|
13.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 630/2014
tat-12 ta' Ġunju 2014
li jemenda għall-215-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid tliet persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Fil-istess jum, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu u li jemenda tliet annotazzjonijiet fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Strumenti
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:
|
|
(3) |
L-annotazzjoni “Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja Nazzjonalità: Sirjana Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja Nazzjonalità: Sirjana Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Minn Jannar 2012, il-kap ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.” |
|
(4) |
L-annotazzjoni “Doku Khamatovich Umarov (psewdonimu Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, id-Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa: (a) Russu, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ fis-sena 2000. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Doku Khamatovich Umarov (psewdonimu Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, id-Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russu, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Mandat ta' arrest internazzjonali maħruġ fis-sena 2000; (c) Rappurtat mejjet minn April 2014. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.” |
|
(5) |
L-entrata “Al-Qaida in Iraq (psewdonimu (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (u) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Al-Qaida in Iraq (psewdonimu (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.” |