3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/14


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 tal-14 ta' Lulju 2014 li jistipula regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-mudell għall-programmi operattivi, fir-rigward tal-istruttura tal-pjanijiet ta' kumpens tal-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fit-trobbija, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, fir-rigward tal-mudell għat-trażmissjoni ta' dejta finanzjarja, fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' evalwazzjoni ex-ante u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta' evalwazzjoni li għandu jitressaq fil-qafas tal-FEMS

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 209 tas-16 ta' Lulju 2014 )

Fil-paġna 42, fl-Anness II, taħt il-punt 3, fin-nota f'qiegħ il-paġna (**):

għal:

“Kalkolu abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) …/2014”;

aqra:

“Kalkolu abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2014 (ĠU L 291, 7.10.2014, p. 1)”.