26.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/56 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2014
tal-25 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati minn Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2) ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara. F'ċerti każijiet ingħata rikonoxximent għal perjodu ta' żmien limitat biex jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juri li l-organiżmi ta' ħsara inkwistjoni ma kinux jeżistu fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata jew biex itemm l-isforzi biex jeqred l-organiżmu inkwistjoni. |
(2) |
Ċerti partijiet tat-territorju tal-Portugall ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej). Il-Portugall ressaq informazzjoni li turi li l-Bemisia tabaci issa stabbilixxiet ruħha f'Madeira. Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. B'hekk il-Madeira m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Portugall fir-rigward tal-Bemisia tabaci. |
(3) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mid-Dendroctonus micans Kugelan. Madankollu, huwa meħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tad-Dendroctonus micans għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(4) |
L-Irlanda talbet li t-territorju tagħha jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, l-Irlanda ressqet evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tagħha, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss. |
(5) |
Il-Portugall talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2010 u l-2013, il-Portugall ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Portugall għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss. |
(6) |
Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss. |
(7) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Gilpinia hercyniae (Hartig). Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Gilpinia hercyniae għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(8) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Gonipterus scutellatus Gyll. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(9) |
It-territorju ta' Korsika (Franza) ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Ips amitinus Eichhof. Franza talbet ir-revoka taż-żona protetta tagħha fir-rigward tal-Ips amitinus minħabba n-nuqqas tal-speċi ospitanti ewlenija tiegħu f'Korsika. B'hekk Korsika (Franza) m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Ips amitinus Eichhof. |
(10) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Ips amitinus Eichhof. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips amitinus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(11) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li l-Ips cembrae Heer m'għadux preżenti fit-territorju tal-Greċja. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips cembrae għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(12) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Ips duplicatus Sahlberg. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips duplicatus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(13) |
L-Irlanda talbet li t-territorju tagħha jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L.. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2011 u l-2013, l-Irlanda ressqet evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tagħha, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea sat-30 ta' April 2016 biss. |
(14) |
Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L., bl-eċċezzjoni taż-żoni tal-awtoritajiet lokali ta' Brent, Bromley, Camden, City of London, City of Westminster, Croydon, Ealing, Elmbridge District, Epsom and Ewell District, Hackney, Hammersmith & Fulham, Haringey, Harrow, Hillingdon, Hounslow, Islington, Kensington & Chelsea, Kingston upon Thames, Lambeth, Lewisham, Merton, Reading, Richmond Upon Thames, Runnymede District, Slough, South Oxfordshire, Southwark, Spelthorne District, Sutton, Tower Hamlets, Wandsworth u West Berkshire. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2007 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' dawk iż-żoni tal-awtoritajiet lokali, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni ta' dawk iż-żoni tal-awtoritajiet lokali, għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea sat-30 ta' April 2016 biss. |
(15) |
Ċerti partijiet tat-territorju ta' Spanja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Spanja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa hija stabbilita fil-komunitajiet awtonomi ta' Aragón, Castilla la Mancha, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana). Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-komunitajiet awtonomi ta' Aragón, Castilla la Mancha, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta ta' Spanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(16) |
Ċerti partijiet tat-territorju tal-Italja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. L-Italja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fi Friuli-Venezia Guilia u fil-Provinċja ta' Sondrio (il-Lombardija). Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, Friuli-Venezia Giulia u l-provinċja ta' Sondrio (il-Lombardija) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(17) |
It-territorju kollu tal-Irlanda ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. L-Irlanda ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-belt ta' Galway. Il-miżuri ttieħdu bejn l-2005 u l-2013, bil-għan li jinqered l-organiżmu ta' ħsara, iżda dawn ma kinux effettivi. Għalhekk, il-belt ta' Galway m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Irlanda fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(18) |
It-territorju kollu tal-Litwanja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Il-Litwanja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Litwanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(19) |
Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovenja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava. Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tas-Slovenja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(20) |
Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovakkja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distretti lokali ta' Čenkovce, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distretti lokali ta' Čenkovce, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tas-Slovakkja fir-rigward tal-Erwinia amylovora. |
(21) |
Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr.. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2010 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li dawn l-organiżmi ta' ħsara kkonċernati mhumiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani sat-30 ta' April 2016 biss. |
(22) |
Ir-Renju Unit talab li t-territorju kollu tiegħu, inkluż il-Gżira ta' Man, jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fil-Gżira ta' Man, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, iż-żona protetta tar-Renju Unit fir-rigward tas-Cryphonectria parasitica għandha tiġi rikonoxxuta fir-rigward tal-Gżira ta' Man sat-30 ta' April 2016 biss. |
(23) |
Ċerti partijiet tat-territorju tal-Greċja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-vajrus Citrus tristeza. Il-Greċja ressqet informazzjoni li turi li l-vajrus Citrus tristeza issa stabbilixxa ruħu fl-unità reġjonali ta' Chania. Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, l-unità reġjonali ta' Chania m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-vajrus Citrus tristeza. |
(24) |
It-territorju ta' Korsika (Franza) ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza. Franza ressqet informazzjoni li turi li ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza issa huma stabbiliti f'Korsika, u ma jistgħux jinqerdu. Għalhekk, it-territorju ta' Korsika (Franza) m'għandux jibqa' jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta' ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza. |
(25) |
Franza talbet li ċerti partijiet tal-“vignoble Champenois”, b'mod aktar speċifiku Picardie (department de l'Aisne) u Ile de France (communes de Citry, Nanteuil-sur-Marne et Saâcy-sur-Marne), jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta ta' Franza fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO. Dawk il-partijiet kienu koperti mill-istħarriġ fil-“vignoble Champenois” għal Grapevine flavescence dorée MLO mingħajr ma kienu ġew elenkati bħala parti miż-żona protetta, minħabba li ma kenux parti miż-żona amministrattiva ta' Champagne sensu stricto. Għalhekk, iż-żona protetta ta' Franza fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO għandha tiġi rikonoxxuta wkoll fir-rigward ta' Picardie (department de l'Aisne) u Ile de France (communes de Citry, Nanteuil-sur-Marne et Saâcy-sur-Marne). |
(26) |
L-Italja talbet biex Apúlia tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tagħha fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar fl-2013, l-Italja ressqet evidenza li l-organiżmu kkonċernat ta' ħsara ma jeżistix f'Apúlia minkejja kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, Apúlia għandha tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO sat-30 ta' April 2016 biss. |
(27) |
Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Italja, jidher li t-territorju ta' Sardenja għadu ħieles mill-Grapevine flavescence dorée MLO. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent tat-territorju ta' Sardenja bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016. |
(28) |
Ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(29) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità f'dak li jirrigwarda ż-żoni protetti rikonoxxuti sal-31 ta' Marzu 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2014. |
(30) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-intestatura (a) hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fl-intestatura (b), il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(3) |
Fl-intestatura (c), il-punt 0.1 huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-intestatura (d), il-punti (3) u (4) huma mibdula b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' April 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1).