|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 693/2014
tat-23 ta' Ġunju 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda elenkata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandhom jiżdiedu tnax-il persuna fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 |
|
(4) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
1.
L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“152. |
Dr. Qadri (
|
|
Ex-Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Ministru tal-Kummerċ Domestiku u l-ħarsien tal-Konsumatur. Bħala ex-Ministru tal-Gvern jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
16.10.2012” |
2.
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fis-Sezzjoni A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
180. |
Ahmad al-Qadri |
Data tat-twelid: 1956 |
Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
181. |
Suleiman Al Abbas |
|
Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
182. |
Kamal Eddin Tu'ma |
Data tat-twelid: 1959 |
Ministru tal-Industrija. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
183. |
Kinda al-Shammat (magħruf ukoll bħala Shmat) |
Data tat-twelid: 1973 |
Ministru tal-Affarijiet Soċjali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
184. |
Hassan Hijazi |
Data tat-twelid: 1964 |
Ministru tax-Xogħol. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
185. |
Ismael Ismael (magħruf ukoll bħala Ismail Ismail, jew Isma'Il Isma'il) |
Data tat-twelid: 1955 |
Ministru tal-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
186. |
Dr Khodr Orfali (magħruf ukoll bħala Khud/Khudr Urfali/Orphaly) |
Data tat-twelid: 1956 |
Ministru tal-Ekonomija u n-Negozju Barrani. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
187. |
Samir Izzat Qadi Amin |
Data tat-twelid: 1966 |
Ministru tan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
188. |
Bishr Riyad Yazigi |
Data tat-twelid: 1972 |
Ministru tat-Turiżmu. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
189. |
Dr Malek Ali (magħruf ukoll bħala Malik) |
Data tat-twelid: 1956 |
Ministru tal-Edukazzjoni Ogħla. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
190. |
Hussein Arnous (magħruf ukoll bħala Arnus) |
Data tat-twelid: 1953 |
Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |
|
191. |
Dr Hassib Elias Shammas (magħruf ukoll bħala Hasib) |
Data tat-twelid: 1957 |
Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. |
24.6.2014 |