|
27.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/135 |
REGOLAMENT (UE) Nru 660/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta’ skart
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Sabiex jitħares l-ambjent, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistipula rekwiżiti għall-vjeġġi ta’ skart kemm fl-Unjoni u kemm bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi,. Madankollu, ġew identifikati xi diverġenzi u lakuni fl-infurzar u l-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet involuti fi spezzjonijiet fl-Istati Membri. |
|
(2) |
Hemm bżonn ta’ ppjanar adegwat tal-ispezzjonijiet tal-vjeġġi ta’ skart sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità meħtieġa għall-ispezzjonijiet u biex jiġu evitati b’mod effettiv il-vjeġġi illegali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-infurzar u l-ispezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jissaħħu bil-għan li jiġi żgurat l-ippjanar regolari u konsistenti ta’ tali spezzjonijiet. Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ spezzjoni għal spezzjonijiet li jsiru skont dawk id-dispożizzjonijiet. Il-pjanijiet ta’ spezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u għandhom jinkludu għadd ta’ elementi ewlenin, jiġifieri objettivi, prijoritajiet, iż-żona ġeografika koperta, informazzjoni dwar spezzjonijiet ippjanati, il-kompiti assenjati lill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet, arranġamenti għal kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet involuti fi spezzjonijiet fi Stat Membru, fi Stati Membri differenti, kif ukoll, fejn adatt, bejn dawk l-awtoritajiet fi Stati Membri u f’pajjiżi terzi, u informazzjoni dwar it-taħriġ tal-ispetturi kif ukoll dwar ir-riżorsi umani, finanzjarji u oħrajn għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ spezzjoni kkonċernat. |
|
(3) |
Il-pjanijiet ta’ spezzjoni jistgħu jitfasslu separatament jew bħala parti minn pjanijiet oħrajn definiti b’mod ċar. |
|
(4) |
Billi l-pjanijiet ta’ spezzjoni huma koperti mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, inkluż, fejn applikabbli, l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4 tagħha, japplikaw għal tali pjanijiet. |
|
(5) |
Ir-riżultat tal-ispezzjonijiet u l-miżuri meħuda, inklużi kull penali imposti, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluż elettronikament permezz tal-Internet. |
|
(6) |
Jeżistu regoli diverġenti fl-Unjoni kollha fir-rigward tas-setgħa ta’ u l-possibbiltà li l-awtoritajiet involuti fi ispezzjonijiet fl-Stati Membri jitolbu evidenza sabiex jivverifikaw il-legalità tal-vjeġġi. Tali evidenza tista’ tirrigwarda, fost l-oħrajn, jekk is-sustanza jew l-oġġett ikunx skart, skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, u jekk l-iskart ġiex ikklassifikat b’mod korrett, jew jekk l-iskart ikunx ser jiġi ttrasportat lejn impjanti li jirrispettaw l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jipprovdi lill-awtoritajiet involuti fi spezzjonijiet fl-Istati Membri l-possibbiltà li jitolbu tali evidenza. Tali evidenza tista’ tintalab fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali jew inkella skont il-każ. Fejn tali evidenza ma ssirx disponibbli jew tkun ikkunsidrata li mhix biżżejjed, it-trasport tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati, jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat għandu jitqies bħala vjeġġ illegali u għandu jiġi ttrattat skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(7) |
Il-vjeġġi ta’ skart illegali ta’ spiss jinbtu minn ġbir, tqassim u ħżin mhux kontrollati. It-twettiq ta’spezzjonijiet ta’ vjeġġi ta’ skart b’mod sistematiku, għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ dawk l-attivitajiet mhux kontrollati, biex b’hekk tiġi promossal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(8) |
Sabiex jingħata żmien biżżejjed biex l-Istati Membri jippreparaw għall-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-ewwel pjanijiet ta’ spezzjoni jiġu adottati sal-1 ta’ Jannar 2017. |
|
(9) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(10) |
Is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegat lill-Kummissjoni b’rispett għall-emenda ta’ ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(11) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*1) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).’;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘4. Soġġett għall-ftehim mill-awtoritajiet kompetenti konċernati u min-notifikatur, l-informazzjoni u d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu preżentati u skambjati permezz ta’ skambju tad-data elettronika bil-firma elettronika jew bl-awtentikazzjoni elettronika skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew permezz ta’ sistema komparabbli ta’ awtentikazzjoni elettronika li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà. Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, fejn fattibbli, tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika tal-iskambju tad-data elettronika għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti, u tiżgura li r-rekwiżiti huma f’konformità mad-Direttiva 1999/93/KE, jew tipprovdi tal-anqas l-istess livell ta’ sigurtà kif provdut taħt dik id-Direttiva. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59a(2). (*2) Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).’;" |
|
(3) |
l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 51, il-paragrafu (2) huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘2. Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom ifasslu wkoll rapport għas-sena ta’ qabel ibbażat fuq il-kwestjonarju addizzjonali ta’ rappurtar fl-Anness IX, u għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni. Fi żmien xahar mit-trażmissjoni ta’ dak ir-rapport lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu pubblikament disponibbli, inkluż elettronikament permezz tal-Internet, it-taqsima ta’ dak ir-rapport relatata mal-Artikolu 24 u l-Artikolu 50(1), (2) u (2a, inkluża t-Tabella 5 tal-Anness IX, flimkien ma’ kwalunkwe spjegazzjoni li l-Istati Membri jqisu xierqa. Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista tal-hyperlinks tal-Istati Membri msemmija fit-taqsima relatata mal-Artikolu 50(2) u (2a) tal-Anness IX u tagħmilha pubblikament disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.’; |
|
(5) |
L-Artikolu 58 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 58 Emendi tal-Annessi 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 58a biex jiġi emendat dan li ġej:
|
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: ‘Artikolu 58a Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. 2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 58 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-17 ta' Lulju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 58 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegat diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 58 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’; |
|
(7) |
L-Artikolu 59 huwa mħassar; |
|
(8) |
L-Artikolu 59a huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 59a Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.’; |
|
(9) |
fl-Artikolu 60, jiżdied il-paragrafu li ġej: ‘2a. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, b’kont meħud, fost l-oħrajn, tar-rapporti mfassla skont l-Artikolu 51, tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar ir-riżultati tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jekk ikun meħtieġ, akkumpanjati minn proposta leġislattiva. F’dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, l-effettività tal-Artikolu 50(2a) fil-ġlieda kontra l-vjeġġi illegali, b’kont meħud tal-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi.’; |
|
(10) |
l-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Anness IX, Tabella 5, l-intestatura tal-aħħar kolonna hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Miżuri li ttieħdu, inklużi penali imposti’. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
Minkejja it-tieni paragrafu, il-punt (4) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2014.
(4) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(5) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).