|
17.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 643/2014
tas-16 ta' Ġunju 2014
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali skont id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju tal-2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (1) u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 20(11) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/41/KE teħtieġ lill-Istati Membri jirrapportaw lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet Okkupazzjonali (EIOPA) id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fl-Artikolu 20(1) ta' dik id-Direttiva (minn hawn 'il quddiem “dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali”). Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jaffettwawx il-kompetenzi tal-Istati Membri kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE fir-rigward tal-liġi soċjali u tax-xogħol nazzjonali applikabbli għal istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali. |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-EIOPA tagħmel l-informazzjoni rrapportata skont dan ir-Regolament disponibbli fuq il-websajt tagħha għall-ħolqien ta' sors ta' informazzjoni ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali. |
|
(3) |
Huwa rikonoxxut li l-Istati Membri jista' jkollhom dispożizzjonijiet applikabbli għal skemi ta' pensjoni okkupazzjonali f'oqsma bħal-liġi tal-kumpaniji, il-liġi dwar it-trusts u l-insolvenza li jestendu lil hinn minn dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali. L-obbligu ta' rapportar skont dan ir-Regolament mhuwiex maħsub li jipprovdi lista eżawrjenti tar-regoli legali u regolatorji kollha li taħthom joperaw skemi ta' pensjoni okkupazzjonali. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 sa 16 u l-Artikoli 18, 19 u 20 ta' dik id-Direttiva għall-operati li jipprovdu għal irtirar okkupazzjonali ta' impriżi ta' assigurazzjoni li huma koperti bid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Istati Membri li għamlu użu minn din l-għażla japplikaw firxa ta' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali għal intrapriżi ta' assigurazzjoni li huma differenti minn dawk applikabbli għal skemi ta' pensjoni okkupazzjonali. Għall-Istati Membri li jsegwu din l-għażla, l-obbligu ta' rapportar għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-assi u l-obbligi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/41/KE. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fir-rapportar, għandu jiġi pprovdut mudell biex jintuża mill-awtoritajiet kompetenti meta jittrasmettu l-informazzjoni mitluba lill-EIOPA. Biex tippermetti aċċess faċli u l-komparabbiltà tal-informazzjoni trażmessa, il-lista formularja għandha tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/41/KE. Il-mudell għandu wkoll jiffaċilita r-rapportar ta' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti fil-lista, li huma ta' natura prudenzjali iżda mhux direttament marbuta mat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE. |
|
(6) |
Minħabba l-fatt li l-liġi tal-Unjoni ma tarmonizzax l-istrutturi ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali, hemm ħafna strutturi li fihom il-provvista ta' rtirar hija organizzata madwar l-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw l-ismijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u jindikaw id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali applikabbli għal tipi strutturali differenti, fejn rilevanti. |
|
(7) |
L-obbligu ta' rapportar impost fuq awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-marġini ta' likwidità u l-fond ta' garanzija kif stabbilit fl-Artikoli 17a sa 17d tad-Direttiva 2003/41/KE, hu akkomodat fil-mudell tar-rapportar permezz tal-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva. |
|
(8) |
F'xi Stati Membri, id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali ma japplikawx fit-territorju kollu tal-Istat Membru rilevanti. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw fil-mudell jekk id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom japplikawx għal territorji differenti fl-Istat Membru tagħhom, u l-ambitu territorjali tad-dispożizzjonijiet irrappurtati. |
|
(9) |
Informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali teħtieġ li tinżamm aġġornata mingħajr ma timponi piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, ir-rapportar għandu jkun limitat għal darba fis-sena. Biex tiżdied il-konsistenza tal-iżvelar tal-informazzjoni, għandhom jiġu ffissati d-data li għaliha r-rapportar jirreferi u d-data għat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-EIOPA. L-awtoritajiet kompetenti għanhom ikunu jistgħu jaġġornaw din l-informazzjoni bejn d-dati tar-rapportar fuq bażi volontarja. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tkun disponibbli f'qasir żmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-ewwel trażmissjoni ta' informazzjoni għandha sseħħ fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(11) |
Kif speċifikat fil-Premessa 32 tad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-istandards tekniċi abbozzati mill-EIOPA għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali dwar tali istituzzjonijiet kif previst fid-Direttiva 2003/41/KE. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-EIOPA lill-Kummissjoni. |
|
(13) |
L-EIOPA wettqet konsultazzjonijiet miftuħin għall-pubbliku dwar l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pensjonijiet Okkupazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Proċeduri tar-rapportar
1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jittrasmettu l-informazzjoni dwar dispożizzjonijiet prudenzjali lill-EIOPA għall-ewwel darba fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u mbagħad kull sena, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja wara s-sena li fiha jintemm il-perjodu ta' sitt xhur.
2. L-ewwel trasmissjoni tkun relatata ma' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li huma fis-seħħ fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. It-trasmissjonijiet annwali għandhom ikunu relatati ma' dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li huma fis-seħħ fl-1 ta' Marzu fis-sena kalendarja rilevanti.
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrasmettu informazzjoni aġġornata dwar id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom lill-EIOPA f'kull ħin fuq bażi volontarja.
Artikolu 2
Format tar-rapportar u mudelli
1. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw u jaġġornaw id-dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali tagħhom, huma jużaw il-mudell ipprovdut fl-Anness billi jiġi indikat dan li ġej:
|
(a) |
l-isem tal-awtorità kompetenti, l-isem tal-Istat Membru u d-data tat-trasmissjoni lill-EIOPA; |
|
(b) |
jekk din hijiex l-ewwel trasmissjoni, jew hijiex fuq bażi volontarja jew annwali; |
|
(c) |
jekk it-trasmissjoni għandhiex x'taqsam ma' impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/41/KE u t-tip ta' din l-impriża tal-assigurazzjoni; |
|
(d) |
jekk hemm aktar minn tip wieħed strutturali ta' istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fl-Istat Membru u jekk iva, l-ismijiet tat-tipi strutturali u d-dispożizzjonijiet nazzjonali prudenzjali applikabbli għalihom; |
|
(e) |
jekk id-dispożizzjonijiet irrapportati japplikawx għal territorji differenti fi Stat Membru u jekk iva, l-ambitu territorjali ta' dawk id-dispożizzjonijiet irrappurtati; |
|
(f) |
referenzi għall-isem u n-numru uffiċjali rispettivi tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli; |
|
(g) |
hyperlink għat-taqsima rilevanti tal-websajt li fih it-test sħiħ tal-atti u l-istrumenti rilevanti oħra, fejn disponibbli. |
2. Fejn fi Stat Membru hemm dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti mil-lista formularja stabbilit fl-Anness, l-awtorità kompetenti rilevanti tindika dawn id-dispożizzjonijiet fil-kategorija “Oħrajn” fil-mudell.
3. L-awtoritajiet kompetenti jissottomettu l-mudelli kompluti lill-EIOPA f'format elettroniku.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.
(2) Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120).
(4) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS
|
Mudell dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' natura prudenzjali rilevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet okkupazzjonali |
||||||||||
|
Isem tal-awtorità kompetenti |
Isem tal-Istat Membru |
Data tat-trasmissjoni lill-EIOPA |
||||||||
|
|
|
|
||||||||
|
Ir-rapport jirrigwarda l-operat tal-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta' impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (c) (jekk jogħġbok immarka b'x) |
Iva |
|
Hemm aktar minn tip wieħed strutturali ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali fil-ġurisdizzjoni tagħna kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (d) (jekk jogħġbok immarka b'x) |
Iva |
|
|||||
|
Le |
|
Le |
|
|||||||
|
|
|
|
|
|||||||
|
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tip ta' assigurazzjoni l-impriża kif imsemmija fil-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
Jekk iva, jekk jogħġbok agħti l-ismijiet tagħhom u agħmilha ċara jekk dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali differenti japplikaw għal tipi strutturali differenti tal-istituzzjonijiet għall-provvediment għall irtirar okkupazzjonali. |
|||||||||
|
Tip ta' rapport (jekk jogħġbok immarka b'x) |
|
|
Firxa territorjali differenti tad-dispożizzjonijiet irrapportati kif imsemmija fl-Artikolu 2 (1) (e) (jekk jogħġbok immarka b'x) |
Iva |
|
|||||
|
|
Le |
|
|||||||
|
|
|
||||||||
|
|
Jekk iva, jekk jogħġbok indika l-ambitu territorjali tad-dispożizzjonijiet irrappurtati. |
|||||||||
|
Kodiċi |
Partita |
Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2003/41/KE |
|
10 |
Attivitajiet ta' istituzzjoni |
Art. 7 |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
20 |
Separazzjoni legali bejn impriżi li jisponsorjaw u istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali |
Art. 8 |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
30 |
Kondizzjonijiet ta' operazzjoni |
Art. 9 |
|
31 |
|
Art. 9 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
32 |
|
Art. 9 (2) |

33 |
|
Art. 9 (3) |

34 |
|
Art. 9 (4) |

35 |
|
Art. 9 (5) |

40 |
Kontijiet annwali u rapporti annwali |
Art. 10 |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
50 |
Dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment |
Art. 12 |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
60 |
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti |
Art. 13 |
|
61 |
|
Art. 13 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
62 |
|
Art. 13 (2) |

70 |
Setgħat tal-intervent u d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti |
Art. 14 |
|
71 |
|
Art. 14 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
72 |
|
Art. 14 (2) |

73 |
|
Art. 14 (3) |

74 |
|
Art. 14 (4) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
75 |
|
Art. 14 (5) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
80 |
Dispożizzjonijiet tekniċi |
Art. 15 |
|
81 |
|
Art. 15 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
82 |
|
Art. 15 (2) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
83 |
|
Art. 15 (3) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
84 |
|
Art. 15 (4) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
85 |
|
Art. 15 (5) |

86 |
|
Art. 15 (6) |

90 |
Finanzjar ta' dispożizzjonijiet tekniċi |
Art. 16 |
|
91 |
|
Art. 16 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
92 |
|
Art. 16 (2) |

93 |
|
Art. 16 (3) |

100 |
Fondi proprji regolatorji |
Art. 17 |
|
101 |
|
Art. 17 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta'Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
102 |
|
Art. 17 (2) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
103 |
|
Art. 17 (3) |

110 |
Regoli ta' investiment |
Art. 18 |
|
111 |
|
Art. 18 (1) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
112 |
|
Art. 18 (2) |

113 |
|
Art. 18 (3) |

114 |
|
Art. 18 (4) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli:, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
115 |
|
Art. 18 (5) |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
116 |
|
Art. 18 (6) |

117 |
|
Art. 18 (7) |

120 |
Ġestjoni u kustodja |
Art. 19 |
|
L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |
||
|
Oħrajn kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) |
Dispożizzjonijiet prudenzjali nazzjonali li mhumiex koperti mil-lista ta' hawn fuq. L-ismijiet u n-numri uffiċjali tal-atti u strumenti rilevanti oħra, inkluż it-titolu u n-numru ta' Taqsimiet jew Artikoli rilevanti, jekk applikabbli: Hyperlink(s) għat-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: |