23.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 792/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Il-Kunsill iqis li ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' persuna fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrata għall-persuna li ġejja għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011:

23.

ZIDANE, Mohamad Ali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.