27.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/143 |
REGOLAMENT (UE) Nru 661/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 212(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),
Billi:
(1) |
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (‘il-Fond’) kien ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (4). |
(2) |
Huwa importanti għall-Unjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha strument b’saħħtu u flessibbli li jippermettilha turi solidarjetà, tibgħat sinjal politiku ċar u tipprovdi assistenza ġenwina liċ-ċittadini milqutin minn diżastri naturali maġġuri li jkollhom riperkussjonijiet serji għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali. |
(3) |
L-intenzjoni ddikjarata tal-Unjoni li tassisti lill-pajjiżi kandidati fit-triq lejn stabbiltà u żvilupp ekonomiku u politiku sostenibbli permezz ta’ perspettiva Ewropea ċara ma għandiex tmur lura bl-effetti ħżiena ta’ diżastri naturali maġġuri. L-Unjoni għandha, għalhekk, tkompli turi solidarjetà mal-pajjiżi terzi li huma involuti fin-negozjati dwar l-adeżjoni magħha u li magħhom infetħet konferenza intergovernattiva dwar l-adeżjoni. L-inklużjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament titlob, bħala konsegwenza, rikors għall-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala l-bażi ġuridika addizzjonali. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tieħu deċiżjoni malajr dwar l-impenn ta’ riżorsi finanzjarji speċifiċi u li tattivahom malajr kemm jista’ jkun. Il-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu aġġustati kif xieraq u jiġu llimitati għal minimu meħtieġ. Għal dak l-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonkludew il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5). |
(5) |
It-terminoloġija li jinsabu u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandhom jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(6) |
Id-definizzjoni ta’ diżastru naturali, li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ma għandhiex tkun ambigwa. |
(7) |
Id-dannu kkawżat minn tipi oħra ta’ diżastri li minħabba l-effett kaskata huma konsegwenza diretta ta’ diżastru naturali għandu, għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, jkun ikkunsidrat parti mid-dannu dirett ikkawżat minn dak id-diżastru naturali. |
(8) |
Sabiex il-prattika stabbilita tiġi kkodifikata, u biex ikun żgurat trattament ugwali ta’ applikazzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond għandhom jingħataw fir-rigward ta’ ħsara diretta biss. |
(9) |
‘Diżastru naturali maġġuri’ fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandu jiġi definit ulterjorment bħala diżastru li kkawża ħsara diretta iktar mil-livell minimu espress f’termini finanzjarji. Tali ħsara għandu jiġi espress bil-prezzijiet ta’ sena ta’ referenza, jew bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Istat ikkonċernat. |
(10) |
Sabiex tkun ikkunsidrata aħjar in-natura speċifika ta’ diżastri naturali li, għalkemm dawn ikollhom riperkussjonijiet serji għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati, ma jilħqux l-iskala minima meħtieġa sabiex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, il-kriterji għal diżastri naturali reġjonali għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dannu kalkulabbli b’referenza għall-prodott domestiku gross reġjonali (PDG)) li abbażi tiegħu s-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika speċifika, aggravata bil-karatteristiċi speċjali ta’ Guadeloupe, il-Guiana Franċiża, Martinique, Réunion, Mayotte, Saint-Martin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Canary bħala reġjuni ultra-periferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-TFEU, tiġġustifika li jiġi stabbilit għalihom limitu minimu ta’ 1 % tal-PDG bħala deroga. Dawk il-kriterji għandhom jiġu determinati b’mod ċar u sempliċi sabiex titnaqqas il-possibbiltà li jiġu sottomessi applikazzjonijiet li ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
(11) |
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ħsara diretta, għandha tintuża data f’format armonizzat, ipprovdut mill-Eurostat, li tippermetti trattament ekwitabbli tal-applikazzjonijiet. |
(12) |
Il-Fond għandu jikkontribwixxi għar-restawr tal-infrastruttura biex terġa’ ssir funzjonali, għat-tindif taż-żoni milquta minn diżastru u għall-ispejjeż ta’ servizzi tas-salvataġġ u għall-akkomodazzjoni temporanja għall-popolazzjoni kkonċernata matul il-perjodu sħiħ ta’ implimentazzjoni. It-tifsira ta’ restawr tal-infrastruttura biex terġa’ ssir funzjonali għandha tiġi ddefinita, u sa fejn il-Fond se jkun jista’ jikkontribwixxi għall-ipejjeż korrispondenti għandu jiġi ċċarat. Il-firxa ta’ żmien li matulha huwa possibbli li tikkunsidra l-akkomodazzjoni għall-persuni li jkunu spiċċaw bla dar minħabba diżastru naturali bħala temporanja għandha tiġi definita wkoll. |
(13) |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandhom jiġu allinjati mal-politika ġenerali tal-Unjoni dwar il-finanzjament fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
(14) |
Għandu jiġi speċifikat ukoll sa fejn huwa possibbli għal operazzjonijiet eliġibbli li jinkludu nefqa għal assistenza teknika. |
(15) |
Sabiex Stati benefiċjarji jiġu preklużi milli jagħmlu profitt nett minn intervent permezz tal-Fond, għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond jistgħu jiġġeneraw dħul. |
(16) |
Ċerti tipi ta’ diżastri naturali, bħal, inter alia, nixfiet jiżviluppaw fuq perijodu estiż ta’ żmien qabel ma jinħassu l-effetti diżastrużi tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex l-użu tal-Fond jiġi permess f’każijiet bħal dawn ukoll. |
(17) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li Stati eliġibbli jagħmlu l-isforzi rekwiżiti biex jevitaw diżastri naturali milli jseħħu u biex jimmitigaw l-effetti tagħhom, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali u l-użu ta’ fondi tal-Unjoni disponibbli għal investimenti rilevanti. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li nuqqas, kif stabbilit permezz ta’ sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ta’ Stat Membru milli jikkonforma mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri wara li jkun irċieva kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għal diżastru naturali preċedenti, jista’ jirriżulta fir-rifjut tal-applikazzjoni jew fi tnaqqis tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-eventwalità ta’ applikazzjoni ulterjuri fir-rigward ta’ diżastru naturali tal-istess natura. |
(18) |
Huwa possibbli li Stati Membri jkunu jirrikjedu appoġġ finanzjarju iktar malajr milli possibbli permezz tal-proċedura normali biex jirrispondu għal diżastru naturali. Għal dan l-għan, ikun xieraq provvediment għall-possibbiltà li jsir ħlas ta’ pagament bil-quddiem meta ssir talba mill-Istat Membru kkonċernat ftit wara li tkun ġiet sottomessa lill-Kummissjoni applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Il-pagament bil-quddiem ma għandux jaqbeż ċertu ammont u għandu jkun jidher meta jitħallas l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-pagamenti bil-quddiem li jsiru indebitament għandhom jitħallsu lura mill-Istat Membru fi żmien qasir determinat. Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem ma għandux jippreġudika r-riżultat tad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond. |
(19) |
Il-proċeduri amministrattivi għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għandhom ikunu kemm jista’ jkun sempliċi u effiċjenti fil-ħin. Dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, għandhom għaldaqstant jiġu inklużi, għall-Istati Membri, fl-atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu dik il-kontribuzzjoni finanzjarja. Madankollu, għall-Istati benefiċjarji li għadhom mhumiex Stati Membri, għal raġunijiet ġuridiċi għandhom jinżammu ftehimiet ta’ implimentazzjoni separati. |
(20) |
Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tassisti lill-Istati Membri dwar kif, b’mod effettiv, ikollhom aċċess u l-użu tal-Fond, u dwar kif japplikaw bl-aktar mod sempliċi għall-assistenza mill-Fond. |
(21) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 introduċa bidliet fl-immaniġġar kondiviż u indirett, inklużi rekwiżiti ta’ rappurtar speċifiċi li għandhom jiġu kkunsidrati. L-obbligi tar-rappurtar għandhom jirriflettu l-perijodu qasir tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond. Il-proċeduri għall-ħatra ta’ korpi responsabbli għall-immaniġġar u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni, għandhom jirriflettu n-natura tal-istrument u ma jdewmux il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Għaldaqstant hu neċessarju li jkun hemm deroga mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
(22) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi evitat il-finanzjament doppju ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond ma’ strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew strumenti ġuridiċi internazzjonali relatati mal-kumpens ta’ ħsara speċifika. |
(23) |
Id-dikjarazzjoni tan-nefqa li l-pajjiżi jkunu għamlu minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandha tkun sempliċi kemm jista’ jkun. Għalhekk għandha tintuża rata unika tal-kambju matul l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-pajjiżi li mhumiex membri taż-żona tal-euro. |
(24) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji partikolari jew dwar kwalunkwe pagament bil-quddiem mill-Fond lil Stati eliġibbli. |
(25) |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jirregolaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom isiru iktar speċifiċi sabiex jidentifikaw b’mod ċar miżuri għall-prevenzjoni, l-iskoperta jew l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament. |
(26) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tkun żgurata azzjoni ta’ solidarjetà fl-Unjoni kollha biex tappoġġa Stat milqut minn diżastru naturali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fuq bażi ad hoc, iżda pjuttost jistgħu, bl-applikazzjoni ta’ metodu sistematiku, regolat u ekwitabbli ta’ għoti ta’ appoġġ finanzjarju li jinvolvi lill-Istati Membri kollha skont il-kapaċità tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(27) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jiġi sostitwit kif ġej: “Artikolu 2 1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż involut f’negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni, (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala ‘Stat eliġibbli’), l-assistenza mill-Fond tista’ tiġi mobilizzata meta jseħħu riperkussjonijiet serji għall-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija f’reġjun wieħed jew iktar ta’ dak l-Istat eliġibbli bħala konsegwenza ta’ diżastru naturali maġġuri jew reġjonali li jkun seħħ fit-territorju tal-istess Stat eliġibbli jew ta’ Stat eliġibbli tal-viċinat. Ħsara diretta kkawżata bħala l-konsegwenza diretta ta’ diżastru naturali għandha titqies bħala parti mill-ħsara kkawżata minn dak id-diżastru naturali. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘diżastru naturali maġġuri’ għandha tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, fi Stat Membru eliġibbli fi ħsara diretta stmata jew iktar minn EUR 3 000 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew iktar minn 0,6 % tal-IGN tiegħu. 3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “diżastru naturali reġjonali” għandha tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, fi ħsara diretta li taqbeż 1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tar-reġjun. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, meta r-reġjun konċernat, li fih seħħ diżastru naturali, ikun reġjun ultra-periferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, “diżastru naturali reġjonali” tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż 1 % tal- PDG ta’ dak ir-reġjun. Fejn id-diżastru naturali jikkonċerna diversi reġjuni fil-livell NUTS 2, il-limitu minimu għandu jiġi applikat għall-medja tal-PDG ta’ dawk ir-reġjuni, peżata skont is-sehem mill-ħsara totali li jkun hemm f’kull reġjun. 4. L-assistenza mill-Fond tista’ tkun mobilizzata wkoll għal kwalunkwe diżastru naturali fi Stat eliġibbli li jkun ukoll diżastru naturali maġġuri fi Stat eliġibbli tal-viċinat. 5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandha tintuża data statistika armonizzata pprovduta mill-Eurostat.”; |
(2) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Jiżdied l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a 1. Meta jissottometti applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ jitlob il-pagament bil-quddiem. Il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni preliminari dwar jekk l-applikazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stiuplati fl-Artikolu 4(1) u tivverifika d-disponibbiltà ta’ riżorsi baġitarji. Fejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti u r-riżorsi suffiċjenti jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-pagament bil-quddiem u tħallsu mingħajr dewmien qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(4). Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem huwa mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond. 2. L-ammont tal-pagament bil-quddiem ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u ma għandu fi kwalunkwe każ jaqbeż EUR 30 000 000. Ladarba jkun ġie determinat l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-somma tal-pagament bil-quddiem qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tirkupra l-pagamenti bil-quddiem li jitħallsu indebitament. 3. Kwalunkwe ħlas lura li jkollu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data stipulata indikata fl-ordni ta’ rkupru li ssir b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Id-data stipulata għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni. 4. Meta tadotta l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għal sena finanzjarja partikolari” il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ sabiex tkun żgurata d-disponibbilta’ fil-ħin tar-riżorsi baġitarji” tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiġi mobilizzat il-Fond f’ammont sa massimu ta’ EUR 50 000 000 għall-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem u tipproponi li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-arranġamenti baġitarji għandhom ikunu konformi mal-limiti massimi msemmijin fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (**). (*) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)." (**) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).”;" |
(5) |
L-Artikolu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 4(4) għandu jinkludi fl-Anness tiegħu dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiddeskrivu, b’mod partikolari t-tip u l-post tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond wara li ssir proposta mill-Istat eliġibbli. 2. Qabel ma titħallas kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat eliġibbli li ma jkunx Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ delegazzjoni ma’ dak l-Istat li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond imsemmi fil-paragrafu 1 b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (***), kif ukoll l-obbligi relatati mal-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali. 3. Ir-responsabbiltà tal-għażla ta’ operazzjonijiet individwali u l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandha tkun tal-Istat benefiċjarju, b’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) u (3), l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(4) u, fejn applikabbli, il-ftehim tad-delega msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat Membru għandha tiġi implimentata fil-kuntest tal-immaniġġar kondiviż b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat eliġibbli li ma jkunx Stat Membru għandha tiġi implimentata fil-qafas tal-immaniġġar indirett b’konformità ma’ dak ir-Regolament. 5. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati benefiċjarji għandhom jieħdu r-responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ operazzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-kontroll finanzjarju tal-operazzjonijiet. Il-miżuri li jieħdu għandhom jinkludu:
6. L-Istati benefiċjarji għandhom jaħtru korpi responsabbli għall-immaniġġar u l-kontroll tal-operazzjonijiet appoġġati mill-Fond b’konformità mal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jikkunsidraw kriterji dwar l-ambjent intern, attivitajiet ta’ kontroll, informazzjoni u komunikazzjoni, u monitoraġġ. L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-korpi diġà nnominati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****). Dawk il-korpi maħtura għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 59(5) jew l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li tkopri l-perijodu ta’ implimentazzjoni kollu meta jissottomettu r-rapport u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament. 7. L-Istat benefiċjarju għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa meta tiġi aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet li jsiru mill-Istat benefiċjarju jikkonsistu fil-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. L-Istat benefiċjarju għandu jirkupra kwalunkwe ammont mitluf bħala riżultat ta’ irregolarità li tinstab. 8. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew il-kontrolli mwettqa mill-Istat benefiċjarju b’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki fuq il-post dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat benefiċjarju bl-għan li tikseb l-assistenza neċessarja kollha. Uffiċjali jew aġenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat, jistgħu jipparteċipaw f’tali kontrolli. 9. L-Istat benefiċjarju għandu jiżgura li d-dokumenti ta’ appoġġ kollha relatati man-nefqa mġarrba jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perijodu ta’ tliet snin wara t-tmiem tal-assistenza mill-Fond. (***) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1)." (****) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;" |
(6) |
L-Artikolu 6 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. L-Istat benefiċjarju għandu jkun responsabbli għall-koordinament tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, minn naħa waħda, b’assistenza mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. 2. L-Istat benefiċjarju għandu jiżgura li n-nefqa rimborżata b’konformità ma’ dan ir-Regolament, ma tiġix rimborżata permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-istrumenti tal-politiki ta’ koeżjoni, agrikola jew tas-sajd. 3. Il-ħsara msewwija mill-istrumenti tal-Unjoni jew internazzjonali relatati mal-kumpens ta’ ħsara speċifika, ma għandhomx, ikunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond għall-istess għan.”; |
(7) |
L-Artikolu 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u strumenti adottati taħtu, bil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-immaniġġar finanzjarju, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni ambjentali, il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima inkluż, fejn ikun il-każ, l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema, u bi strumenti ta’ assistenza qabel l-adeżjoni. Fejn applikabbli, l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni f’dawk l-oqsma.”; |
(8) |
L-Artikoli 8 u 9 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandha tintuża fi żmien tmintax-il xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ammont sħiħ ta’ assistenza. Kwalunkwe parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tibqa’ ma tintużax sa dik l-iskadenza jew li jinstab li ntużat għal operazzjonijiet mhux eliġibbli għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni mingħand l-Istat benefiċjarju. 2. L-Istati benefiċjarji għandhom jitolbu l-kumpens kollu possibbli minn partijiet terzi. 3. Mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tmintax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b’dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa, filwaqt li jindika kwalunkwe sors ta’ finanzjament ieħor li jkun wasal għall-operazzjonijiet ikkonċernati, inklużi saldi tal-assigurazzjoni u kumpens minn partijiet terzi. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jagħti fid-dettall:
Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li tistabbilixxi li d-dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa tagħti dehra reali u ġusta u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond hija legali u regolari, b’konformità mal-Artikolu 59(5) u l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Fl-aħħar tal-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha twaqqaf l-assistenza mill-Fond. 4. Fejn l-ispiża tat-tiswija tal-ħsara sussegwentement titħallas minn parti terza, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat benefiċjarju jirrimborża ammont korrispondenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Artikolu 9 L-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4), kif ukoll il-ftehim ta’ delegazzjoni, ir-rapporti u kwalunkwe dokument relatat ieħor għandhom jesprimu l-ammonti kollha f’Euro. L-ammonti tan-nefqa mġarrba fil-muniti nazzjonali għandhom jiġu kkonvertiti f’euro fir-rati tal-kambju ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-ġurnata li fiha l-att ta’ implimentazzjoni relatat jiġi adottat mill-Kummissjoni. Fejn ma tiġi ppubblikata l-ebda rata tal-kambju f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-ġurnata li fiha l-att ta’ implimentazzjoni relatat jiġi adottat mill-Kummissjoni, il-konverżjoni għandha ssir skont il-medja tar-rati ta’ kontabbiltà ta’ kull xahar stabbiliti mill-Kummissjoni, determinati għal dak il-perijodu. Din ir-rata tal-kambju unika għandha tintuża fl-implimentazzjoni kollha tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u bħala l-bażi għar-rapport dwar l-implimentazzjoni finali u d-dikjarazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-elementi meħtieġa skont l-Artikolu 59(5) jew l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-kontribuzzjoni finanzjarja.”; |
(9) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Fil-każ ta’ valutazzjoni sostanzjalment iktar baxxa tal-ħsara mġarrba, kif jidher minn elementi ġodda, l-Istat benefiċjarju għandu jirrimborża l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lill-Kummissjoni.”; |
(10) |
L-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u fejn applikabbli, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha li jirċievu finanzjamenti, kuntratturi, subkuntratturi, li jkunu rċivew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. 3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (******) bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni ma’ kuntratt li jikkonċerna finanzjament tal-Unjoni. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ delegazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kuntratti u deċiżjonijiet li jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali eżerċizzji tal-awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. (*****) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)." (******) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).”;" |
(11) |
L-Artikoli 13 u 14 jiġu mħassra. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Opinjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tat-28 ta’ Novembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2014.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
(5) Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
(6) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (OJ L 298, 26.10.2012, p. 1).