|
5.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 601/2014
tal-4 ta' Ġunju 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kategoriji tal-laħam u l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-preparati tal-laħam
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi emendata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir talba għal dan. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel permessi għall-użu fl-ikel skont id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u wara r-reviżjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu. |
|
(4) |
Fil-Parti D tal-lista tal-Unjoni, il-kategorija 8 tkopri l-laħam u tinkludi s-subkategoriji 8.1: Laħam mhux ipproċessat u 8.2: Laħam ipproċessat. Il-kategorija 8.1 tkompli tinqasam fis-subkategorija 8.1.1: Laħam mhux ipproċessat differenti mill-preparati tal-laħam kif inhu ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u s-subkategorija 8.1.2: Preparati tal-laħam kif inhu ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(5) |
Il-punt 1.15. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiddefinixxi l-preparati tal-laħam bħala laħam frisk, inkluż laħam li jkun spiċċa f'biċċiet, li miegħu jkunu żdiedu oġġetti tal-ikel, ħwawar jew addittivi jew li jkun għadda minn proċessi li ma jkunux biżżejjed biex jibdlu l-istruttura tal-fibra tal-muskolu interna tal-laħam u li b'hekk jintilfu l-karatteristiċi ta' laħam frisk. Sadanittant, ġie ċċarat li l-preparati tal-laħam jistgħu jkunu kemm ipproċessati kif ukoll mhux ipproċessati (7). Madankollu, jekk wara l-ipproċessar il-karatteristiċi tal-laħam frisk jiġu eliminati kompletament, dan ma għandux jibqa' jitqies bħala preparat tal-laħam, iżda għandu jaqa' taħt id-definizzjoni ta' “prodotti tal-laħam” kif stabbilit fil-punt 7.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Fl-interess taċ-ċarezza legali huwa xieraq li jintużaw, għall-finijiet tal-Kategorija 8, it-termini “laħam frisk”, “preparati tal-laħam” u “prodotti tal-laħam” kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għalhekk, is-subkategoriji tal-kategorija 8 fil-Parti D tal-lista tal-Unjoni, għandhom jiġi emendati skont dan. |
|
(6) |
L-użu tal-addittivi tal-ikel li huma parti mill-Grupp I kif iddefinit fil-Parti C tal-lista tal-Unjoni huwa ġeneralment awtorizzat fil-laħam ipproċessat, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-addittivi tal-ikel li huma parti minn dak il-grupp fil-laħam mhux ipproċessat hija ristretta u permessa biss abbażi ta' każ b'każ. |
|
(7) |
Meta l-lista tal-Unjoni ġiet stabbilita kif stipulat fl-Anness II tar- Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-preparati tal-laħam kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kienu kkunsidrati bħala laħam mhux ipproċessat li fih kien awtorizzat biss għadd ristrett ta' addittivi. Madankollu, l-interpretazzjonijiet differenti tad-definizzjoni ta' preparati tal-laħam wasslu għal sitwazzjoni fejn l-użu ta' ċerti addittivi f'kategoriji partikolari ta' laħam ivarja minn Stat Membru għal ieħor. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet talbiet biex tinkludi xi wħud minn dawk l-użi fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel awtorizzati. Dawn it-talbiet tpoġġew għad-disponibbiltà tal-Istati Membri kollha.Huwa xieraq li dawk l-użi jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni, meta jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u bil-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri. |
|
(9) |
Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġew ikkunsidrati ċerti użi tal-Kurkumina (E 100), il-Karminji (E 120), il-Karamelli (E 150a-d), l-estratt tal-Paprika (E 160c) u l-aħmar tal-pitravi (E 162) li tradizzjonalment kienu użati f'ċerti Stati Membri biex jingħata kulur lil prodotti tat-tip merguez u prodotti tradizzjonali oħra: salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, bifteki, soutzoukaki, kebap, cevapcici u pljeskavice u huwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati. |
|
(10) |
Fuq talba ta' xi Stati Membri ġie kkunsidrat l-użu tal-Aċidu aċetiku u l-aċetati (E 260-263), l-Aċidu lattiku u l-lattati (E 270, E 325-327), l-Aċidu askorbiku u l-askorbati (E 300-302), l-Aċidu ċitriku u ċ-ċitrati (E 330-333), bħala regolaturi tal-aċidità, preservattivi u/jew antiossidanti biex jipprevjenu l-ossidazzjoni u/jew is-snuħija u biex tiżdied l-istabbiltà mikrobijoloġika u huwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati fil-preparati tal-laħam kollha li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ. |
|
(11) |
Fuq talba ta' xi Stati Membri, ġie kkunsidrat l-użu tal-Aċidu fosforiku — il-fosfati — id-difosfati — it-trifosfati — u l-polifosfati (E 338-452) bħala umidifikant sabiex jiġi evitat it-telf tal-meraq tal-laħam meta jsir aktar ipproċessar, b'mod partikolari meta tkun ġiet injettata s-salmura, u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. Madankollu, sabiex jiġi llimitat aktar esponiment għall-fosfati miżjuda fl-ikel, l-estensjoni tal-użu ta' dawk il-fosfati għandha tkun limitata għal Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad u laħam tal-bergersb'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat mal-laħamu l-perżut griż immellaħ Finlandiż tal-Milied. |
|
(12) |
Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tan-Nitriti (E 249-250) bħala preservattivi f'ċerti prodotti tradizzjonali: lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, kiełbasa surowa biała, kiełbasa surowa metkau tatar wołowy (danie tatarskie) u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. |
|
(13) |
Fuq talba ta' xi Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Alġinati (E 401- 404), il-Karragenina (E 407), l-Alka euchema pproċessata (E 407a), il-Gomma tal-ħarrub (E 410), il-Gomma tal-gwar (E 412), id-Dragant (E 413), il-Gomma tal-ksantan (E 415), il-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u l-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) bħala umidifikanti u stabbilizzaturi sabiex titnaqqas it-tnixxija tal-ilma fil-pakkett u sabiex jinżamm il-meraq tal-laħam waqt li jiġi pproċessat aktar. Dawn l-użi għandhom jiġu awtorizzati fi preparati tal-laħam li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra u fi preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkunu ġew ittrattati b'mod differenti: ikkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, pereżempju rombli tal-laħam li jkun fihom il-laħam ikkapuljat. L-addittivi tal-ikel użati fil-preparati tal-laħam sabiex jilqgħu milli jintilef il-meraq tal-laħam meta jiġi pproċessat iktar ma jqarrqux bil-konsumatur. |
|
(14) |
Fuq talba ta' ċerti Stati Membri u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Karbonati tas-sodju (E 500) bħala umidifikanti fil-preparati tal-laħam tat-tjur, mici, bifteki, soutzoukaki, kebap, seftalia, cevapcici u pljeskavicesabiex jinżammu l-konsistenza u l-meraq meta jsir aktar ipproċessar, u huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat. Barra minn hekk dan l-użu fil-preparati tal-laħam tat-tjur jippermetti li l-laħam tat-tjur jissajjar aktar fit-tul u b'mod aktar effettiv filwaqt li jżomm il-meraq tiegħu u b'hekk il-konsum ta' laħam tat-tjur mhux imsajjar sew jiġi evitat. |
|
(15) |
Fuq talba ta' Stat Membru u/jew l-industrija tal-laħam, ġie kkunsidrat l-użu tal-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u tal-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) sabiex titnaqqas it-tnixxija tal-ilma fi preparati li fihom ikunu ġew injettati ingredjenti oħra u fi preparati tal-laħam magħmulin minn partijiet tal-laħam li jkunu ġew ittrattati b'mod differenti: ikkapuljat, fettat jew proċessat u li jkunu mħalltin flimkien, pereżempju rombli tal-laħam li jkun fihom il-laħam ikkapuljat u sabiex jinżamm il-meraq matul il-preparazzjoni ta' gyros, souvlaki, bifteki, soutzoukaki, kebap u seftaliauhuwa xieraq li dawn l-użi jiġu awtorizzati. |
|
(16) |
Fejn jidħlu l-prodotti tradizzjonali, l-użu tal-addittivi tal-ikel għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u b'mod partikolari, ma għandux iqarraq bil-konsumaturi fl-Istati Membri jew fir-reġjuni fejn dawn il-prodotti jiġu kkunsmati tradizzjonalment. |
|
(17) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-użu tal-addittivi koperti b'dan ir-Regolament, il-preparati tal-laħam tradizzjonali huma deskritti fid-dokument ta' gwida li jiddeskrivi l-kategoriji tal-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel (8). |
|
(18) |
Il-prinċipju ta' trasferiment stipulat fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jkun permess fil-preparati tal-laħam kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(19) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Aċidu aċetiku u l-aċetati (E 260 - 263), l-Aċidu lattiku u l-lattati (E 270, E 325 - 327), l-Aċidu askorbiku u l-askorbati (E 300 - 302), l-Aċidu ċitriku u ċ-ċitrati (E 330 - 333), l-Alġinati (E 401 - 404), il-Karragenina (E 407), l-Alka euchema pproċessata (E 407a), il-Gomma tal-ħarrub (E 410), il-Gomma tal-gwar (E 412), id-Dragant (E 413), il-Gomma tal-ksantan (E 415), il-Karbonati tas-sodju (E 500), il-Fosfat tad-diammid aċetilat (E 1414) u l-Fosfat tad-diammid idrossipropilat (E 1442) huma parti mill-grupp ta' addittivi li għalih għadu ma ġiex speċifikat il-konsum aċċettabli ta' kuljum. Dan jimplika li dawn mhumiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem fil-livelli meħtieġa biex jintlaħaq l-effett teknoloġiku mixtieq. Għalhekk, l-użu estiż ta' dawk l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-użu tal-Kurkumina (E 100), il-Karminji (E 120), il-Karamelli (E 150a - d), l-Estratt tal-paprika (E 160c), l-Aħmar tal-pitravi (E 162), in-Nitriti (E 249 - 250), l-Aċidu fosforiku — il-fosfati — id-difostati — it-trifosfati — u l-polifosfati (E 338 - 452) se jiġi estiż biss għal ċerti prodotti li fihom ġew użati tradizzjonalment, u għalhekk l-użu estiż ta' dawn l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(20) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).
(4) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).
(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(7) Id-Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-iġjene fl-ikel li joriġina mill-annimali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/hygienelegislation/guide_en.htm
(8) http://ec.europa.eu/food/food/fAEF/additives/guidance_en.htm
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej: Fit-Tabella 1, l-annotazzjoni fil-punt 1 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti D, l-annotazzjonijiet għall-kategorija 08. Laħam huma ssostitwiti b'dan li gej:
|
|
(3) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||