28.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 575/2014

tas-27 ta' Mejju 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 (2) japplika għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċipp u jistabbilixxi sensiela ta' rekwiżiti tekniċi.

(2)

B'mod partikolari, it-Taqsima III.4.2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 383/2012 tistipula sistema ta' enumerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, ibbażata fuq l-assenjazzjoni ta' numru distintiv lill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(3)

Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, hemm bżonn li jingħata numru distintiv lil dan il-pajjiż li jkun konformi mal-ordni numerika tan-NU KEE għall-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 383/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri speċifikati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għal-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Taqsima III.4.2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 383/2012 hija sostitwita bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp), (ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1).


ANNESS

It-Taqsima III.4.2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 383/2012 hija sostitwita b'dan li ġej:

“III.4.2   Sistema ta' enumerazzjoni

Is-sistema ta' enumerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun magħmula minn:

(a)

L-ittra ‘e’ segwita minn numru li jiddistingwi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.

għall-Ġermanja

2.

għall-Franza

3.

għall-Italja

4.

għall-Pajjiżi l-Baxxi

5.

għall-Isvezja

6.

għall-Belġju

7.

għall-Ungerija

8.

għar-Repubblika Ċeka

9.

għal Spanja

11.

għar-Renju Unit

12.

għall-Awstrija

13.

għal-Lussemburgu

17.

għall-Finlandja

18.

għad-Danimarka

19.

għar-Rumanija

20.

għall-Polonja

21.

għall-Portugall

23.

għall-Greċja

24.

għall-Irlanda

25.

għall-Kroazja

26.

għas-Slovenja

27.

għas-Slovakkja

29.

għall-Estonja

32.

għal-Latvja

34.

għall-Bulgarija

36.

għal-Litwanja

49.

għal Ċipru

50.

għal Malta

(b)

L-ittri DL preċeduti minn sing u segwiti miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan ir-Regolament jew lill-aħħar emenda teknika kbira lil dan ir-Regolament. In-numru ta' sekwenza għal dan ir-Regolament huwa 00;

(c)

Numru ta' identifikazzjoni uniku għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE attribwit mill-Istat Membru emittenti.

Eżempju tas-sistema ta' enumerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE: e50-DL00 12345

In-numru tal-approvazzjoni għandu jinħażen fuq il-mikroċipp fid-DG 1 għal kull liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċipp bħal din.”