16.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2014
tal-11 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità u l-istruzzjonijiet gћall-ћolqien tal-emblema tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 119(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jistabbilixxi regoli ġenerali fir-rigward tal-informazzjoni u l-pubbliċità li għandhom jiġu applikati lill-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet kollha iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ('FEMS'). Regoli dettaljati li jikkonċernaw il-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità għall-applikanti u l-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
(2) |
Sabiex tiġi żgurata identità viżwali armonizzata għal miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni għall-operazzjonijiet fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, inkluż operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, għandhom jiġu stabbiliti l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta' emblema tal-Unjoni u definizzjoni tal-kuluri standard, kif ukoll karatteristiċi tekniċi għall-wiri tal-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond jew Fondi li jappoġġaw l-operazzjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rikonoxximent tal-appoġġ mill-Fond Marittimu u tas-Sajd
L-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li l-miżuri ta' informazzjoni u ta' pubbliċità kollha mmirati lejn il-benefiċjarji, il-benefiċjarji potenzjali u l-pubbliku jirrikonoxxu s-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd lill-operazzjoni rilevanti billi juru:
(a) |
(a) l-emblema tal-Unjoni, skont l-Artikolu 2, flimkien ma' referenza għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3; |
(b) |
referenza għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, jew, fil-każ ta' operazzjoni ta' finanzjament minn diversi sorsi, referenza għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, f'konformità mal-Artikolu 4. |
Artikolu 2
L-emblema tal-Unjoni
1. L-emblema tal-Unjoni tinħoloq skont l-istandards grafiċi stabbiliti fl-Anness.
2. Fuq websajts, l-emblema tal-Unjoni għandha tintwera bil-kulur. Fuq il-midja l-oħra kollha, il-kulur għandu jintuża kull meta jkun possibbli. Verżjoni monokromatika tista' tintuża biss f'każijiet ġustifikati.
3. L-emblema tal-Unjoni għandha dejjem tidher ċara u tkun imqiegħda f'pożizzjoni prominenti. Il-pożizzjoni u d-daqs tagħha għandhom ikunu xierqa għall-iskala tal-materjal jew tad-dokument li jkun qed jiġi użat. L-għoli minimu tal-emblema tal-Unjoni għandu jkun 1 ċm. Għal oġġetti promozzjonali iżgħar, l-għoli minimu tal-emblema tal-Unjoni jkun 5 mm.
4. Meta l-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond rilevanti jintwerew fuq websajt, dawn għandhom ikunu jidhru fil-parti viżwali tal-apparat diġitali, mingħajr ma l-utent ikollu jiskrollja 'l isfel fil-paġna.
5. Jekk jintwerew logos oħrajn ħdejn l-emblema tal-Unjoni, l-emblema tal-Unjoni għandu jkollha mill-inqas l-istess daqs, imkejjel f'għoli u wisgħa, daqs l-akbar wieħed mil-logos l-oħrajn. Huwa rrakkomandat li l-emblema tal-UE titqiegħed lil hinn sew mil-logo tal-organizzazzjoni tal-parti terza.
Artikolu 3
Referenza għall-Unjoni Ewropea'
1. L-isem Unjoni Ewropea dejjem jinkiteb sħiħ. It-tipa li tintuża flimkien mal-emblema tal-Unjoni tista' tkun kwalunkwe waħda minn dawn il-fonts: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, u Verdana. Varjazzjonijiet bil-korsiv u sottolineati u l-użu ta' tipa bl-effetti mhumiex permessi.
2. Il-pożizzjoni tat-test f'relazzjoni mal-emblema tal-Unjoni mhix preskritta b'xi mod partikolari iżda t-test ma għandu bla ebda mod jinterferixxi mal-emblema.
3. Id-daqs tat-tipa użata jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema. Il-kulur tat-tipa għandu jkun blu reflex, iswed jew abjad skont l-isfond.
Artikolu 4
Referenza għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Meta l-emblema tal-Unjoni u r-referenza għall-Fond rilevanti jintwerew fuq websajt, dawn għandhom jidhru fil-parti viżwali tal-apparat diġitali, mingħajr ma l-utent ikollu jiskrollja 'l isfel fil-paġna.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jose Manuel BARROSO
ANNESS
Standards grafiċi għall-ħolqien tal-emblema tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-kuluri standard
Għad-dettalji sħaħ u gwida ara:
http://ec.europa.eu/dgs/communication/services/visual_identity/pdf/use-emblem_en.pdf
DESKRIZZJONI SIMBOLIKA
Fuq sfond ta' sema blu, tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. In-numru ta' stilel huwa fiss, u tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u l-unità.
DESKRIZZJONI ARALDIKA
Fuq sfond ta' ikħal ċar, ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb (mullets), u l-ponot tagħhom ma jmissux.
DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA
L-emblema hi forma ta' bandiera rettangolari blu bil-wisa' tal-perpura (in-naħa ta' barra) darba u nofs it-tul tal-fissa (in-naħa ta' mal-arblu). Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f'intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-djagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirklu hu daqs terz tat-tul tal-fissa. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkonferenza ta' ċirku inviżibbli b' raġġ daqs wieħed minn tmintax tat-tul tal-fissa. L-istilel kollha rashom 'il fuq, jiġifieri b'ponta vertikali u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli retti mal-arblu. Iċ-ċirku rranġat sabiex l-istilel ikunu fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta' arloġġ. L-għadd tagħhom ma jinbidilx.
IL-KULURI REGOLAMENTARI
L-emblema għandha dawn il-kuluri:
— |
BLU REFLEX PANTONE għall-wiċċ tar-rettangolu: |
— |
ISFAR PANTONE għall-istillel. |
IL-PROĊESS TA' ERBA' KULURI
Jekk jintuża l-proċess ta' erba' kuluri, erġa' oħloq iż-żewġ kuluri standard billi tuża l-erba' kuluri tal-proċess ta' erba' kuluri.
L-ISFAR PANTONE jinkiseb bl-użu ta' 100 % “Process Yellow”.
IL-BLU REFLEX PANTONE jinkiseb bit-taħlita ta' 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.
INTERNET
Il-BLU REFLEX PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB:0/51/153 (eżadeċimali 003399): u l-ISFAR PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).
IL-PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMATIKA
Bl-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.
Meta tuża l-blu (Blu Reflex), uża 100 % bl-istilel riprodotti f'abjad negattiv.
RIPRODUZZJONI FUQ SFOND KULURIT
Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b'wisa' li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.