|
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/26 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jistabbilixxi rekwiżiti sostantivi għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-potenzjali ta' riskaldament globali u ta' gwidi ta' inventarju li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tal-Artikolu 7(6)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa meħtieġ sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-progress proprju li jsir fir-rigward tal-ilħiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri rigward il-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha ta' gassijiet b'effett ta' serra skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE (2), il-Protokoll tagħha ta' Kyoto approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (3) u s-sett ta' atti legali tal-Unjoni, li ġie adottat fl-2009, imsemmija b'mod kollettiv bħala l-“Pakkett ta' Azzjoni dwar il-Klima u l-Enerġija”. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 19/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto tistabbilixxi l-linji gwida għas-sistemi nazzjonali li għandhom japplikaw il-Partijiet. Għalhekk, ir-regoli dwar is-sistema ta' inventarju tal-Unjoni għandhom jiġu speċifikati sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi stipulati b'dik id-Deċiżjoni, u biex jiġu żgurati l-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza fir-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra lis-Segretarjat tal-UNFCCC. |
|
(3) |
Biex tiġi żgurata l-kwalità tas-sistema ta' inventarju tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar regoli dwar il-programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-inventarju tal-Unjoni jiġi kkompletat skont il-linji gwida għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b'effett ta' serra, jeħtieġ li jiġu pprovduti l-metodoloġiji u d-dejta li għandha tintuża mill-Kummissjoni meta, f'konsultazzjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, ikunu qed jiġu mħejjija l-istimi għal dejta nieqsa minn inventarju ta' Stat Membru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC, jeħtieġ li waqt il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi tal-UNFCCC bejn l-Istati Membri u l-Unjoni jiġu stabbiliti l-perjodi ta' żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. |
|
(6) |
Għandhom jitqiesu l-bidliet fil-valuri tal-potenzjali ta' riskaldament globali, u l-linji gwida li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali għal inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar skont d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-entitajiet tal-UNFCCC u tal-Protokoll ta' Kyoto. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza mal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2015, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. L-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa l-ammont totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar għat-territorju tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u huwa stabbilit fuq il-bażi tal-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri, kif irrappurtat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, għas-serje temporali sħiħa ta' snin ta' inventarju.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżiti għal sistema ta' inventarju tal-Unjoni, li jispeċifikaw b'mod ulterjuri r-regoli dwar it-tħejjija u l-amministrazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni mal-Istati Membri matul il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi ta' inventarju tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (UNFCCC).
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli fir-rigward tal-valuri tal-potenzjali ta' riskaldament globali u l-gwidi ta' inventarju li sar ftehim dwarhom f'livell internazzjonali li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni u r-rappurtar tal-inventarju ta' gassijiet b'effett ta' serra.
Artikolu 2
L-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra
1. Fit-tħejjija u l-ġestjoni tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li:
|
(a) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa komplet, billi tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013; |
|
(b) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra jipprovdi aggregazzjoni trasparenti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar, u jirrifletti b'mod trasparenti l-kontribut tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri minn sorsi u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar lill-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra; |
|
(c) |
l-ammont totali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar għal sena ta' rappurtar huwa ugwali għall-ammont totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri u l-assorbiment tagħhom permezz ta' bjar kif irrappurtat skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għal dik l-istess sena; |
|
(d) |
l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra jinkludi serje temporali konsistenti ta' emissjonijiet u ta' assorbimenti permezz ta' bjar għas-snin kollha rrappurtati. |
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex iżidu l-komparabilità tal-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri.
Artikolu 3
Il-programm tal-Unjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra
1. Il-programm tal-Unjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jikkumplimenta l-programmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità implimentati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-dejta tal-attività, il-fatturi ta' emissjoni u parametri oħra li jintużaw għall-inventarju nazzjonali tagħhom tal-gassijiet serra, inkluż billi japplikaw l-Artikoli 6 u 7.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bl-informazzjoni rilevanti kollha mill-arkivji tagħhom, stabbiliti u ġestiti skont il-paragrafu 16(a) tal-Anness tad-Deċiżjoni 19/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, jekk din l-informazzjoni tkun meħtieġa waqt l-analiżi tal-inventarju ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni min-naħa tal-UNFCCC.
Artikolu 4
Il-mili ta' informazzjoni nieqsa
1. L-istimi tal-Kummissjoni għal dejta nieqsa minn inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 9(2) tar- Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġiji u fuq id-dejta li ġejjin:
|
(a) |
meta f'sena ta' rappurtar preċedenti Stat Membru jkun ressaq serje temporali konsistenti ta' stimi għall-kategorija ta' sorsi rilevanti li tkun għadha ma ġietx soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto u sseħħ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
meta stima għall-kategorija ta' sorsi rilevanti tkun ġiet soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto fis-snin preċedenti u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ressaq stima riveduta, fuq il-metodu bażiku ta' aġġustament użat mit-tim ta' esperti ta' analiżi kif stipulat fil-gwida teknika dwar il-metodoloġiji għall-aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto mingħajr l-applikazzjoni tal-fattur ta' kawtela definit f'dik il-gwida; |
|
(c) |
meta stima għall-kategorija rilevanti tkun ġiet soġġetta għal korrezzjonijiet tekniċi skont kif stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 fis-snin preċedenti u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreżenta stima riveduta, skont il-metodu użat mit-tim ta' esperti tekniċi ta' analiżi għall-kalkolu tal-korrezzjoni teknika; |
|
(d) |
meta serje temporali konsistenti ta' stimi rrappurtati għall-kategoriji rilevanti tas-sorsi ma tkunx disponibbli u l-istima tal-kategrija tas-sorsi ma tkunx ġiet soġġetta għal aġġustamenti skont l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll ta' Kjoto, fuq il-gwida teknika għall-aġġustamenti, mingħajr l-applikazzjoni tal-fattur ta' kawtela definit f'dik il-gwida. |
2. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-istimi msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' rappurtar, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel użu mill-istimi msemmija fil-paragrafu 1 għas-sottomissjoni nazzjonali tiegħu tal-15 ta' April lis-Segretarjat tal-UNFCCC, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri.
Artikolu 5
Il-perjodi ta' żmien għall-kooperazzjoni u għall-koordinazzjoni matul il-proċess ta' rappurtar annwali u l-analiżi tal-UNFCCC
1. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jerġa' jippreżenta l-inventarju tiegħu lis-Segretarjat tal-UNFCCC sal-27 ta' Mejju, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jirrapporta dak l-istess inventajru bil-quddiem lill-Kummissjoni sat-8 ta' Mejju. L-informazzjoni li tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni m'għandhiex tkun differenti minn dik li tiġi ppreżentata lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
2. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħmel kwalunkwe sottomissjoni oħra mill-ġdid tal-inventarju tiegħu lis-Segretarjat tal-UNFCCC li jkun fih informazzjoni differenti minn dik li tkun diġà ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni wara s-27 ta' Mejju, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li din l-informazzjoni tkun ġiet ippreżentata mill-ġdid lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
3. Stat Membru għandu jirrapporta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-indikazzjoni minn tim ta' esperti ta' analiżi ta' kwalunkwe problema potenzjali fl-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru relatat mar-rekwiżiti ta' natura mandatorja u li jistgħu jwasslu għal aġġustament jew għal kwistjoni possibbli ta' implimentazzjoni (“il-karta tas-Sibt”), fi żmien ġimgħa minn meta tasal l-informazzjoni mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
(b) |
korrezzjonijiet li jsiru fl-istimi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li jiġu applikati bi ftehim bejn l-Istat Membru u t-tim ta' esperti ta' analiżi lis-sottomissjoni tal-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra waqt il-proċess ta' analiżi kif misjuba fir-risposta għall-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), fi żmien ġimgħa minn meta l-inventarju jintbagħat lis-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
(c) |
l-abbozz ta' rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju li jkun fiha l-istimi aġġustati tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jew kwistjoni ta' implimentazzjoni meta Stat Membru ma jkunx solva l-problema mqajma mit-tim ta' esperti ta' analiżi, fi żmien ġimgħa minn meta l-inventarju jasal mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
(d) |
ir-risposta mill-Istat Membru rigward l-abbozz ta' rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju f'każ fejn aġġustament propost ma jiġix aċċettat, akkumpanjata minn sommarju li fih l-Istat Membru jindika jekk jaċċettax jew jirrifjutax kwalunkwe mill-aġġustamenti proposti, fi żmien ġimgħa minn meta r-risposta tiġi ppreżentata lis-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
(e) |
ir-rapport individwali ta' analiżi tal-inventarju finali, fi żmien ġimgħa minn meta jasal mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC; |
|
(f) |
kwalunkwe kwistjoni ta' implimentazzjoni li tkun ġiet ippreżentata lill-Kumitat ta' Konformità skont il-Protokoll ta' Kjoto, in-notifika mill-Kumitat ta' Konformità sabiex titwettaq kwistjoni ta' implimentazzjoni, u s-sejbiet u d-deċiżjonijiet preliminari kollha tal-Kumitat ta' Konformità u tal-fergħat tiegħu li jikkonċernaw lill-Istat Membru, fi żmien ġimgħa minn meta jaslu mingħand is-Segretarjat tal-UNFCCC. |
4. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-Istati Membri kollha b'sommarju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
5. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u japplikaw dak il-paragrafu għall-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra mutatis mutandis.
6. Kwalunkwe korrezzjoni imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra għandha ssir b'kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
7. Meta jiġu applikati aġġustamenti għall-inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' Stat Membru skont il-mekkaniżmu ta' konformità tal-Protokoll ta' Kjoto, dak l-Istat Membru għandu jikkoordina, flimkien mal-Kummissjoni, ir-risposta tiegħu għall-proċess ta' analiżi skont l-obbligi stipulati fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 fi żmien il-perjodi li ġejjin:
|
(a) |
fil-perjodi ta' żmien stipulati skont il-Protokoll ta' Kjoto, jekk l-istimi aġġustati f'sena waħda jew l-aġġustamenti kumulattivi fi snin sussegwenti tal-perjodu ta' impenn għal Stat Membru wieħed jew aktar jimplikaw aġġustamenti fl-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra fi kwantità li twassal biex ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti metodoloġiċi u ta' rapportar skont l-Artikolu 7(1) tal-Protokoll ta' Kjoto għall-fini tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà kif inhu stabbilit fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta' Kjoto; |
|
(b) |
fi żmien ġimgħatejn qabel il-preżentazzjoni ta':
|
8. Matul il-ġimgħa ta' analiżi tal-inventarju tal-Unjoni mill-UNFCCC, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, malajr kemm jista' jkun, tweġibiet għall-mistoqsijiet imqajma mill-analisti tal-UNFCCC rigward il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 4(2) u (3) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Gwida tal-Inventarju ta' Gassijiet b'Effett ta' Serra
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu l-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, skont:
|
(a) |
il-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2006 dwar l-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra; |
|
(b) |
l-edizzjoni tal-2013 tal-Metodi Supplimentari Riveduti u l-Gwida ta' Prattika Tajba Riveduta li Jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto maħruġa mill-IPCC; |
|
(c) |
is-Suppliment tal-2013 għal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 dwar l-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra: Artijiet mistagħdra għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra elenkati fl-Artikolu 7(1)(d) tar- Regolament (UE) Nru 525/2013; |
|
(d) |
il-linji gwida tal-UNFCCC għall-preparazzjoni tal-komunikazzjonijiet nazzjonali mill-Paritjiet inklużi fl-Anness I tal-Konvenzjoni, parti I: gwida ta' rappurtar tal-UNFCCC dwar l-inventarji annwali kif stabbiliti bid-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC; |
|
(e) |
il-linji gwida għat-tħejjija tat-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll ta' Kjoto kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. |
Artikolu 7
Potenzjali għat-Tisħin Globali
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu mill-potenzjali għat-Tisħin Globali elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 24/CP.19 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC bl-għan li jiġu stabbiliti u rrappurtati l-inventarji tal-gassijiet b'effett ta' serra skont il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u skont l-inventarju tal-Unjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjamenti tal-Klima (ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta' April 2002 dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1).
(4) Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).