|
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/77 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 558/2014
tas-6 ta' Mejju 2014
li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Inizjalment sħubiji pubbliċi-privati fl-għamla ta’ Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija kienu previsti fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE (3) identifikat sħubiji pubbliċi-privati speċifiċi li għandhom jiġu appoġġjati, inkluża sħubija pubblika-privata fil-qasam speċifiku tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta Clean Sky. |
|
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’, (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kondizzjonijiet favorevoli għal investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 stabbilixxa Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”) (4). Orizzont 2020 għandu l-għan li jkollu impatt akbar fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkombina Orizzont 2020 u l-fondi tas-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ ta’ kompetittività tal-Unjoni, jistimolaw l-investiment privat u jgħinu fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Dawn is-sħubiji għandhom ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluża kontribut bilanċjat mill-imsieħba kollha, ikunu responsabbli għall-kisba tal-miri tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta’ dawn is-sħubiji għandhom ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u jagħtu l-opportunità li tipparteċipa firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati attivi fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, l-involviment tal-Unjoni f’dawn is-sħubiji jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. |
|
(5) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (5), għandu jingħata aktar appoġġ lill-impriżi konġunti stabbiliti taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE skont il-kondizzjonijiet speċifikati fid-Deċiżjoni 2013/743/UE. |
|
(6) |
L-Impriża Konġunta Clean Sky stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 (6) qed tilħaq l-objettivi tagħha li tistimula riċerka ġdida fi ħdan il-qafas ta’ sħubija pubblika-privata li jippermetti li jkun hemm kooperazzjoni fost il-partijiet interessati tal-ajrunawtika Ewropej. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għandhom sehem estensiv f’Clean Sky, b’madwar 40 % tal-baġit għal sejħiet għal proposti allokati lilhom. L-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta Clean Sky uriet li l-Impriża Konġunta qed jirnexxielha tistimula l-iżviluppi lejn miri ambjentali. Barra minn hekk, Clean Sky irnexxiela tattira parteċipazzjoni estensiva u mifruxa mill-industriji ewlenin kollha tal-UE, inkluż għadd kbir ta’ SMEs. Dan wassal għal kollaborazzjonijiet ġodda u għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ġodda. Iż-żona ta’ riċerka tiegħu għalhekk għandha tkompli tiġi appoġġata sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha kif stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(7) |
L-appoġġ kontinwu għall-programm ta’ riċerka Clean Sky għandu wkoll iqis l-esperjenza miksuba mill-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky inklużi r-riżultati tal-evalwazzjoni interim tagħha u r-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati, u għandu jiġi implimentat bl-użu ta’ struttura u regoli li huma aktar adatti għall-iskop tiegħu sabiex titjieb l-effiċjenza u biex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni. Għal dak il-fini, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(8) |
Il-membri privati tal-Impriża Konġunta Clean Sky qablu li l-attivitajiet ta’ riċerka fil-qasam tal-Impriża Konġunta Clean Sky għandhom jiġu segwiti fi struttura aktar adatta għan-natura ta’ sħubija pubblika-privata. Huwa xieraq li l-membri privati tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jaċċettaw l-Istatuti annessi ma’ dan ir-Regolament permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni. |
|
(9) |
Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti u l-membri, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti. |
|
(10) |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha topera b’mod miftuħ u trasparenti li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin lill-korpi adatti tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha, inkluż attivitajiet ta’ informazzjoni u disseminazzjoni lill-pubbliku usa’. Ir-regoli ta’ proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
|
(11) |
Il-kontribuzzjonijiet minn membri privati ma għandhomx ikunu limitati biss għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u għall-konfinanzjament meħtieġ biex jitwettqu azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2, iżda għandhom ukoll ikopru attivitajiet addizzjonali ddikjarati preċedentement u li għandhom jitwettqu mill-membri privati kif speċifikat fi pjan ta’ attivitajiet addizzjonali. Sabiex wieħed ikun jista’ jieħu stampa ġenerali tajba tal-effett ta’ lieva ta’ dawk l-attivitajiet addizzjonali, dawn għandhom jirrappreżentaw kontribuzzjonijiet għall-Inizjattiva tat-Teknoloġija Konġunta Clean Sky fit-totalità tagħha. |
|
(12) |
Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dawk ir-regoli bbażati fuq miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. |
|
(13) |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tuża wkoll mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni biex jiġu żgurati l-ftuħ u t-trasparenza u biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti li tnedew mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra tal-Orizzont 2020 tad-disseminazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, data rilevanti fost l-oħrajn dwar proposti, applikanti, għotjiet u parteċipanti għandha tkun disponibbli mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-inklużjoni tar-rappurtar u d-disseminazzjoni ta’ sistemi elettroniċi f’Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, f’format adatt u bil-perjodiċità li tikkorrispondi għall-obbligi tar-rappurtar tal-Kummissjoni. |
|
(14) |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tieħu kont tad-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni. |
|
(15) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi ġestita skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli dwar ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (9). |
|
(16) |
Għall-fini ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv għandu jitnaqqas għall-partijiet kollha. Awditi doppji u ammonti ta’ dokumentazzjoni u rappurtar sproporzjonati għandhom jiġu evitati. L-awditi ta’ riċevituri tal-fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandhom isiru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013. |
|
(17) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
|
(18) |
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. |
|
(19) |
Fid-dawl tan-natura speċifika u l-istat attwali tal-impriżi konġunti, u biex tiġi żgurata l-kontinwità mas-Seba’ Programm Qafas, l-impriżi konġunti għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għal kwittanza separata. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha għalhekk tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2 iżda huma għandhom ikunu allinjati, sa fejn hu possibbli, ma’ dawk previsti għal korpi taħt l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-awditjar tal-kontijiet u tal-leġalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. |
|
(20) |
Għall-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet fuq skala kbira fuq diversi snin, huwa rakkomandabbli li jkun hemm dispożizzjoni għall-possibbiltà li jinqasmu l-impenji baġitarji plurriennali mill-Unjoni u l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 f’pagamenti akkont annwali. L-impenji vinkolanti għall-Unjoni u l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 fuq medda twila ta’ żmien għandhom jagħmluha possibbli li jitnaqqsu l-inċertezzi marbuta mat-tlestija ta’ tali azzjonijiet fuq skala kbira. |
|
(21) |
Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-konklużjoni tar-riċerka u d-diviżjoni tal-innovazzjoni fl-Unjoni permezz tal-promozzjoni tas-sinerġiji mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF). Għalhekk l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tara li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-ESIF, li speċifikament jistgħu jgħinu biex isaħħu kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u jirrinfurzaw sforzi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. |
|
(22) |
L-Impriża Konġunta Clean Sky ġiet stabbilita għal perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tagħti appoġġ kontinwu lill-programm tar-riċerka Clean Sky permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal inizjati skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 f’konformità ma’ dak ir-Regolament. It-transizzjoni mill-Impriża Konġunta Clean Sky għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-transizzjoni mis-Seba’ Programm Qafas għal Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-fondi disponibbli għar-riċerka. Fl-interess taċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 għandu għalhekk jitħassar u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji. |
|
(23) |
Minħabba l-għan ġenerali ta’ Orizzont 2020 li jinkisbu aktar simplifikazzjoni u koerenza, is-sejħiet kollha għal proposti taħt l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom iqisu d-durata ta’ Orizzont 2020. |
|
(24) |
Minħabba l-importanza ta’ innovazzjoni kontinwa għall-kompetittività tas-settur tat-trasport tal-Unjoni u l-għadd ta’ impriżi konġunti f’dan il-qasam, għandu jkun hemm analiżi f’ħin debitu, notevolment fid-dawl tal-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont 2020, dwar l-adegwatezza tal-isforzi fir-riċerka kollaborattiva fil-qasam tat-trasport. |
|
(25) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment sabiex tissaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni industrijali madwar l-Unjoni, ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda tista’, għar-raġuni li tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm il-massa kritika u jiġi żgurat li l-finanzjament pubbliku jintuża b’mod ottimali, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Stabbiliment
1. Għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fl-ajrunawtika, impriża konġunta skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-“Inizjattiva Konġunta Clean Sky 2”), hija stabbilita għal perijodu sal-31 ta’ Diċembru 2024. Sabiex jittieħed kont tat-tul ta’ żmien ta’ Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti taħt l-Inizjattiva Konġunta Clean Sky 2 għandhom jitnedew sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. F’każijiet debitament iġġustifikati s-sejħiet għal proposti jistgħu jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2021.
2. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 tieħu post u tissuċċedi l-Impriża Konġunta Clean Sky, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 71/2008.
3. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun entità fdata bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
4. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jkollha personalità ġuridika. F’kull wieħed mill-Istati Membri, din għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet ta’ dawk l-Istati. Din tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.
5. Is-sede tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.
6. L-Istatuti tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 huma ffissati fl-Anness I.
Artikolu 2
Objettivi
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jkollha l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
i tikkontribwixxi għall-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 u għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Isfida ta’ Trasport Intelliġenti, Ekoloġiku u Integrat taħt il-Parti III - Sfidi tas-Soċjetà tad-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE; |
|
(b) |
li tikkontribwixxi għat-titjib tal-impatt ambjentali tat-teknoloġiji ajrunawtiċi, inklużi dawk relatati mal-avjazzjoni żgħira, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ industrija ajrunawtika u katina tal-provvista sodi u globalment kompetittivi fl-Ewropa. Dan jista jinkiseb billi tingħata spinta lill-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi tat-trasport tal-ajru għal użu mill-aktar fis possibbli, u b’mod partikolari l-integrazzjoni, il-wiri u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji li huma kapaċi:
|
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, biex jitkoprew l-ispejjeż amministrattivi u operattivi, għandu jkun sa massimu ta’ EUR 1 755 000 000. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-Programm Speċifiku ta’ Orizzont 2020, stabbiliti bid-Deċiżjoni 743/2013/UE, skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għall-korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta’ dak ir-Regolament.
2. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ ftehim ta’ delega u ftehim annwali ta’ trasferiment ta’ fondi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
3. Il-ftehim ta’ delega msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkopri l-aspetti stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, kif ukoll, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:
|
(a) |
ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 rigward l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmijin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/743/UE; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 fid-dawl tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2013/743/UE; |
|
(c) |
l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mat-tħaddim tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2; |
|
(d) |
l-arranġamenti rigward id-dispożizzjoni ta’ data neċessarja biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tista’ tilħaq l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtar inkluż dwar il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn ta’ Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ukoll fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn ta’ Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni; |
|
(f) |
l-użu ta’ riżorsi umani u l-bidliet fihom, b’mod partikolari r-reklutaġġ skont il-grupp ta’ funzjoni, il-grad u l-kategorija, l-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe bidla għall-għadd ta’ membri tal-persunal. |
Artikolu 4
Kontribuzzjonijiet minn membri li mhumiex l-Unjoni
1. Kull Mexxej u Sieħeb Elwlieni tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jagħmel jew jirranġa biex l-entitajiet affiljati tiegħu jagħmlu l-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom. Il-kontribuzzjoni totali mill-membri kollha għandha tkun ta’ mill-inqas EUR 2 193 750 000 miljun il-perijodu ddefinit fl-Artikolu 1.
2. Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun tikkonsisti minn dan li ġej:
|
(a) |
kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont l-Artikolu 15(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 15(3) tal-Istatuti. |
|
(b) |
kontribuzzjonijiet in natura ta’ mill-inqas EUR 965 250 000 matul il-perijodu ddefinit fl-Artikolu 1 mill-Mexxejja u s-Sħab Ewlenin jew l-entitajiet affiljati tagħhom, li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet addizzjonali barra l-pjan ta’ ħidma tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta Clean Sky. Programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jistgħu jappoġġjaw dawk l-ispejjeż f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli. F’dawn il-każijiet, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tkun ta’ sostitut għall-kontribuzzjonijiet in natura mill-Mexxejja u s-Sħab Ewlenin jew l-entitajiet affiljati tagħhom. |
L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. L-attivitajiet korrispondenti għandhom ikun stabbiliti f’attivitajiet addizzjonali annwali fil-pjan li għandu jindika l-valur stmat ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet.
3. Il-Mexxejja u s-Sħab Ewlenin tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jiddikjaraw kull sena sal-31 ta’ Jannar lill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 dwar il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jkunu saru f’kull waħda mis-snin finanzjarji preċedenti. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu wkoll jiġi informat.
4. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-punt (b) tal-Artikolu 15(3) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-prattika normali tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-pajjiż fejn l-entità tkun stabbilita, u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-metodu tal-valutazzjoni jista’ jiġi vverifikat mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jekk miċ-ċertifikazzjoni tirriżulta kwalunkwe inċertezza. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż imġarrba f’attivitajiet addizzjonali ma għandhomx jiġu awditjati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jew minn kwalunkwe korp tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni tista’ ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 24(2) tal-Istatuti jekk il-membri li mhumiex l-Unjoni jew l-entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxi tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex timpedixxi r-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli li jkunu diġà ġġarrbu minn dawk l-membri sa meta ssir in-notifika tad-deċiżjoni lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 5
Regoli finanzjarji
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 (10).
Artikolu 6
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (11) (“Regolamenti tal-Persunal” u “Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) u r-regoli adotatti b’mod konġunt bejn l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità tal-ħatra u s-setgħat konferiti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg (is-“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta’ awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet skont liema dik il-delega ta’ setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.
Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, b’deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega ta’ dawn minn dan tal-aħħar. F’dawn il-każijiet, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeżerċita hu stess is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra jew għandu jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għajr id-Direttur Eżekuttiv.
3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni adatti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
4. Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 b’indikazzjoni tal-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad u l-għadd ta’ persunal b’kuntratti espressi f’ekwivalenti ta’ full-time, skont il-baġit annwali tiegħu.
5. Il-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jikkonsisti f’aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali.
6. L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom ikunu ta’ responsabbiltà tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 7
Esperti Nazzjonali Ssekondati u apprentistati
1. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 tista’ tutilizza esperti nazzjonali ssekondati u apprendisti mhux impjegati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2. L-għadd ta’ esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar il-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) skont il-baġit annwali.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaddotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u dwar l-użu tal-apprendisti.
Artikolu 8
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u l-persunal tagħha.
Artikolu 9
Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky 2” għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, deċiżjoni jew għall-kuntratt ikkonċernat.
2. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.
3. Kwalunkwe ħlas mill-Impriża Konġunta “Clean Sky 2” fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 u n-nefqiet u l-ispejjeż li jsiru b’konnessjoni magħha għandhom jitqiesu bħala nefqa tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u għandhom ikunu koperti mir-riżorsi tagħha.
4. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun responsabbli unikament biex tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha.
Artikolu 10
Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-liġi applikabbli
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni:
|
(a) |
skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fi ftehimiet jew kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jew fid-deċiżjonijiet tagħha; |
|
(b) |
f’tilwim marbut ma’ kumpens għal danni kkawżati mill-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom; |
|
(c) |
fi kwalunkwe tilwim bejn l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u l-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg. |
2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti legali oħra tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 11
Evalwazzjoni
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti, għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni fid-dettall u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.
2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ taġixxi f’konformità mal-Artikolu 4(5) jew tieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra.
3. Fi żmien sitt xhur ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sentejn wara li jingħata bidu tal-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 24 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 12
Kwittanza
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-proċedura prevista fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 13
Awditi ex-post
1. L-awditi ex-post tal-ispiża fuq azzjonijiet indiretti għandhom isiru mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti ta’ Orizzont 2020.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hija stess. F’dawn il-każijiet hija għandha tagħmel dan f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013.
Artikolu 14
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri
1. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 jew mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-awditi tagħhom.
2. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 (12) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim, deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu lill-Kummissjoni, lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF is-setgħa li jwettqu awditi u investigazzjonijiet għall-finijiet imsemmijin f’dawk il-paragrafi, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
4. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha jitħarsu b’mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa.
5. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha taderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (14). L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet interni min-naħa tal-OLAF.
Artikolu 15
Kunfidenzjalità
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ jkun ta’ ħsara għall-interessi tal-Membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 16
Trasparenza
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228 TFUE.
4. L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).
Artikolu 17
Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni
Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta tal-Clean Sky 2. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha titqies li tkun korp ta’ finanzjament u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lil azzjonijiet indiretti kif inhu stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Istatuti.
Artikolu 18
Appoġġ mill-Istat ospitanti
Jista’ jiġi konkluż ftrehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u l-Istat fejn tinsab is-sede tagħha dwar privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata minn dak l-Istat lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 19
Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 huwa d’dan imħassar.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008, u l-obbligi finanzjarji relatati ma’ dawk l-azzjonijiet għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sakemm jitlestew.
Azzjonijiet li jirriżultaw minn sejħiet għal proposti previsti fil-pjani ta’ implimentazzjoni annwali adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 għandhom ukoll jitqiesu bħala azzjonijiet li nbdew skont dak ir-Regolament.
L-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008.
3. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal impjegat skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008.
Il-kuntratti tal-impjieg tal-persunal imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jiġu mġedda skont dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.
B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 għandu, għall-perijodu tal-mandat li jifdal, jiġi assenjat il-funzjonijiet ta’ Direttur Eżekuttiv kif previst f’dan ir-Regolament b’effett mis-27 ta’ Ġunju 2014. Il-kondizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt ma għandhomx jinbidlu.
4. Sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor bejn il-membri skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008, id-drittijiet u l-obbligi kollha inklużi assi, djun jew djun tal-membri skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 għandhom jiġu trasferiti lill-membri skont dan ir-Regolament.
5. Kwalunkwe approprjazzjoni mhux użata skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 għandha tiġi ttrasferita lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) Opinjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’ li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).
(4) Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1).
(7) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(8) Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’ “Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (2014-2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
(9) Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(10) Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni ((UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2).
(12) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(13) Regolament (KE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(14) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(15) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(16) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għal istituzzjonijiet u korpi Komunitarji (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
ANNESS I
STATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA CLEAN SKY 2
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dawn l-Istatuti, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
‘Assoċjat’ tfisser entità ġuridika li tkun ġiet magħżula skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 u li tkun aċċettat dawn l-Istatuti permezz tal-iffirmar ta’ ittra ta’ approvazzjoni; u l-adeżjoni tal-Assoċjat għandha tintemm hekk kif l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 li fih hija tkun involuta, jintemmu, u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017; |
|
(b) |
‘Sieħeb ewlieni’ tfisser entità ġuridika li tipparteċipa f’ITD jew IADP jew f’TAs li tkun ġiet magħżula wara sejħa kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) u li tkun aċċettat dawn l-Istatuti permezz tal-iffirmar ta’ ittra ta’ approvazzjoni; |
|
(c) |
‘IADP’ tfisser kwalunkwe waħda mill-Pjattaformi ta’ Dimostrazzjoni ta’ Mezzi tal-Ajru Innovattivi elenkati fl-Artikolu 11; |
|
(d) |
‘ITD’ tfisser kwalunkwe wieħed mid-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata elenkati fl-Artikolu 11; |
|
(e) |
‘Mexxej’ tfisser komexxej ta’ waħda mill-ITDs, IADPS jew TAs; |
|
(f) |
‘parteċipant affiljat’ tfisser entità affiljata kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 li tkun qed twettaq attivitajiet ta’ Mexxej, Assoċjat jew Sieħeb Ewlieni rilevanti, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-għotjiet; |
|
(g) |
‘Attivitajiet Trasversali’, jew ‘TAs’ tfisser l-azzjonijiet b’rilevanza għal diversi ITDs u/jew IADPS u li jeħtieġu koordinazzjoni u ġestjoni fl-ITDs u/jew IADPS għall-aħjar kisba tal-għanijiet globali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
Artikolu 2
Kompiti
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
tipprovdi appoġġ finanzjarju lil azzjonijiet indiretti ta’ riċerka u innovazzjoni prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet; |
|
(b) |
tgħaqqad flimkien firxa ta’ ITDs u IADPs appoġġati minn TAs bl-enfasi fuq teknoloġiji innovattivi u l-iżvilupp ta’ dimostraturi fuq skala sħiħa; |
|
(c) |
tiffoka l-isforzi fi ħdan l-ITDs, l-IADPs u TAs fuq riżultati importanti li jistgħu jgħinu lill-Unjoni biex tilaħaq l-għanijiet ambjentali u tal-kompetittività tagħha, inkluż kif deskritt fil-White Paper tal-Kummissjoni tal-2011 bit-titolu ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti’; |
|
(d) |
ittejjeb il-proċess tal-verifika tat-teknoloġija sabiex tidentifika u tneħħi l-ostakoli għall-penetrazzjoni futura tas-suq; |
|
(e) |
tiġbor flimkien ir-rekwiżiti tal-utenti biex tiggwida l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp lejn soluzzjonijiet operazzjonali u li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati; |
|
(f) |
tiżgura l-provvista ta’ kuntratti ta’ akkwist, fejn ikun adegwat, permezz ta’ sejħiet għal offerti; |
|
(g) |
timmobilizza l-finanzjament meħtieġ mis-settur pubbliku u dak privat; |
|
(h) |
tikkonsulta mal-attivitajiet nazzjonali u internazzjonali fil-qasam tekniku tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, b’mod partikolari mal-Impriża Konġunta SESAR stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 (1); |
|
(i) |
tistimula l-involviment ta’ SMEs fl-attivitajiet tagħha, f’konformità mal-għanijiet tas-Seba’ Programm Qafas u ta’ Orizzont 2020; |
|
(j) |
tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma’ attivitajiet Ewropej (b’mod partikolari taħt il-programmi qafas), nazzjonali u transnazzjonali rilevanti; |
|
(k) |
tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttament u disseminazzjoni permezz ta’ applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, inkluż li l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tas-sejħiet għal proposti tkun disponibbli u aċċessibbli fuq bażi ta’ data elettronika komuni Orizzont 2020; |
|
(l) |
tikkoordina ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi organizzazzjonijiet u universitajiet ta’ riċerka; |
|
(m) |
kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Membri
|
1. |
Il-membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom ikunu:
|
|
2. |
Il-membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 li mhumiex l-Unjoni għandhom jissejħu il-‘membri privati’. |
Artikolu 4
Bidliet fil-membri
|
1. |
Sakemm tikkontribwixxi għall-finanzjament msemmi fl-Artikolu 15 ta’ dawn l-Istatuti biex jinkisbu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 li jinsabu fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, u sakemm taċċetta l-Istatuti tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, kwalunkwe entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat ma’ Orizzont 2020 tista’ tapplika biex issir Sieħeb Ewlieni f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
|
2. |
Is-Sħab Ewlenin u l-affiljati rilevanti tagħhom għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħa miftuħa, mhux diskriminatorja u kompetittiva u soġġetti għal evalwazzjoni indipendenti. Is-sejħiet għandhom ikunu xprunati mill-ħtieġa għal kapaċitajiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm. Huma għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ Clean Sky u kkomunikati permezz tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u kanali oħra sabiex tiġi żgurata l-usa’ parteċipazzjoni possibbli. |
|
3. |
Kwalunkwe membru jista’ jtemm l-adeżjoni fl-Impriża Konġunta Clean Sky 2. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u rrevokabbli sitt xhur wara li l-membri l-oħrajn jiġu nnotifikati. Sa minn dakinhar, il-Membru preċedenti għandu jinħeles minn kwalunkwe obbligu għajr dawk approvati jew li jsiru mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 qabel ma tintemm l-adeżjoni. |
|
4. |
L-adeżjoni fl-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-qbil minn qabel tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
5. |
Malli sseħħ xi bidla fil-membri skont dan l-Artikolu, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha immedjatament tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha lista aġġornata tal-membri tagħha flimkien mad-data ta’ tali bidla. |
|
6. |
L-adeżjoni tal-Assoċjati għandha tintemm awtomatikament hekk kif jintemmu l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 li fihom huma jkunu involuti u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017. |
Artikolu 5
Korpi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2
|
1. |
L-entitajiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom ikunu:
|
|
2. |
Il-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandhom ikunu korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
Artikolu 6
Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni; |
|
(b) |
rappreżentant wieħed ta’ kull Mexxej; |
|
(c) |
rappreżentant wieħed tas-Sħab Ewlenin għal kull ITD; |
|
(d) |
rappreżentant wieħed tal-Assoċjati għal kull ITD; |
|
(e) |
rappreżentant wieħed tas-Sħab Ewlenin għal kull IADP. |
Artikolu 7
Funzjonament tal-Bord ta’ Tmexxija
|
1. |
Ir-rappreżentant tal-Unjoni għandu jkollu 50 % tad-drittijiet tal-vot. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandu jkun indiviżibbli. Kull rappreżentant ieħor għandu jkollu numru ugwali ta’ voti. Ir-rappreżentanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiksbu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza ta’ mill-inqas 80 % tal-voti kollha, inklużi l-voti ta’ dawk li jkunu assenti. |
|
2. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeleġġi l-president tiegħu għal perijodu ta’ sentejn. |
|
3. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jorganizza l-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jorganizza laqgħat straordinarji fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ maġġoranza tar-rappreżentanti tal-membri privati, jew fuq it-talba tal-president. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu u għandhom normalment isiru fis-sede tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandu jkollu l-ebda dritt ta’ vot. Il-President jew il-Viċi-President tal-Grupp ta’ Rappreżentanti tal-Istati għandu jkollu d-dritt jattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet għal vot. Il-President tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu d-dritt, kull meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompiti tiegħu, jattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet għal vot. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jistieden persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari r-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali fl-Unjoni. |
|
4. |
Ir-rappreżentanti tal-membri ma għandhomx ikunu responsabbli personalment għal azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
5. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprji tiegħu. |
|
6. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta miżuri transizzjonali, kif xieraq. |
Artikolu 8
Kompiti tal-Bord tat-Tmexxija
|
1. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-orjentazzjoni strateġika u l-operazzjoniiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u għandu jwettaq superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha.
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-Bord ta’ Tmexxija, għandha tara li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u l-attivitajiet rilevanti ta’ Orizzont 2020 bil-ħsieb li jiġu promossi sinerġiji meta jiġu identifikati prijoritajiet koperti mir-riċerka kollaborattiva. |
|
2. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu b’mod partikolari jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
Artikolu 9
Ħatra, tneħħija mill-kariga jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv
|
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, b’segwitu għal proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja r-rappreżentanza mill-membri privati fil-proċedura tal-għażla kif xieraq.
B’mod partikolari, rappreżentanza xierqa mill-membri privati għandha tiġi żgurata fl-istadju ta’ qabel l-għażla tal-proċedura tal-għażla. Għal dak l-għan, il-membri privati għandhom jaħtru bi qbil komuni rappreżentant kif ukoll osservatur f’isem il-Bord ta’ Tmexxija. |
|
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jkun impjegat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg.
Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
3. |
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni filwaqt li tassoċja l-membri privati kif jixraq għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
4. |
Il-Bord ta’ Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. |
|
5. |
Direttur Eżekuttiv b’mandat li ġġedded ma jistax jieħu sehem fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perijodu globali. |
|
6. |
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċja lill-membri privati, kif xieraq. |
Artikolu 10
Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv
|
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont lill-Bord ta’ Tmexxija. |
|
3. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
4. |
B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:
|
|
5. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabilità tiegħu, ta’ kull kompitu ta’ appoġġ li jirriżulta minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, u għandu, b’mod partikolari, iwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
Artikolu 11
Kumitati ta’ Tmexxija
|
1. |
Il-Kumitati ta’ Tmexxija għandhom jiġu stabbiliti għall-ITDs u l-IADPs li ġejjin:
|
|
2. |
Il-Kumitati ta’ Tmexxija għall-ITDs li ġejjin tal-Impriża Konġunta Clean Sky għandhom jibqgħu jeżistu u jaħdmu skont ir-regoli eżistenti tagħhom (fir-rigward tal-għamla tagħhom, il-laqgħat, il-kompiti u r-regoli ta’ proċedura) kif iddefinit skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 sakemm jintemmu l-azzjonijiet li jirriżultaw skont dak ir-Regolament:
|
|
3. |
Kompożizzjoni Kull Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn:
|
|
4. |
Kull Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa’ mill-inqas kull tliet xhur. Laqgħat straordinarji għandhom jiġu organizzati fuq it-talba tal-President jew tad-Direttur Eżekuttiv.
Rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jipparteċipa, bħala osservatur. Membri privati b’interess fir-riżultati tal-ITD jew il-IADP jistgħu jiġu mistiedna jattendu. |
|
5. |
Kull Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun responsabbli għal:
|
|
6. |
Kull Kumitat ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, abbażi ta’ mudell komuni għall-Kumitati ta’ Tmexxija kollha. |
Artikolu 12
Evalwatur tat-Teknoloġija u Attivitajiet Trasversali oħrajn
|
1. |
Evalwatur tat-Teknoloġija indipendenti, bħala Attività Trasversali, għandu jeżisti għat-tul ta’ żmien kollu tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
L-Evalwatur tat-Teknoloġija għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
|
|
2. |
Il-bord ta’ tmexxija tal-Evalwatur tat-Teknoloġija għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija, abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv. |
|
3. |
L-Ekodisinn u l-Attivitajiet Trasversali tat-Trasport Żgħir bl-Ajru kollha għandhom ikollhom Kumitat ta’ Koordinazzjoni li għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’kooperazzjoni mal-ITDs u l-IADPs. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jkun ippresedut mill-Mexxej(ja) rispettiv(i). Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija, abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv. |
Artikolu 13
Kumitat Xjentifiku
|
1. |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn 12-il membru. Huwa għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu. |
|
2. |
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jirreflettu rappreżentanza bbilanċjata ta’ esperti rrikonoxxuti fuq livell dinji mill-akkademji, l-industrija u mill-korpi regolatorji. B’mod kollettiv, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi xjentifiċi u l-għarfien espert neċessarji li jkopru l-qasam tekniku meħtieġ biex isiru rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza għall-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
3. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jikkunsidra l-kandidati potenzjali proposti mill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati. |
|
4. |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
|
5. |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu. |
|
6. |
Il-Kumitat Xjentifiku jista’, bil-qbil tal-president, jistieden lil persuni oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu. |
|
7. |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprja tiegħu. |
Artikolu 14
Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati
|
1. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkun magħmul minn rappreżentat wieħed ta’ kull Stat Membru u ta’ kull pajjiż assoċjat ma’ Orizzont 2020. Huwa għandu jeleġġi President u viċi President minn fost il-membri tiegħu. |
|
2. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom jiġu organizzati mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv u l-President tal-Bord ta’ Tmexxija jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jattendu għal-laqgħat.
Il-president tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ jistieden lil persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari r-rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali fl-Unjoni u r-rappreżentanti ta’ assoċjazzjonjiet tal-SMEs. |
|
3. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jiġi kkonsultat u, b’mod partikolari, għandu jeżamina l-informazzjoni u jipprovdi opinjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
|
4. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lil u jaġixxi bħala interfaċċja mal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 dwar il-materji li ġejjin:
|
|
5. |
Fuq inizjattiva tiegħu stess, il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet jew proposti għall-Bord ta’ Tmexxija rigward kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji kif ukoll dwar pjani annwali, b’mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jolqtu interessi nazzjonali jew reġjonali.
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu mingħajr dewmien żejjed jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati bis-segwitu għal tali rakkomandazzjonijiet jew proposti, jew għandu jagħti r-raġunijiet fil-każ li ma jkunx ingħata segwitu għalihom. |
|
6. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jirċievi informazzjoni fuq bażi regolari, fost l-oħrajn dwar il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2, dwar l-eżitu ta’ kull sejħa għal proposti u implimentazzjoni tal-proġetti, dwar is-sinerġiji ma’ programmi rilevanti oħrajn tal-Unjoni, u dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
7. |
Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. |
Artikolu 15
Sorsi ta’ finanzjament
|
1. |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għanda tkun iffinanzjata b’mod konġunt mill-Unjoni u l-membri privati u l-entitajiet affiljati tagħhom permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f’pagamenti parzjali u kontribuzzjonijiet li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti li mhumiex imħallsin lura mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
2. |
L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ma għandhomx jaqbżu EUR 78 miljun u għandhom ikunu koperti permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji diviżi ugwalment fuq bażi annwali bejn l-Unjoni u l-membri privati tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, din tista’ tkun disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
3. |
L-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom ikunu koperti permezz ta’:
|
|
4. |
Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:
Kwalunkwe mgħax li jirriżulta mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 mill-membri tagħha għandu jitqies bħala d-dħul tagħha. |
|
5. |
Ir-riżorsi kollha tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu ddedikati għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
|
6. |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jkollha s-sjieda tal-assi kollha ġġenerati minnha jew ttrasferiti lilha għall-kisba tal-objettivi tagħha. |
|
7. |
Ħlief fil-każ li l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 tiġi likwidata, kwalunkwe eċċess ta’ dħul jew infiq m’għandux jitħallas lill-membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
Artikolu 16
Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni
|
1. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ddedikata għall-ispejjeż operazzjonali għandha tiġi allokata kif ġej:
|
|
2. |
Il-finanzjament skont il-paragrafu 1 għandu jkun allokat wara l-evalwazzjoni tal-proposti minn esperti indipendenti. |
|
3. |
Fl-Anness III għal dan ir-Regolament jingħata tqassim indikattiv tal-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ITDs, IADPs u TAs. |
Artikolu 17
Impenji finanzjarji
|
1. |
L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ma għandhomx jaqbżu l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha. |
|
2. |
L-impenji baġitarji jistgħu jitqassmu f’pagamenti parzjali annwali. Kull sena, il-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandhom jmpenjaw l-pagamenti parzjali annwali b’kont dovut tal-progress tal-azzjonijiet li jirċievu l-appoġġ finanzjarju, il-ħtiġijiet stmati u l-baġit disponibbli.
L-iskeda ta’ żmien indikattiva għall-impenn tal-pagamenti parzjali annwali individwali għandha tiġi kkomunikata lill dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni. |
Artikolu 18
Sena finanzjarja
Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 19
Ippjanar operazzjonali u finanzjarju
|
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta għall-adozzjoni mill-Bord ta’ Tmexxija abbozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali jew pluriennali, li għandu jinkludi pjan iddettaljat tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrattivi u l-estimi tal-ispejjeż korrispondenti. L-abbozz ta’ pjan ta’ ħidma għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(3). |
|
2. |
Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ ħidma għandu jkun disponibbli pubblikament. |
|
3. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-abbożż tal-baġit annwali għas-sena segwenti u jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-adozzjoni. |
|
4. |
Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat mill-Bord ta’ Tmexxija sa tmiem is-sena preċedenti. |
|
5. |
Il-baġit annwali għandu jkun adottat sabiex jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni. |
Artikolu 20
Rappurtar operazzjonali u finanzjarju
|
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta’ Tmexxija frigward it-twettiq tad-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni rapport tal-attività annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Ir-rapport tal-attività annwali għandu jinkludi, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
Meta jkun approvat mill-Bord ta’ Tmexxija, ir-rapport tal-attività annwali għandu jkun disponibbli pubblikament. |
|
3. |
Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord ta’ Tmexxija għal opinjoni. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja suċċessiva, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena suċċessiva. Sat-30 ta’ Settembru, id-Direttur Ġenerali għandu jagħti tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet li saru fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu wkoll jippreżenta din it-tweġiba lill-Bord ta’ Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
Artikolu 21
Awditu intern
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.
Artikolu 22
Responsabbiltà tal-membri u assigurazzjoni
|
1. |
Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet tagħhom li jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż amministrattivi. |
|
2. |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandha tagħmel u żżomm assigurazzjoni adattata. |
Artikolu 23
Kunflitt ta’ interess
|
1. |
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2, l-entitajiet u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. |
|
2. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli sabiex jiġu evitati u mmaniġġjati l-kunflitti ta’ interess applikabbli lill-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu. Dawk ir-regoli għandhom ikunu intiżi biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri li jservu fil-Bord ta’ Tmexxija. |
Artikolu 24
Proċess ta’ stralċ
|
1. |
Il-proċess ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għandu jsir fi tmiem il-perijodu definit fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
Minbarra l-paragrafu 1, il-proċedura tal-istralċ għandha tiskatta awtomatikament jekk l-Unjoni jew il-membri privati kollha jirtiraw mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
|
3. |
Bil-għan li jmexxi l-proċedimenti għall-istralċ tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew iktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
4. |
Meta l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 tkun għaddejja mill-proċess ta’ stralċ, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru d-djun tagħha u l-ispiża relatata mal-proċess ta’ stralċ. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-membri fiż-żmien tal-proċess ta’ stralċ proporzjonalment mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom lill-Impriża Konġunta Clean Sky 2. Kwalunkwe eċċess bħal dan li jitqassam lill-Unjoni għandu jiġi ritornat lill-baġit tal-Unjoni. |
|
5. |
Għandha tkun stabbilita proċedura ad hoc li tiżgura l-ġestjoni xierqa ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2 kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’durata itwal mid-durata tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).
ANNESS II
MEMBRI PRIVATI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA CLEAN SKY 2
1. MEXXEJJA:
|
1. |
AgustaWestland SpA and AgustaWestland Limited |
|
2. |
Airbus SAS |
|
3. |
Alenia Aermacchi SpA |
|
4. |
Dassault Aviation SA |
|
5. |
Deutsches Zentrum für Luft- und Raumfahrt (DLR) e.V. |
|
6. |
EADS-CASA |
|
7. |
Airbus Helicopters SAS |
|
8. |
Evektor |
|
9. |
Fraunhofer Gesellschaft zur Förderung der angewandten Forschung e.V |
|
10. |
Liebherr-Aerospace Lindenberg GmbH |
|
11. |
MTU Aero Engines AG |
|
12. |
Piaggio Aero Industries |
|
13. |
Rolls-Royce Plc. |
|
14. |
SAAB AB |
|
15. |
Safran SA |
|
16. |
Thales Avionics SAS |
2. ASSOĊJATI
Lista ta’ Assoċjati tal-Impriża Konġunta Clean Sky skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 li għandhom ukoll ikunu membri tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 skont dan ir-Regolament sakemm jitlestew l-azzjonijiet tagħhom mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 71/2008 (1).
|
1. |
LMS International NV |
|
2. |
Micromega Dynamics |
|
3. |
EPFL Ecole Polytechnique Lausanne |
|
4. |
ETH Zurich |
|
5. |
Huntsman Advanced Materials |
|
6. |
RUAG Schweiz AG |
|
7. |
University of Applied Sciences NW Switzerland (FHNW) |
|
8. |
DIEHL Aerospace |
|
9. |
DLR |
|
10. |
EADS Deutschland GmbH |
|
11. |
HADEG Recycling GmbH |
|
12. |
MTU Aero Engines |
|
13. |
Aeronova Aerospace SAU |
|
14. |
Aeronova Engineering Solutions |
|
15. |
Aeronova Manufacturing Engineering |
|
16. |
ITP |
|
17. |
EADS France |
|
18. |
ONERA |
|
19. |
Zodiac ECE |
|
20. |
Zodiac Intertechnique |
|
21. |
Zodiac Aerazur |
|
22. |
HAI |
|
23. |
IAI |
|
24. |
Aerosoft |
|
25. |
Avio |
|
26. |
CIRA |
|
27. |
CSM |
|
28. |
DEMA |
|
29. |
FOX BIT |
|
30. |
IMAST |
|
31. |
Piaggio Aero Industries |
|
32. |
Politecnico di Torino |
|
33. |
Università degli Studi Di Napoli “Federico II” Polo delle Scienze e della Tecnologia |
|
34. |
Selex ES |
|
35. |
SICAMB SPA |
|
36. |
Università di Bologna |
|
37. |
Università degli Studi di Pisa |
|
38. |
ATR |
|
39. |
ELSIS |
|
40. |
L-Università ta’ Malta |
|
41. |
Aeronamic |
|
42. |
Airborne Technology Centre |
|
43. |
KIN Machinebouw B.V. |
|
44. |
Eurocarbon |
|
45. |
Fokker Aerostructures B.V. (2) |
|
46. |
Fokker Elmo |
|
47. |
Green Systems for Aircraft Foundation (GSAF) |
|
48. |
Igor Stichting IGOR |
|
49. |
Microflown Technologies |
|
50. |
NLR |
|
51. |
Stichting NL Cluster for ED |
|
52. |
Stichting NL Cluster for SFWA |
|
53. |
Sergem Engineering |
|
54. |
GKN Aerospace Norway (3) |
|
55. |
TU Delft |
|
56. |
Universiteit Twente |
|
57. |
PZL - Świdnik |
|
58. |
Avioane Craiova |
|
59. |
INCAS |
|
60. |
Romaero |
|
61. |
Straero |
|
62. |
GKN Aerospace Sweden AB (4) |
|
63. |
CYTEC (5) |
|
64. |
Cranfield University |
|
65. |
QinetiQ |
|
66. |
University of Nottingham |
(1) Din il-lista hi bbażata fuq l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 71/2008, aġġornata abbażi tal-ftehimiet eżistenti dwar l-għotjiet iffirmati mill-Impriża Konġunta Clean Sky.
(2) Preċedentement Stork Aerospace
(3) Preċedentement Volvo Aero Norge AS
(4) Preċedentement Volvo Aero Corporation
(5) Preċedentement UMECO Structural Materials (DERBY) Limited; preċedentement Advanced Composites Group (ACG)
ANNESS III
ALLOKAZZJONI INDIKATTIVA TAL-KONTRIBUZZJONI TAL-UNJONI LILL-ITDS/IADPS/TAS
|
|
100 % |
|
IADPs |
|
|
Inġenji tal-ajru kbar tal-passiġġieri |
32 % |
|
Inġenji tal-ajru reġjonali |
6 % |
|
Inġenji bl-iskrejjen |
12 % |
|
ITDs |
|
|
Oqfsa tal-ajruplani |
19 % |
|
Inġenji |
17 % |
|
Sistemi |
14 % |
|
Attivitajiet trasversali |
|
|
Evalwatur tat-Teknoloġija |
1 % tal-valuri IADP/ITD ta’ hawn fuq |
|
Attività trasversali Eco-DESIGN |
2 % tal-valuri IADP/ITD ta’ hawn fuq |
|
Attività Trasversali tat-Trasport Żgħir bl-Ajru |
4 % tal-valuri IADP/ITD ta’ hawn fuq |