29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 577/2014

tas-27 ta' Mejju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-informazzjoni għal sbatax-il persuna u żewġ entitajiet inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fir-Regolament (UE) Nru 269/2014/PESK għandha tiġi emendata.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

E. VENIZELOS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

L-entrati għall-persuni u l-entiajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

Persuni:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

 

Vladimir Andreevich Konstantinov

(Владимир Андреевич Константинов)

d.t.t. 19.11.1956

Vladimirovca, Distrett ta' Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova

Bħala spiker tal- Verkhovna Rada tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fit-teħid ta' deċiżjonijiet minn Verkhovna Rada tal-Krimea li jikkonċernaw ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina u talab lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea.

17.3.2014

 

Pyotr Anatolyevich Zima

(Пётр Анатольевич Зима)

d.t.t. 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Siġurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi ta' data lis-Servizz ta' Intelligence Russa (SVR). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukraina jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea.

Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz tas-Sigurtà indipendenti ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tal-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

 

Yuriy Gennadyevich Zherebtsov

(Юрий Геннадьевич Жеребцов)

d.t.t. 19.11.1965

Kunsillier tal-iSpeaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, wieħed minn dawk li mexxew l-organizzazzjoni tar-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukraina.

17.3.2014

 

Anatoliy Alekseevich Sidorov

(Анатолий Алексеевич Сидоров)

d.t.t. 2.7.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn “referendum” u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

17.3.2014

 

Aleksandr Viktorovich Galkin

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 22.3.1958

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”). Il-forzi tal-SMD huma stazzjonati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed timmina s-sovranità tal-Ukraina u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja.

Il-flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett ta' Galkin: il-parti l-kbira tal-moviment ta' forza fil-Krimea oriġinat mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

17.3.2014

 

Mikhail Grigoryevich Malyshev

(Александр Викторович Галкин)

d.t.t. 10.10.1955

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea.

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

 

Valery Kirillovich Medvedev

(Михаил Григорьевич Малышев)

d.t.t. 21.8.1946

Ir-Russja

Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar- “referendum”.

21.3.2014

 

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich Turchenyuk

(Валерий Кириллович Медведев)

d.t.t. 5.12.1959

Kirghizia/Osh

Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”).

21.3.2014

 

Elena Borisovna Mizulina

(Елена Борисовна Мизулина)

d.t.t. 9.12.1954

Buly, Kostroma Oblast

Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014

 

Valeriy Dmitrievich Bolotov

(Валерий Дмитриевич Болотов)

d.t.t. 13.2.1970

Stachanov, Lugansk Oblast, Ukrainian SSR

Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

29.4.2014

 

Andriy Yevgenevich Purgin

(Андрей Евгеньевич Пургин)

d.t.t. 26.1.1972

Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbas għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

29.4.2014

 

Sergey Gennadevich Tsyplakov

(Сергей Геннадьевич Цыплаков)

d.t.t. 1.5.1983

Donetsk, SSR tal-Ukraina

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

 

Igor Vsevolodovich Girkin a.k.a. Igor Strelkov

(Игорь Всеволодович Гиркин)

d.t.t. 17.12.1970

nru. tal-passaport 4506460961

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim Ministru tal-Krimea.

29.4.2014

 

Viacheslav Ponomariov

Vyacheslav Vladimirovich Ponomariov

(Вячеслав Владимирович Пономарёв)

d.t.t. 2.5.1965

Sloviansk

Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalisti Ukraini Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati. Huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

12.5.2014

 

Igor Mykolaiovych Bezler

Igor Nikolaevich Bezler,

(Игорь Николаевич Безлер)

d.t.t. 30.12.1965

Simferopol

Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

12.5.2014

 

Oleg Tsariov

Oleg Anatolevich Tsariov

(Олег Анатолійович Царьов)

(Олег Анатольевич Царёв)

d.t.t. 2.6.1970

Dnipropetrovsk

Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

12.5.2014

 

Roman Lyagin

(Роман Лягин)

d.t.t. 30.5.1980

Donetsk

Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

12.5.2014

Entitajiet:

 

PJSC Chernomorneftegaz

magħruf bħala Chornomornaftogaz

Prospekt Kirova/per. Sovarkomovskji 52/1 Simferopol, Krimea

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014

 

Feodosia

magħruf bħala Feodossyskoje Predprijatije po Obespetscheniju nefteproduktami

98107, Krimea, Feodosiya, Geologicheskaya str.2

Kumpanija li tipprovdi servizzi ta' trasbord għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat u taż-żejt

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

12.5.2014