maħsub tal-avvanzi. |
(2) |
Deskrizzjoni skont il-miżura inklużi:
|
6. Fejn relevanti, finanzjament nazzjonali addizzjonali:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inluża indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament.
7. Fejn ikunu relevanti, l-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat:
Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat it-tabella tal-iskemi tal-għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi t-titlu u r-referenzi tal-iskema tal-għajnuna, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kumpatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programmi kollha kkonċernati.
It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, jekk ikun meħtieġ mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont il-kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
Dikjarazzjoni dwar jekk il-miżura/l-operazzjoni għandhiex kopertura tal-għajnuna mill-Istat skont il-qafas nazzjonali jew skont il-programmi ta żvilupp rurali kkonċernati.
PARTI 3
Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programm NRN
1. Titlu tal-programm NRN speċifiku
2. Stat Membru jew reġjun amministrattiv
(a) |
iż-żona ġeografika koperta mill-programm. |
(b) |
klassifikazzjoni tar-reġjun. |
3. Evalwazzjoni ex ante
(a) |
deskrizzjoni tal-proċess, inkluż it-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali, ir-rapporti intermedji, b’rabta mal-istadji prinċipali tal-iżvilupp tal-programm NRN. |
(b) |
Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati. |
(c) |
Ir-rapport komplet ta’ evalwazzjoni ex ante għandu jiġi mehmuż mal-programm NRN. |
4. Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin
(1) Objettivi u skop
Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażata fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li tkun disponibbli d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-programm NRN.
(2) Governanza u koordinazzjoni
Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm NRN, li tidentifika l-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm NRN f’termini ta’ kontenut u twaqqit.
(3) Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni
Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti ta’ evalwazzjoni relatati man-NRN u l-attivitajiet antiċipati, inkulżi iżda mhux limitati, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni li l-programm jagħti lejn l-objettivi NRN, valutazzjoni tal-valuri li jindikaw ir-riżultati, analiżi tal-effetti netti. Elementi speċifiċi għall-programmi, bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.
(4) Dejta u informazzjoni
Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġja u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-programm NRN u l-forniment ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fiż-żmien debitu.
(5) Skeda taż-żmien
Kisbiet prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-ħin.
(6) Komunikazzjoni
Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jingħata segwitu għall-użu tar-riżultati tal-evalwazzjoni.
(7) Riżorsi
Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-bini ta’ kapaċità previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kollu.
5. Pjan ta’ finanzjament, li jistabbilixxi:
(a) |
Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR; |
(b) |
il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR. |
6. Programm li jimplimenta l-arranġamenti, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:
(a) |
Id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tiegħu tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(b) |
il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Tmexxija; |
(c) |
deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. |
7. NRN
Deskrizzjoni ta’:
(a) |
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif tan-NRN; |
(b) |
it-twaqqif u l-operat ippjanati tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inkluża s-sħubija msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati. Fejn Stat Membru jkun għażel li jappoġġja lin-NRN mill-programm speċifiku għan-NRN u l-programmi reġjonali, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom; |
(c) |
deskrizzjoni qasira tal-kategoriji prinċipali tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu min-NRN skont l-objettivi tal-programm; |
(d) |
ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN. |
PARTI 4
Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u tal-miżuri ta’ relevanza partikolari għall-kundizzjonalitajiet ex ante (żvilupp rurali marbut mal-prijoritajiet u ġenerali) kif stipulat fil-punt 6(b)(ii) tal-Parti 1
1. KUNDIZZJONALITAJIET EX ANTE SPEĊIFIĊI GĦALL-IŻVILUPP RURALI
Prijorità tal-Unjoni għall-RD/CPR: objettiv tematiku (OT) |
Kundizzjonalità ex ante |
Kriterji li għandhom jintlaħqu |
Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, miżuri |
||||||||||||
Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Kif inhu stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|||||||||||||
Prijorità RD 3: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-ktajjen tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura OT 5: promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji |
|
|
Qasam ta’ fokus: 3B Miżuri skont l-Artikoli 18, 24 u 36 sa 39 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
||||||||||||
Prijorità RD 4: restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi |
|
|
Qasam/Oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
||||||||||||
|
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|||||||||||||
|
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C Miżuri skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|||||||||||||
Prijorità RD 5: promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u alimentari u fis-settur forestali OT 4: appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi |
|
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 5B Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
||||||||||||
|
Fis-setturi appoġġjati mill-FAEŻR, Stat Membru żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma skont is-settur b’konsistenza mal-Artikolu 9, l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati. |
Qasam ta’ fokus: 5 A Miżuri skont l-Artikoli 17 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|||||||||||||
|
|
Qasam ta’ fokus: 5C Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
|||||||||||||
Prijorità RD 6: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali OT 2: Titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (Mira tal-broadband) |
|
|
Qasam ta’ fokus: 6C Miżuri skont l-Artikoli 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
2. KUNDIZZJONALITAJIET ĠENERALI EX ANTE
Kundizzjonalità ex ante |
Kriterji li għandhom jintlaħqu |
Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, il-miżuri |
||
Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
|||
1. Kontra d-diskriminazzjoni L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli mill-promozzjoni tat-trattament indaqs tal-persuni kollha tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza fl-attivitajiet marbutin mal-Fondi tal-ESI;
|
Qasam ta’ fokus: 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
||
2. Ugwaljanza bejn is-sessi L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’attivitajiet relatati mal-Fondi tal-ESI;
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
||
3. Diżabbiltà L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet (UNCRPD) fil-qasam tal-Fondi tal-ESI skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (16). |
Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-konsultazzjoni u l-involviment tal-korpi responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet jew organizzazzjonijiet rappreżentanti ta’ persuni b’diżabbiltajiet u partijiet interessati oħrajn tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi; Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika applikabbli tal-Unjoni dwar id-diżabbiltà, inklużi l-aċċessibbiltà u l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 9 tal-UNCRPD kif inhu rifless fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, kif ikun xieraq;
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B Miżuri skont l-Artikoli 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
||
4. Akkwist pubbliku L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku permezz ta’ mekkaniżmi xierqa; Arranġamenti li jiżguraw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti trasparenti; Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 5 A, 5B, 5C, 6B Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 17, 19, 20, l-Artikolu 21(e) u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER |
||
5. Għajnuna mill-Istat L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-Fondi tal-ESI. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;
|
L-oqsma ta’ fokus u l-miżuri kollha, sakemm l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat |
||
6. Leġiżlazzjoni ambjentali marbuta mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u, Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA - Strategic Environmental Assessment) L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni marbuta mal-VIA u s-SEA. |
Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (VIA) u tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) (SEA); Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-VIA u s-SEA;
|
Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 3 A, 4 A, 4B, 4C, 5 A, 5B, 5C, 5D, 5E, 6 A, 6C Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20, 21, u l-Artikoli 28 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
||
7. Sistemi statistiċi u indikaturi tar-riżultati L-eżistenza ta’ bażi statistika neċessarja biex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-effettività u tal-impatt tal-programmi. L-eżistenza ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati neċessarji biex jintgħażlu azzjonijiet, li jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għar-riżultati mixteqin, biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn ir-riżultati u biex titwettaq evalwazzjoni tal-impatt. |
Arranġamenti għall-ġbir f’waqtu u l-aggregazzjoni tad-dejta statistika bl-elementi li ġejjin fis-seħħ: l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi li jiżguraw il-validazzjoni statistika; arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika tad-dejta aggregata: Sistema effettiva ta’ indikaturi ta’ riżultati inklużi: l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-motivazzjoni tal-għażla tal-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm; it-twaqqif ta’ miri għal dawn l-indikaturi; il-konsistenza ta’ kull indikatur mar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, livell ta’ rispons għall-politika, ġbir f’waqtu tad-dejta;
|
Applikabbli imma diġà ntlaqħu, Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES - Common Monitoring and Evaluation System) |
PARTI 5
Kodiċijiet tal-miżuri u s-sottomiżuri
Miżura skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 |
Kodiċi tal-miżura skont dan ir-Regolament |
Sottomiżura għall-finijiet tal-programmazzjoni |
Kodiċi tas-sottomiżura skont dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni |
1 |
appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet |
1.1 |
appoġġ għall-attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni |
1.2 |
|||
appoġġ għall-iskambju għal żmien qasir tal-ġestjoni tal-farms u tal-foresti, kif ukoll żjajjar f’farms u foresti |
1.3 |
|||
L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi ta’ konsultazzjoni, servizzi ta’ ġestjoni tal-farms u ta’ solliev tal-farms |
2 |
appoġġ li jgħin biex wieħed jibbenefika mill-użu tas-servizzi ta’ konsultazzjoni |
2.1 |
appoġġ għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, ta’ solliev tal-farms u ta’ konsultazzjoni mal-farms, kif ukoll servizzi ta’ konsultazzjoni forestali |
2.2 |
|||
appoġġ għat-taħriġ tal-konsulenti |
2.3 |
|||
L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel |
3 |
appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta’ kwalità |
3.1 |
appoġġ għall-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta’ produtturi fis-suq intern |
3.2 |
|||
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
investmenti f’assi fiżiċi |
4 |
appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli |
4.1 |
appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli |
4.2 |
|||
appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija |
4.3 |
|||
appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbutin mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali klimatiċi |
4.4 |
|||
L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
restawr tal-produzzjoni agrikola potenzjali li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ prevenzjoni xierqa |
5 |
appoġġ għal investimenti f’azzjonijiet preventivi mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ diżastri naturali probabbli, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi |
5.1 |
appoġġ għall-investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-potenzjal tal-produzzjoni li jsirlu ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi |
5.2 |
|||
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
żvilupp tal-farms u tan-negozji |
6 |
għajnuna biex tibda negozju għall-bdiewa żgħażagħ |
6.1 |
għajnuna biex tibda negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali |
6.2 |
|||
għajnuna biex tibda negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar |
6.3 |
|||
appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli |
6.4 |
|||
pagamenti lill-bdiewa li jkunu eliġibbli għall-iskema tal-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom għand bidwi ieħor b’mod permanenti |
6.5 |
|||
L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali |
7 |
appoġġ għat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 ta’ valur naturali għoli |
7.1 |
appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi fuq skala żgħira, inklużi investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-iffrankar tal-enerġija |
7.2 |
|||
appoġġ għall-infrastruttura tal-broadband, inklużi l-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, infrastruttura tal-broadband passiva u għoti ta’ aċċess għall-broadband u l-gvern elettroniku pubbliku |
7.3 |
|||
appoġġ għall-investimenti fit-twaqqif, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali inklużi l-ħin liberu u l-kultura, u l-infrastruttura relatata |
7.4 |
|||
appoġġ għall-investimenti għall-użu pubbliku fl-infrastruttura rikreattiva, l-informazzjoni turistika u infrastruttura turistika fuq skala żgħira |
7.5 |
|||
appoġġ għall-istudji/l-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, il-pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali għoli inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali |
7.6 |
|||
appoġġ għall-investimenti li għandhom fil-mira r-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’insedjamenti rurali jew qrib tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew isaħħu l-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament |
7.7 |
|||
oħrajn |
7.8 |
|||
L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti |
8 |
appoġġ għat-tisġir/il-ħolqien tal-imsaġar |
8.1 |
appoġġ għat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ sistemi agroforestali |
8.2 |
|||
appoġġ għall-prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi |
8.3 |
|||
appoġġ għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi |
8.4 |
|||
appoġġ għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali |
8.5 |
|||
appoġġ għall-investimenti fit-teknoloġiji forestali u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti forestali |
8.6 |
|||
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet |
9 |
twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija |
9 |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
klima agroambjentali |
10 |
pagament għall-impenji agroambjentali klimatiċi |
10.1 |
appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura |
10.2 |
|||
L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
biedja organika |
11 |
pagament biex ikun hemm bidla għal prattiki u metodi ta’ biedja organika |
11.1 |
pagament biex jinżammu l-prattiki u l-metodi tal-biedja organika |
11.2 |
|||
L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma |
12 |
pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000 |
12.1 |
pagament ta’ kumpens għaż-żoni forestali ta’ Natura 2000 |
12.2 |
|||
pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli inlużi fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar |
12.3 |
|||
L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi |
13 |
pagament ta’ kumpens fiż-żoni muntanjużi |
13.1 |
pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti |
13.2 |
|||
pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi |
13.3 |
|||
L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
it-trattament xieraq tal-annimali |
14 |
pagament għat-trattament xieraq tal-annimali |
14 |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti |
15 |
pagament għal impenji forestaliambjentali u klimatiċi |
15.1 |
appoġġ għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi forestali |
15.2 |
|||
L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
kooperazzjoni |
16 |
appoġġ għat-twaqqif u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola |
16.1 |
appoġġ għall-proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda |
16.2 |
|||
kooperazzjoni fost l-operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u fil-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u r-riżorsi, u għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu |
16.3 |
|||
appoġġ għall-kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u għall-attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbut mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali |
16.4 |
|||
appoġġ għal azzjoni konġunta mwettqa bl-għan li jkun hemm mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima u għall-approċċi konġunti lejn il-proġetti ambjentali u l-prattiki ambjentali kontinwi |
16.5 |
|||
appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija u fil-proċessi industrijali |
16.6 |
|||
appoġġ għall-istrateġiji mhux CLLD |
16.7 |
|||
appoġġ għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti |
16.8 |
|||
appoġġ għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel |
16.9 |
|||
oħrajn |
16.10 |
|||
L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
ġestjoni tar-riskji |
17 |
primjum tal-assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti |
17.1 |
fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi ħżiena, għall-mard tal-annimali u l-pjanti, għall-infestazzjonijiet tal-pesti u l-inċidenti ambjentali |
17.2 |
|||
għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul |
17.3 |
|||
L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja |
18 |
finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja |
18 |
L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
appoġġ għall-iżvilupp lokali ta’ LEADER (CLLD) |
19 |
appoġġ preparatorju |
19.1 |
appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ħidmiet skont l-istrateġija tas-CLLD |
19.2 |
|||
tħejjija u implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali |
19.3 |
|||
appoġġ għall-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni |
19.4 |
|||
L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
assistenza teknika |
20 |
Appoġġ għall-assistenza teknika (barra n-NRN) |
20.1 |
appoġġ għat-twaqqif u l-operat tan-NRN |
20.2 |
PARTI 6
Prijoritajiet tal-Unjoni għall-kodiċijiet tal-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ fokus
Prijorità |
Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013/kodiċi tal-qasam ta’ fokus |
Qasam ta’ fokus |
Priorità 1: Trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija, u ż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(1)(a) = qasam ta’ fokus 1 A |
Trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(1)(b) = qasam ta’ fokus 1B |
Tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin |
|
l-Artikolu 5(1)(c) = qasam ta’ fokus 1C |
Trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-taħriġ vokazzjonali fis-setturi agrikoli u forestali |
|
Prijorità 2: Tisħiħ tal-vijabbiltà u l-kompetittività tal-farms tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-farms u ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
l-Artikolu 5(2) (a) = qasam ta’ fokus 2 A |
Titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-farms kollha u ffaċilitar tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms, speċjalment bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentazzjoni lejn is-suq, kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola |
l-Artikolu 5(2) (b) = qasam ta’ fokus 2B |
Iffaċilitar tad-dħul tal-bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, tat-tiġdid ġenerazzjonali |
|
Prijorità 3: Promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riski fl-agrikoltura |
l-Artikolu 5(3) (a) = qasam ta’ fokus 3 A |
Titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti ta’ provvista qosra, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali |
l-Artikolu 5(3) (b) = qasam ta’ fokus 3B |
Appoġġ tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms |
|
Prijorità 4: Restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija |
l-Artikolu 5(4) (a) = qasam ta’ fokus 4 A |
Restawr, preservazzjoni u titjib tal-bijodiversità, inkluż fiż-żoni ta’ Natura 2000, u f’żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u biedja ta’ valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej |
l-Artikolu 5(4) (b) = qasam ta’ fokus 4B |
Titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża ġestjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi |
|
l-Artikolu 5(4) (c) = qasam ta’ fokus 4C |
Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija |
|
Prijorità 5: Promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija |
l-Artikolu 5(5) (a) = qasam ta’ fokus 5 A |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura |
l-Artikolu 5(5) (b) = qasam ta’ fokus 5B |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel |
|
l-Artikolu 5(5) (c) = qasam ta’ fokus 5C |
Iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tal-prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel, għall-finijiet tal-bijoekonomija |
|
l-Artikolu 5(5) (d) = qasam ta’ fokus 5D |
Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-agrikoltura |
|
l-Artikolu 5(5) (e) = qasam ta’ fokus 5E |
Trawwim tal-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija |
|
Prijorità 6: Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali |
l-Artikolu 5(6) (a) = qasam ta’ fokus 6 A |
Iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar, kif ukoll tal-ħolqien tal-impjiegi |
l-Artikolu 5(6) (b) = qasam ta’ fokus 6B |
Trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali |
|
l-Artikolu 5(6) (c) = qasam ta’ fokus 6C |
Titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali |
(1) L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it- termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall- appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7).
(3) Bl-użu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull wieħed mill-programmi kkonċernati.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-flora u l-fawna selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(9) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta<gr>l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(10) It-tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus għandha tintuża fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali għall-objettivi tematiċi u l-objettivi tat-tibdil fil-klima msemmijin fl-Artikolu 15(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tas-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19(5) u 22(6) ta’ dak ir-Regolament u, meta jkun relevanti, tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont l-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
(11) Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185)
(12) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(13) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id- Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).
(15) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 li tikkonċerna l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltajiet, (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
(17) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(18) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
ANNESS II
Ir-rati ta’ konverżjoni tal-annimali għal unitajiet ta’ annimali tal-farms (“LU” - livestock units) kif hemm referenza fl-Artikolu 9(2)
Barrin, baqar u annimali bovini oħrajn li jkollhom aktar minn sentejn u annimali ekwini ta’ aktar minn sitt xhur |
1,0 LU |
Annimali bovini li jkollhom minn sitt xhur sa sentejn |
0,6 LU |
Annimali bovini ta’ anqas minn sitt xhur |
0,4 LU |
Nagħaġ u mogħoż |
0,15 LU |
Ħnieżer (nisa) tat-tnissil > 50 Kg |
0,5 LU |
Ħnieżer oħrajn |
0,3 LU |
Tiġieġ tal-bajd |
0,014 LU |
Pollam ieħor (*) |
0,03 LU |
Ir-rati ta’ konverżjoni jistgħu jiżdiedu, b’kunsiderazzjoni tal-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif xieraq fil-PŻR. Kategoriji oħrajn ta’ annimali jistgħu jiżdiedu f’każijiet eċċezzjonali. Ir-rati ta’ konverżjoni għal kwalukwe kategorija bħal din għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi partikolari u l-evidenza xjentifika li jridu jiġu spjegati u ġġustifikati kif xieraq mill-PŻR. |
(*) Għal din il-kategorija, ir-rati ta’ konverżjoni jistgħu jitnaqqsu b’kunsiderazzjoni tal-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif xieraq fil-PŻR.
ANNESS III
Informazzjoni u pubbliċità msemmijin fl-Artikolu 13
PARTI 1
Azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubbliċità
1. Responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali
1.1. Strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-azzjonijiet ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità tagħha li għandha tkopri tal-inqas dan li ġej:
(a) |
il-miri tal-istrateġija u l-gruppi fil-mira tagħha; |
(b) |
deskrizzjoni tal-kontenut tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità; |
(c) |
il-baġit indikattiv tal-istrateġija; |
(d) |
deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inklużi r-riżorsi tal-persunal, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità; |
(e) |
deskrizzjoni tar-rwol tan-NRN u kif il-pjan ta’ komunikazzjoni tiegħu stipulat fl-Artikolu 54(3)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija; |
(f) |
deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ viżibbiltà u għarfien tal-qafas politiku, il-programmi u l-operazzjonijiet, u r-rwol tal-FAEŻR u tal-Unjoni; |
(g) |
aġġornament annwali li jippreżenta l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li jkunu ser isiru fis-sena ta’ wara. |
1.2. Informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti, inkluża informazzjoni aġġornata fejn dan ikun neċessarju, b’kunsiderazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-servizzi elettroniċi jew servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni għal ċerti benefiċjarji potenzjali, tal-inqas dwar dan li ġej:
(a) |
l-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-tnedija tas-sejħiet skont il-PŻR; |
(b) |
il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament skont PŻR; |
(c) |
il-proċeduri għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament; |
(d) |
il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u/jew il-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti li jkunu ser jiġu ffinanzjati; |
(e) |
l-ismijiet ta’ persuni jew kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jispjegaw kif jaħdmu l-PŻR u l-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet; |
(f) |
ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-mira tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni skont it-taqsima 2 tal-Parti 1. L-Awtorità Maniġerjali tista’ titlob lill-benefiċjarji potenzjali biex jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi, li jkunu proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet; |
(g) |
il-proċeduri għall-analiżi tal-ilmenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
1.3. Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali
L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-pubbliku bil-kontenut tal-PŻR, l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni u l-aġġornamenti tiegħu, il-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm u l-għeluq tiegħu, kif ukoll il-kontribuzzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-prijoritajiet tal-Unjoni kif stipulat fil-Ftehim ta’ Sħubija.
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura t-twaqqif ta’ websajt unika jew portal tal-websajt uniku li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti 1.1 u 1.2, u l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt. It-twaqqif ta’ websajt unika ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni bla xkiel tal-FAEŻR u ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati għall-informazzjoni. L-azzjonijiet biex jiġi infurmat il-pubbliku għandhom jinkludu l-elementi stipulati fil-punt 1 tal-Parti 2.
1.4. Involviment tal-korpi li jaġixxu bħala rilej
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura, inkluż permezz tan-NRN, li l-korpi li jkunu jistgħu jaġixxu ta’ rilej ikunu involuti fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali, u b’mod partikolari bħala:
(a) |
imsieħba kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; |
(b) |
ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni, u uffiċċji ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri; |
(c) |
istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka. |
1.5. Notifika tal-għoti tal-appoġġ
L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li n-notifika tal-għoti tal-appoġġ tgħarraf lill-benefiċjarji li l-azzjoni tkun qed tiġi ffinanzjata minn programm li jkun iffinanzjat parzjalment mill-FAEŻR u bil-miżura u l-prijorità tal-PŻR ikkonċernat.
2. Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji
2.1. L-azzjonijiet kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni billi juru:
(a) |
l-emblema tal-Unjoni; |
(b) |
referenza għall-appoġġ mill-FAEŻR. |
Fejn azzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ pubbliċità tkun relatata ma’ operazzjoni jew ma’ diversi operazzjonijiet ikkofinanzjati minn aktar minn Fond wieħed, ir-referenza prevista fil-punt (b) tista’ tiġi ssostitwita minn referenza għall-Fondi tal-ESI.
2.2. Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-pubbliku bl-appoġġ mogħti mill-FAEŻR billi:
(a) |
jipprovdi, fuq il-websajt tal-benefiċjarju għal użu professjonali, jekk ikun hemm websajt bħal din, deskrizzjoni qasira tal-operat fejn tista’ tiġi stabbilita rabta bejn l-iskop tal-websajt u l-appoġġ ipprovdut lill-operazzjoni, b’mod proporzjonat għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-miri u r-riżultati tagħha u fejn ikun enfasizzat l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni; |
(b) |
għall-operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c) li l-appoġġ pubbliku totali għalihom jaqbeż l-EUR 10 000 u skont xi tkun l-operazzjoni ffinanzjata (pereżempju għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 dwar it-tiġdid tal-irħula jew l-operazzjonijiet LEADER), tal-inqas kartellun wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3) li jenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, f’post li jkun faċilment viżibbli għall-pubbliku, bħal pereżempju l-entrata ta’ binja. Fejn operazzjoni skont il-PŻR tirriżulta f’investiment (pereżempju, f’farm jew f’intrapriża alimentari) li l-appoġġ pubbliku totali tagħha jaqbeż il-EUR 50 000, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka ta’ spjegazzjoni b’informazzjoni dwar il-proġett li tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Plakka ta’ spjegazzjoni għandha tkun installata wkoll fil-bini tal-gruppi ta’ azzjoni lokali ffinanzjata minn LEADER; |
(c) |
itella’, f’post faċilment viżibbli mill-pubbliku, billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti mill-finanzjament tal-infrastruttura jew l-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni li għalihom l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000. |
Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li titlesta operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka jew billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti f’post li jkun viżibbli faċilment mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i) |
l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000; |
(ii) |
l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’ oġġett fiżiku jew mill-finanzjament tal-infrastruttura jew tal-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni. |
Dan il-billboard għandu juri l-isem u l-objettiv prinċipali tal-operazzjoni, u tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni.
Il-billborads, il-kartelluni, il-plakek u l-websajts għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proġett/l-operazzjoni u l-elementi msemmijin fil-punt 1 tal-Parti 2. Dik l-informazzjoni għandha tokkupa tal-inqas kwart mill-billboard, il-plakka jew il-websajt.
PARTI 2
Karatteristiċi tekniċi tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
1. Logo u slogan
Kull azzjoni ta’ informazzjoni u pubbliċità għandha turi dawn l-elementi:
(a) |
l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-istandards grafiċi kif inhuma ppreżentati fuq http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_en.htm, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rwol tal-Unjoni, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali”. |
(b) |
għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati minn LEADER, il-logo ta’ LEADER: ++ logo ta’ LEADER ++ |
2. Materjal ta’ informazzjoni u komunikazzjoni
Il-pubblikazzjonijiet (bħal kotba żgħar, fuljetti u bullettini) u l-kartelluni dwar il-miżuri u l-azzjonijiet ikkofinanzjati mill-FAEŻR għandhom jinkludu indikazzjoni ċara fuq l-ewwel paġna tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll l-emblema tal-Unjoni jekk tintuża emblema nazzjonali jew reġjonali wkoll. Il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu referenzi għall-korp responsabbli mill-kontenut u għall-Awtorità Maniġerjali maħtura biex timplimenta l-assistenza tal-FAEŻR u/jew dik nazzjonali inkwistjoni.
F’każ ta’ informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi (websajts, bażijiet ta’ dejta għall-benefiċjarji potenzjali) jew bħala materjal awdjoviżiv, b’analoġija għandu japplika l-ewwel paragrafu.
Il-websajts li jikkonċernaw il-FAEŻR għandhom:
(a) |
jirreferu għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-inqas fuq il-paġna prinċipali; |
(b) |
jinkludu hyperlink għall-websajt tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-FAEŻR. |
ANNESS IV
Sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 14(2)
1. Indikaturi tal-kuntest
C1. |
Popolazzjoni |
C2. |
Struttura tal-etajiet |
C3. |
Territorju |
C4. |
Densità tal-popolazzjoni |
C5. |
Rata ta’ impjieg (*) |
C6. |
Rata ta’ impjieg indipendenti |
C7. |
Rata tal-qgħad |
C8. |
PDG per capita (*) |
C9. |
Rata ta’ faqar (*) |
C10. |
Struttura tal-ekonomija |
C11. |
Struttura tal-impjieg |
C12. |
Produttività tal-ħaddiema skont is-settur ekonomiku |
C13. |
Impjieg skont l-attività ekonomika |
C14. |
Produttività tal-ħaddiema fl-agrikoltura |
C15. |
Produttività tal-ħaddiema fil-forestrija |
C16. |
Produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-ikel |
C17. |
Azjendi agrikoli (farms) |
C18. |
Żona agrikola |
C19. |
Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika |
C20. |
Raba’ saqwi |
C21. |
Unitajiet ta’ annimali tal-farms |
C22. |
Forza tax-xogħol tal-farms |
C23. |
Struttura tal-etajiet tal-maniġers tal-farms |
C24. |
Taħriġ agrikolu tal-maniġers tal-farms |
C25. |
Dħul minn fattur agrikolu (*) |
C26. |
Dħul mill-intraprenditorija agrikola (*) |
C27. |
Produttività tal-fatturi totali fl-agrikoltura (*) |
C28. |
Formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-agrikoltura |
C29. |
Foresti u artijiet oħrajn bl-imsaġar (FOWL - Forest and other wooded land) |
C30. |
Infrastruttura turistika |
C31. |
Kopertura tal-art |
C32. |
Żoni żvantaġjati |
C33. |
Intensità tal-biedja |
C34. |
Żoni ta’ Natura 2000 |
C35. |
Indiċi tal-għasafar li jbidu fil-farms (FBI - Farmland birds index) (*) |
C36. |
L-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats agrikoli (bwar) |
C37. |
Biedja ta’ valur naturali għoli (HNV - high nature value) (*) |
C38. |
Foresta protetta |
C39. |
Estrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura (*) |
C40. |
Kwalità tal-ilma (*) |
C41. |
Materja organika tal-ħamrija f’artijiet li jinħadmu (*) |
C42. |
Erożjoni tal-ħamrija minħabba l-ilma (*) |
C43. |
Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija |
C44. |
Użu tal-enerġija fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel |
C45. |
Emissjonijiet mill-agrikoltura (*) |
2. Indikaturi tar-riżultati
R1 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) |
R2 |
: |
Bidla fil-prestazzjoni Agrikola fil-farms appoġġjati/AWU (Annual Work Unit – Unità tax-Xogħol Annwali) (qasam ta’ fokus 2 A) (**) |
R3 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B) |
R4 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għax jipparteċipaw fi skemi tal-kwalità, swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
R5 |
: |
perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskju (qasam ta’ fokus 3B) |
R6 |
: |
perċentwal ta’ foresti jew żoni oħrajn bl-imsaġar li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) |
R7 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità u/jew il-pjasaġġi (qasam ta’ fokus 4 A) |
R8 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni tal-art biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
R9 |
: |
perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
R10 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
R11 |
: |
perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
R12 |
: |
perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistemi ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A) |
R13 |
: |
Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5 A) (**) |
R14 |
: |
Żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5B) (**) |
R15 |
: |
Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 5C) (**) |
R16 |
: |
perċentwal ta’ LU (Live-stock Unit – Unità ta’ annimali tal-farms) ikkonċernati mill-investimenti fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG (Green House Gas – Gass Serra) u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
R17 |
: |
perċentwal ta’ artijiet agrikoli li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
R18 |
: |
Emissjonijiet imnaqqsin tal-metan u tal-ossidu nitruż (qasam ta’ fokus 5D) (**) |
R19 |
: |
Emissjonijiet imnaqqsin tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) (**) |
R20 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru jew il-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) |
R21 |
: |
Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A) |
R22 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali (qasam ta’ fokus 6B) |
R23 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B) |
R24 |
: |
Impjiegi maħluqa fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B) |
R25 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenfika minn servizzi/infrastruttura ġodda jew imtejbin (Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni - ICT) (qasam ta’ fokus 6C) |
L-indikaturi bil-korsiv huma wkoll indikaturi tal-mira kif inhu elenkat fil-Punt 4.
3. Indikaturi tal-prestazzjoni RD
Numru |
Indikaturi tal-prestazzjoni |
Kodiċijiet tal-miżuri (l-Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.1 |
Nefqa pubblika totali (***) |
Il-miżuri kollha |
O.2 |
Investiment totali |
4 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6.4 (l-Artikolu 19), 7.2 sa 7.8 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.3 |
Numru ta’ azzjonijiet/operazzjonijiet appoġġjati |
1 (l-Artikolu 14), 2 (l-Artikolu 15), 4 (l-Artikolu 17), 7 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21), 9 (l-Artikolu 27), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.4 |
Numru ta’ azjendi/benefiċjari appoġġjati |
3 (l-Artikolu 16), 4.1 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6 (l-Artikolu 19), 8.1 sa 8.4 (l-Artikolu 21), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 14 (l-Artikolu 33), 17.1 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.5 |
Żona totali (ha) |
4 (l-Artikolu 17), 8.1 sa 8.5 (l-Artikolu 21), 10 (l-Artikolu 28), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.6 |
Żona fiżika appoġġjata (ha) |
10 (l-Artikolu 28) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.7 |
Numru ta’ kuntratti appoġġjati |
10 (l-Artikolu 28), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.8 |
Numru ta’ Unitajiet ta’ Annimali tal-Farms appoġġjati (LU) |
14 (l-Artikolu 33), 4 (l-Artikolu 17) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.9 |
Numru ta’ azjendi parteċipanti fl-iskemi appoġġjati |
9 (l-Artikolu 27), 16.4 (l-Artikolu 35), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.10 |
Numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw mill-pagamenti |
17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.11 |
Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħtija |
1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.12 |
Numru ta’ parteċipanti fit-taħriġ |
1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.13 |
Numru ta’ benefiċjarji mogħtijin pariri |
2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.14 |
Numru ta’ konsulenti mħarrġin |
2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.15 |
Il-popolazzjoni li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (ta’ IT jew oħrajn) |
7 (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.16 |
Numru ta’ gruppi EIP appoġġjati, numri ta’ operazzjonijiet EIP appoġġjati u n-numru u t-tip ta’ msieħba fil-gruppi EIP |
16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.17 |
Numru ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati (barra mill-EIP) |
16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.18 |
Il-popolazzjoni koperta mil-LAG |
19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.19 |
Numru ta’ LAGs magħżulin |
19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.20 |
Numru ta’ proġetti LEADER appoġġjati |
19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.21 |
Numru ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni appoġġjati |
19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.22 |
In-numru u t-tip ta’ promoturi tal-proġetti |
19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.23 |
Numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-LAG involut fi proġett ta’ kooperazzjoni |
19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) |
O.24 |
Numru ta’ skambji tematiċi u analitiċi mwaqqfin bl-appoġġ tan-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.25 |
Numru tal-għodod ta’ komunikazzjoni tan-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
O.26 |
Numru ta’ attivitajiet tal-ENRD li fihom ikun ipparteċipa n-NRN |
Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) |
4. Indikaturi tal-miri
T1 |
: |
perċentwal tan-nefqa skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 b’rabta man-nefqa totali għall-PŻR (qasam ta’ fokus 1 A) |
T2 |
: |
Numru totali ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati mill-miżura ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) (gruppi, netwerks/raggruppamenti, proġetti pilota…) (qasam ta’ fokus 1B) |
T3 |
: |
Numru totali ta’ parteċipanti mħarrġin skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (qasam ta’ fokus 1C) |
T4 |
: |
perċentwal tal-azjendi agrikoli appoġġjati mill-PŻR għall-investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) |
T5 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti appoġġjati mill-PŻR għall-bdiewa żgħażagħ (qasam ta’ fokus 2B) |
T6 |
: |
perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom fi skemi ta’ kwalità, fis-swieq lokali u f’ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
T7 |
: |
perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B) |
T8 |
: |
perċentwal ta’ foresti/żoni bl-imsaġar oħrajn li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) |
T9 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità/il-pajsaġġi (qasam ta’ fokus 4 A) |
T10 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
T11 |
: |
perċentwal ta’ art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-arti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) |
T12 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-art għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
T13 |
: |
perċentwal tal-art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
T14 |
: |
perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti |
T15 |
: |
Investiment totali għall-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) |
T16 |
: |
Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C) |
T17 |
: |
perċentwal ta’ LU kkonċernati mill-investiment fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
T18 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) |
T19 |
: |
perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru u l-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) |
T20 |
: |
Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A) |
T21 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta minn strateġiji lokali ta’ żvilupp (qasam ta’ fokus 6B) |
T22 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B) |
T23 |
: |
Impjiegi maħluqin fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B) |
T24 |
: |
perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi ġodda jew imtejbin (ICT) (qasam ta’ fokus 6C) |
5. Indikaturi ta’ Qafas tal-Prestazzjoni Proposti
|
Indikaturi |
Indikatur tal-Prestazzjoni Relatat |
Prijorità 2 (P2) |
Nefqa Pubblika Totali P2 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investiment fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) + azjendi bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investiment għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjat mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B) |
O.4 |
|
Prijorità 3 (P3) |
Nefqa Pubblika Totali P3 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ azjendi agrikoli appoġġjati li jirċievu appoġġ billi jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità, is-swieq lokali/ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A) |
O.4, O.9 |
|
Numru ta’ azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B) |
O.4, O.9 |
|
Prijorità 4 (P4) |
Nefqa Pubblika Totali P4 (EUR) |
O.1 |
Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C) |
O.5 |
|
Prijorità 5 (P5) |
Nefqa Pubblika Totali P5 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ operazzjonijiet ta’ investiment fl-iffrankar tal-enerġija u fl-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) + fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C) |
O.3 |
|
Art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-ġestjoni li trawwem is-sekwestru/konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) + Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) + Raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A) |
O.5 |
|
Prijorità 6 (P6) |
Nefqa Pubblika Totali P6 (EUR) |
O.1 |
Numru ta’ operazzjonijiet appoġġjati biex itejbu s-servizzi bażiċi u l-infrastrutturi fiż-żoni rurali (oqsma ta’ fokus 6B u 6C) |
O.3 |
|
Il-popolazzjoni koperta mil-LAG (qasam ta’ fokus 6B) |
O.18 |
(*) Indikaturi tal-kuntest li jinkorporaw l-indikaturi tal-impatt tal-Politika Agrikola Komuni (“PAK”)
(**) Indikaturi tar-riżultati komplimentari
(***) Dan l-indikatur jikkorrispondi għall-indikatur tal-Qafas tal-Prestazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).
ANNESS V
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni relatati mal-oqsma ta’ fokus
Għal kull qasam ta’ fokus inkluż fil-PŻR, il-mistoqsija relatata għandha titwieġeb fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejbin (minn hawn ‘il quddiem “AIRs” – annual implimentation reports) ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
1. |
Qasam ta’ fokus 1 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali? |
2. |
Qasam ta’ fokus 1B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin? |
3. |
Qasam ta’ fokus 1C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija? |
4. |
Qasam ta’ fokus 2 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontibwew għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika, ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms appoġġjati, partikolarment, permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq u fid-diversifikazzjoni agrikola? |
5. |
Qasam ta’ fokus 2B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-dħul ta’ bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali? |
6. |
Qasam ta’ fokus 3 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji appoġġjati bl-integrazzjoni aħjar tagħhom fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni tas-swieq lokali u taċ-ċirkwiti ta’ provvista qosra, tal-gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali? |
7. |
Qasam ta’ fokus 3B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms? |
8. |
Qasam ta’ fokus 4 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew? |
9. |
Qasam ta’ fokus 4B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi? |
10. |
Qasam ta’ fokus 4C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija? |
11. |
Qasam ta’ fokus 5 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura? |
12. |
Qasam ta’ fokus 5B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel? |
13. |
Qasam ta’ fokus 5C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għall-provvista u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, ta’ prodotti sekondarji, ta’ residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel għall-finijiet tal-bijoekonomija? |
14. |
Qasam ta’ fokus 5D: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u tal-ammonijaka mill-agrikoltura? |
15. |
Qasam ta’ fokus 5E: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija? |
16. |
Qasam ta’ fokus 6 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u l-ħolqien tal-impjieg? |
17. |
Qasam ta’ fokus 6B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali? |
18. |
Qasam ta’ fokus 6C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR tejbu l-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali? |
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ aspetti oħrajn tal-PŻR
Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIRs imtejbin ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
19. |
Sa liema punt is-sinerġiji bejn il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus tejbu l-effettività tal-PŻR? |
20. |
Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013? |
21. |
Sa liema punt in-NRN ikkontribwixxa biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013? |
Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ objettivi fil-livell tal-Unjoni
Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIR imtejjeb ippreżentat fl-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.
22. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li r-rata tal-impjieg tiżdied fost il-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għal tal-inqas 75 %? |
23. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li 3 % tal-PDG tal-UE jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni? |
24. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu, b’tal-inqas, 20 % meta jitqabblu mal-livelli tal-1990, jew bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin, u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija għal 20 %, u fil-kisba ta’ żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika? |
25. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li jitnaqqas in-numru ta’ Ewropej li għandhom livell ta’ għajxien aktar baxx mil-livell ta’ faqar nazzjonali? |
26. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-titjib tal-ambjent u biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità li t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema jitwaqqfu, u biex dawn jiġu restawrati? |
27. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK tat-trawwim tal-kompetittività fl-agrikoltura? |
28. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika? |
29. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li jintlaħaq żvilupp territorjali bbilanċjat tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, inklużi l-ħolqien u l-manutenzjoni tal-impjiegi? |
30. |
Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-trawwim tal-innovazzjoni? |
ANNESS VI
L-elementi prinċipali tad-dokumenti ta’ appoġġ tekniku għas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni
Wieħed mill-elementi prinċipali tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-iżvilupp rurali huwa l-appoġġ tekniku li jingħata lill-Istati Membri, l-evalwaturi u partijiet interessati oħrajn biex jibnu kapaċità ta’ evalwazzjoni u jiżdiedu l-kwalità u l-konsistenza tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, f’ħidma mal-Istati Membri, għandha tipproduċi dokumenti ta’ appoġġ tekniku li jkopru s-suġġetti li ġejjin:
(1) |
Fiches għal kull wieħed mill-indikaturi komuni, li jinkludu definizzjoni tal-indikatur; ir-rabta mal-loġika ta’ intervent; l-unità ta’ kejl; il-metodoloġija użata biex jinkisbu l-valuri; id-dejta meħtieġa u s-sorsi tad-dejta; l-informazzjoni dwar il-ġbir tad-dejta inklużi l-korp responsabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta; ir-rekwiżiti ta’ rapportar. |
(2) |
Gwida metodoloġika biex tappoġġja lill-Istati Membri u lill-evalwaturi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, li tkopri id-diversi komponenti tagħha, inklużi l-metodoloġiji u l-approċċi ta’ evalwazzjoni, u l-għoti ta’ appoġġ dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-evalwazzjoni tas-CLLD. |
(3) |
Gwida dwar l-evalwazzjoni ex ante tal-PŻR li tkopri l-għan tal-evalwazzjoni ex ante, il-proċess u r-rwoli tal-atturi involuti, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku fir-rigward ta’ approċċi u metodi xierqa, u kaxxa tal-għodda ta’ mudelli indikattivi. |
(4) |
Gwida dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni li tkopri l-għan u l-benefiċċji ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, l-elementi li għandhom jiġu inklużi u rakkomandazzjonijiet dwar proċessi xierqa biex jiġi stabbilit. Il-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-governanza u l-implimetazzjoni huma koperti u anki l-mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju. |
(5) |
Gwida dwar l-użu u t-twaqqif ta’ indikaturi bi prokura, immirata b’mod partikolari lejn il-PŻR, li tiddeskrivi l-għan u l-karatteristiċi tal-indikaturi bi prokura u li tidentifika d-dejta u l-metodi li jistgħu jintużaw fejn ikunu meħtieġa l-prokuri. |
(6) |
Gwida dwar il-pjan ta’ indikazzjoni li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli. |
(7) |
Gwida dwar il-monitoraġġ li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli. |
(8) |
Gwida dwar il-valutazzjoni tal-valuri għall-indikaturi tar-riżultati komplimentari, li tkopri l-identifikazzjoni tal-popolazzjoni relevanti ta’ proġetti, l-istrateġiji ta’ teħid ta’ kampjuni, metodoloġiji xierqa, sorsi tad-dejta u tekniki ta’ valutazzjoni. |
(9) |
Gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-PŻR, li tkopri l-għan u l-użu tal-indikaturi tal-impatti, ir-rabtiet bejn il-politika ta’ żvilupp rurali u politiki u fatturi oħrajn li jaffettwaw il-valuri tal-indikaturi tal-impatti, u metodi proposti għall-istima tal-effett nett tal-interventi ta’ żvilupp rurali. |
(10) |
Gwida dwar ir-risposti għall-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, inklużi rabtiet mal-loġika ta’ intervent u l-indikaturi komuni, u li tipproponi dejta addizzjonali, kriterji ta’ ġudizzju u firxa ta’ approċċi possibbli li jistgħu jintużaw biex jitwieġbu l-mistoqsijiet. |
(11) |
Gwida dwar l-evalwazzjoni ex post tal-RPDs ta’ bejn l-2014 u l-2020 li tkopri l-għan, il-proċess u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku u identifikazzjoni tal-prattiki tajbin, b’inklużjoni ta’ mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju. |
ANNESS VII
Struttura u kontenut tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali (kif stipulat fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)
1. Informazzjoni prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu
(a) Dejta finanzjarja
Dejta dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, għal kull miżura u qasam ta’ fokus, li tipprovdi dikjarazzjoni tan-nefqa mġarrba u ddikjarata fid-dikarazzjoni tan-nefqa. Din għandha tkopri n-nefqa pubblika totali mġarrba, kif ukoll l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji miġjubin mill-Istai Membri tul is-sena kalendarja preċedenti.
(b) Indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi u valuri tal-miri kkwantifikati
Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR kif titkejjel mill-indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti għal kull qasam ta’ fokus u fir-rigward tar-riżultati rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati ppjanati, kif inhu stipulat fil-pjan ta’ indikazzjoni. B’bidu mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi sottomess fl-2017, il-kisbiet li jwasslu għall-punti prinċipali stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni (tabella F). L-informazzjoni addizzjonali dwar l-istadju tal-implimentazzjoni tal-PŻR tingħata permezz tad-dejta dwar l-impenji finanzjarji skont il-miżura u l-qafas ta’ fokus, u l-progress relatat mistenni lejn il-miri.
Tabelli:
— |
Tabella A: Nefqa impenjata skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus |
— |
Tabella B: Indikaturi tar-riżultati rrealizzati skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus |
— |
Tabella C: Tqassim għar-riżultati u l-miżuri relevanti skont it-tip ta’ qasam, sess u/jew età |
— |
Tabella D: Progress lejn il-miri |
— |
Tabella E: Monitoraġġ tal-miżuri tranżizzjonali |
— |
Tabella F: Kisba tal-indikaturi ta’ qafas tal-prestazzjoni |
2. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun ippreżentat kif ġej:
(a) |
Deskrizzjoni ta’ kull modifika magħmula fil-pjan ta’ evalwazzjoni fil-PŻR tul is-sena, b’ġustifikazzjoni għalihom. |
(b) |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni mwettqin matul is-sena (b’rabta mat-taqsima 3 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).* |
(c) |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqin b’rabta mal-għoti u l-ġestjoni tad-dejta (b’rabta mat-taqsima 4 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).* |
(d) |
Lista ta’ evalwazzjonijiet kompluti, inklużi referenzi għal fejn dawn ġew ippubblikati onlajn. |
(e) |
Sommarju ta’ evalwazzjonijiet kompluti, b’fokus fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni. |
(f) |
Deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqin b’rabta mal-pubbliċizzazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).* |
(g) |
Deskrizzjoni tas-segwitu mogħti lir-riżultati tal-evalwazzjoni (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).* |
* |
Għandha ssir referenza għall-pjan ta’ evalwazzjoni, kull diffikultà li tinqala’ fl-implimentazzjoni għandha tiġi deskritta, flimkien mas-soluzzjonijiet adottati jew proposti. |
3. Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħudin
Deskrizzjoni tal-passi meħudin mill-Awtorità Maniġerjali u mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programmi u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjonijiet affaċċjati fil-ġestjoni tal-programm u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda, notevolment b’rispons għall-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.
4. Passi meħudin għall-implimentazzjoni tal-assistenza teknika u rekwiżiti dwar il-pubbliċità tal-programmi
(a) |
F’każ ta’ kopertura mill-assistenza teknika tat-twaqqif u l-funzjonament tan-NRN, ir-rapport għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet meħudin u s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tat-twaqqif tan-NRN u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni; |
(b) |
Passi meħudin biex jiġi żgurat li l-programm jiġi ppubbliċizzat (l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament). |
5. Azzjonijiet meħudin biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante (fl-2017 u fl-2016 fejn ikun relevanti)
Deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin skont il-prijorità/il-qasam ta’ fokus/il-miżura biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ex ante applikabbli marbutin mal-prijoritajiet u dawk ġenerali, li ma jkunux ġew issodisfati jew ikunu ġew issodisfati parzjalment fil-waqt tal-adozzjoni tal-PŻR. Għandha ssir referenza għall-kriterji li ma ġewx issodisfati jew li ġew issodisfati parzjalment, għal kwalunkwe strateġija, att legali jew dokument relevanti ieħor inklużi referenzi għat-taqsimiet u l-artikoli relevanti, għall-korpi responsabbli biex dawn jiġu ssodisfati. Fejn ikun neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjonijiet jew informazzjoni addizzjonali biex jikkomplimentaw dik id-deskrizzjoni.
6. Deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni kif imkejla minn indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż dwar il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti fil-pjan ta’ indikazzjoni tas-sottoprogramm, kif ukoll fir-rigward tar-riżultati u n-nefqa rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati u n-nefqa ppjanati stabbiliti fis-sottoprogramm.
7. Valutazzjoni tal-informazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ evalwazzjoni:
Rapportar u kwantifikazzjoni tal-kisbiet tal-programmi, partikolarment permezz tal-valutazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati komplimentari u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.
L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja, li tirriżulta minn attivitajiet ta’ evalwazzjoni:
Rapportar dwar il-progress lejn l-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu biex tintlaħaq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv permezz ta’, inter alia, valutazzjoni tal-kontribut nett tal-programm lejn il-bidliet fil-valuri ta’ indikazzjoni tal-impatti tal-PAK, u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.
8. Implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
(a) Promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu kkunsidrati u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż b’rabta mal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.
(b) Żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-objettivi u l-implimentazzjoni tal-FAEŻR ikunu konformi mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-mira tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, kif inhu stipulat fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.
Barra minn hekk, tingħata informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima (Traċċar tat-tibdil fil-klima).
(c) Ir-rwol tal-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fl-implimentazzjoni tal-programm
Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-imsieħba stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu involuti fit-tħejjija tar-rapporti ta’ progress u tul l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament u fl-attivitajiet tan-NRN.
9. Progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat
L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:
Deskrizzjoni tal-progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat lejn l-użu tal-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali.
10. Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarjit (l-Artikolu 46 tar-Regolamen (UE) Nru 1303/2013)
L-AIRs għandhom jinkludu wkoll bħala anness:
rapport speċifiku li jkopri l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu l-istrumenti finanzjarji. Il-kontenut ta’ dan ir-rapport huwa stipulat fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u din is-sottomissjoni għandha ssir permezz ta’ mudell tal-Fondi tal-ESI.