9.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 740/2014

tat-8 ta' Lulju 2014

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 li jikkonċerna miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill iqis li għandha tiżdied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Il-Kunsill iqis ukoll li tmien persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu għalhekk emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

I.   

Il-persuni li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

Nru. 8

Arkhipau, Aliaksandr Mikhailavich;

Nru. 21

Berastau, Valery Vasilievich;

Nru. 27

Bushnaia, Natallia Uladzimirauna;

Nru. 131

Mihun, Andrei Arkadzevich;

Nru. 164

Samaliuk, Hanna Valerieuna;

Nru. 195

Svorab, Mikalai Kanstantsinavich;

Nru. 200

Tratsiak, Piotr Uladzimiravich;

Nru. 212

Varapaev, Ihar Ryhoravich.

II.   

Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

 

Isem

Isem

Ortografija Bjelorussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Raġunijiet

Data ta' elenkar

 

Volkov, Vitaliy Nikolayevich

 

 

Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' allegat vjolazzjonijiet tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov biss. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu.

9.7.2014