20.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/36 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 143(5) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 312(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 143(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni tirreferi għat-tip ta' skoperturi li jista' jitkejjel b'sistema ta' kklassifikazzjoni speċifika. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmel differenza bejn estensjonijiet materjali jew bidliet fl-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna (l-approċċ IRB) u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (AMA) li huma suġġetti għal approvazzjoni, u l-bidliet l-oħrajn kollha li huma soġġetti għal notifika. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar ma hemm l-ebda indikazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar it-twaqqit tan-notifika tal-estensjoni jew tal-bidla, jiġifieri dwar jekk il-bidla għandhiex tiġi notifikata qabel jew wara l-implimentazzjoni tagħha. Għandu jiġi kkunsidrat li l-estensjonijiet jew il-bidliet ta' importanza minuri ma għandhomx għalfejn ikunu magħrufa lill-awtoritajiet kompetenti bil-quddiem. Barra minn hekk, ikun aktar effiċjenti u ta' inqas piż għall-istituzzjonijiet li jinġabru l-bidliet ta' importanza żgħira bħal dawn u li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti f'intervalli regolari. Tabilħaqq, din kienet diġà prassi superviżorja f'diversi Stati Membri. Għalhekk, l-estensjonijiet u l-bidliet li jkunu jeħtieġu notifika għandhom jerġgħu jinqasmu f'estensjonijiet u tibdiliet li jkunu jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom u estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu biss notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom. Dan ikun jiżgura aktar li l-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma tagħhom ta' kuljum jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-estensjonijiet u l-bidliet bil-potenzjal li jbiddlu materjalment ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew il-prestazzjoni tal-mudelli jew tas-sistemi ta' klassifikazzjoni. Dan għandu jiżgura wkoll li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn l-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza kbira mill-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza żgħira fuq il-bażi ta' approċċ superviżorju bbażat fuq ir-riskju. Tali distinzjoni bejn l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika qabel l-implimentazzjoni u l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika wara l-implimentazzjoni, tkun waħda prudenti, minħabba li n-notifika qabel l-implimentazzjoni tkun tipprovi lill-awtoritajiet kompetenti bil-possibbiltà li jirrieżaminaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan għandu wkoll inaqqas il-piż tas-superviżjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet. |
(3) |
Il-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet fil-mudelli normalment tiddependi fuq it-tip u l-kategorija tal-estensjoni jew tal-bidla proposta (li għandha tiġi riflessa fi kriterji kwalitattivi), u fuq il-potenzjal tagħhom li jbiddlu r-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju (li għandhom jiġu riflessi fi kriterji kwantitattivi). Għalhekk kwalunkwe kriterja kwantitattiva għar-rieżami tal-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet għandha tieħu l-forma ta' limitu bbażat fuq il-bidla perċentwali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju qabel u wara l-bidla. |
(4) |
Filwaqt li għal estensjonijiet u bidliet għall-approċċi AMA, il-limitu kwantitattiv għandu jiġi kkalkulat, għal raġunijiet ta' sempliċità, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, għal bidliet tal-approċċi IRB il-limitu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, sabiex jiġi evitat li l-limiti jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq mid-differenzi fl-ammonti tal-aġġustamenti fil-valur ta' kreditu magħmula, li jaffettwaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, iżda mhux l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju. Barra minn hekk, il-limiti kwantitattivi għandhom ikunu mfassla biex iqisu l-impatt globali tal-estensjonijiet jew il-bidliet fuq il-kapital meħtieġ ibbażat fuq l-approċċi interni kif ukoll l-approċċi standardizzati, sabiex jirriflettu l-punt safejn l-approċċi interni jintużaw għar-rekwiżiti ta' fondi proprji globali jew l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju. Dan japplika għal-limiti kollha għaż-żewġ approċċi, ħlief fir-rigward tat-tieni limitu fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) għall-approċċ IRB u l-limitu ta' notifika minn qabel għall-Approċċ IRB li huma mfassla fir-rigward tal-impatt tal-bidliet fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju koperti mill-firxa ta' applikazzjoni ta' mudell speċifiku. Kemm għall-approċċ IRB kif ukoll dak AMA, il-kalkoli biex jiġi dderivat l-impatt ta' estensjoni jew bidla speċifika għandhom isiru b'referenza għall-istess waqt ta' żmien speċifiku, minħabba li s-sett ta' skoperturi (fil-każ tal-Approċċ IRB) u l-profil tar-riskju (fil-każ tal-AMA) huma relattivament stabbli tul iż-żmien. |
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu fi kwalunkwe ħin jieħdu miżuri superviżorji xierqa fir-rigward ta' estensjonijiet u bidliet ta' mudelli li ġew notifikati, fuq il-bażi ta' rieżami kontinwu tal-permessi eżistenti għall-użu ta' approċċi interni previsti fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Min-naħa l-waħda, dan huwa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6, jew il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4 jew il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jibqgħu jiġu ssodisfati. Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli biex jiġu stabbiliti l-iskattaturi għal approvazzjonijiet u notifiki ġodda tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi interni. Dawn ir-regoli ma għandhomx jaffettwaw l-approċċi ta' rieżami tal-mudelli interni superviżorji jew il-proċessi amministrattivi stipulati fl-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(6) |
Tibdil fl-użu parzjali permanenti tal-approċċi interni jew, fejn applikabbli, lill-implimentazzjoni sekwenzjali tal-approċċi interni huma koperti bl-Artikoli 148 u 150 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-approċċ IRB u l-Artikolu 314 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-AMA. Għalhekk dawn it-tipi ta' bidliet m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-permess tal-awtoritajiet kompetenti jirrigwarda l-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' data u s-sistemi tal-IT tal-approċċi, għalhekk l-allinjament kontinwu tal-mudelli mal-kalkolu tas-sett ta' dejta użat, ibbażat fuq il-metodi approvati, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' dejta u s-sistemi tal-IT, m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament. |
(8) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw li l-istituzzjonijiet ikunu applikaw ir-regoli dwar il-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet b'mod korrett, id-dokumentazzjoni xierqa għandha tiġi preżentata mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jitnaqqas il-piż tas-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet u biex tiżdied l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti f'dak ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw rekwiżiti ta' dokumentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew notifiki tal-estensjonijiet u l-bidliet. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jirreferu għal estensjonijiet u/jew tibdiliet lill-approċċi AMA u IRB għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu u r-risku operazzjonali u peress li l-kwistjonijiet u l-proċeduri superviżorji rilevanti huma simili għal dawk iż-żewġ tipi ta' approċċi interni. Biex tkun żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, u biex jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess b'mod ikkoordinat għalihom minn persuni suġġetti għall-obbligi rilevanti, huwa mixtieq li dawn jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u li jinkludu l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar estensjonijiet u bidliet lill-mudelli interni għar-riskju ta' kreditu u r-riskju operazzjonali, f'Regolament wieħed. Madankollu, billi l-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 312(4) jittratta kwistjoni differenti, dan ir-Regolament jindirizza biss il-punti (b) u (c). |
(11) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet lill-approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat permessi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l-modalitajiet tan-notifiki ta' tali bidliet u estensjonijiet.
Artikolu 2
Kategoriji tal-estensjonijiet u l-bidliet
1. Il-materjalità ta' bidliet għall-firxa tal-applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità, jew ta' bidliet lis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew lill-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, għall-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (“bidliet fl-approċċ IRB”) jew tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-Approċċ ta' Kejl Avvanzat, (“estensjonijiet u bidliet fl-AMA”) għandha tiġi kklassifikata f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a) |
estensjonijiet u bidliet materjali, li, skont l-Artikoli 143(3) u 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti; |
(b) |
estensjonijiet u bidliet oħra, li jeħtieġu notifika lill-awtoritajiet kompetenti. |
2. L-estensjonijiet u l-bidliet msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ukoll jiġu kklassifikati fi:
(a) |
estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom; |
(b) |
estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 3
Il-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u tal-bidliet
1. 1. Il-klassifikazzjoni ta' bidliet fl-approċċ IRB jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 4 u 5.
Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-AMA jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 u 7.
2. Fejn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jikkalkulaw l-impatt kwantitattiv ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, japplikaw il-metodoloġija li ġejja:
(a) |
għall-iskop ta' valutazzjoni tal-impatt kwantitattiva l-istituzzjonijiet jużaw l-aktar dejta riċenti disponibbli; |
(b) |
fejn valutazzjoni preċiża tal-impatt kwantitattiv ma tkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet minflok iwettqu valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv jew metodoloġiji ta' inferenza affidabbli oħra; |
(c) |
għal bidliet li ma jkollhom l-ebda impatt kwantitattiv dirett, l-ebda impatt kwantitattiv kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) għall-Approċċ IRB jew fl-Artikolu 6(1)(c) għal AMA ma għandu jiġi kkalkulat. |
3. Estensjoni jew bidla materjali waħda ma għandhiex tinqasam f'diversi bidliet jew estensjonijiet ta' anqas materjalità.
4. F'każ ta' dubju, l-istituzzjonijiet jassenjaw estensjonijiet u bidliet lill-kategorija tal-materjalità bl-ogħla potenzjal.
5. Fejn l-awtoritajiet kompetenti pprovdew il-permess tagħhom fir-rigward ta' estensjoni jew bidla materjali, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq l-estensjoni approvata jew il-bidla mid-data speċifikata fil-permess il-ġdid li jissostitwixxi 'l dak ta' qablu. In-nonimplimentazzjoni fid-data speċifikata fil-permess il-ġdid ta' estensjoni jew bidla li għaliha ingħata l-permess mill-awtoritajiet kompetenti, teħtieġ permess ġdid mill-awtoritajiet kompetenti li jrid jiġi applikat mingħajr dewmien bla bżonn.
6. F'każ ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla li għaliha jkun ingħata l-permess mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tippreżentalha pjan għal implimentazzjoni f'waqtha tal-estensjoni jew tal-bidla approvata, li hi trid tapplika f'perjodu ta' żmien li jrid jiġi miftiehem mal-awtorità kompetenti.
7. Fejn estensjoni jew bidla hija kklassifikata bħala waħda li teħtieġ notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti, u fejn, sussegwentement għan-notifika, l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li ma jimplimentawx l-estensjoni jew il-bidla, l-istituzzjonijiet jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti b'din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
Bidliet materjali lill-approċċ IRB
1. Bidliet lill-approċċ IRB jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1; |
(b) |
dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 1; |
(c) |
dawn jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja; |
(b) |
fid-denominatur l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja. |
Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.
Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla; |
(b) |
fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. |
Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.
Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.
Artikolu 5
Bidliet għall-approċċ IRB mhux ikkunsidrati bħala materjali
1. Bidliet għall-approċċ IRB, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:
(a) |
bidliet li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom:
|
(b) |
il-bidliet l-oħra kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(a)(iii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla; |
(b) |
fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. |
Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.
Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.
Artikolu 6
Estensjonijiet materjali u bidliet fl-AMA
1. Estensjonijiet u bidliet fl-AMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jekk jaqgħu taħt kwalunkwe estensjoni deskritta fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1; |
(b) |
jekk jaqgħu taħt kwalunkwe bidla deskritta fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 1; |
(c) |
jekk jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu ta' applikazzjoni tal-mudell AMA qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja; |
(b) |
fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja. |
Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.
Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:
(a) |
fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu tal-applikazzjoni tal-mudell qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA; |
(b) |
fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA. |
Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.
Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.
Artikolu 7
Estensjonijiet u bidliet fl-AMA li mhumiex ikkunsidrati materjali
Estensjonijiet u bidliet fl-AMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 312(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:
(a) |
estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2 u l-Parti II, it-Taqsima 2, jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom; |
(b) |
l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali. |
Artikolu 8
Dokumentazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet
1. Għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ IRB jew fl-AMA ikklassifikati bħala li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien mal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni li ġejja:
(a) |
deskrizzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla, ir-raġuni għaliha u l-għan tagħha; |
(b) |
id-data ta' implimentazzjoni; |
(c) |
l-ambitu tal-applikazzjoni affettwat mill-estensjoni jew mill-bidla fil-mudell b'karatteristiċi ta' volum; |
(d) |
dokument(i) tekniċi u ta' proċess; |
(e) |
ir-rapporti tar-rieżami jew il-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjonijiet; |
(f) |
konferma li l-estensjoni jew il-bidla ġiet approvata permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni mill-korpi kompetenti u d-data tal-approvazzjoni; |
(g) |
fejn applikabbli, l-impatt kwantitattiv tal-bidla jew tal-estensjoni fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji; |
(h) |
rekords tan-numru tal-verżjoni attwali u preċedenti tal-istituzzjoni tal-mudelli interni li huma soġġetti għal approvazzjoni. |
2. Għal estensjonijiet u bidliet ikklassifikati bħala li jirrikjedu notifika jew qabel jew wara l-implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien man-notifika, id-dokumentazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (f) u (g) tal-paragrafu 1.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB)
PARTI I
BIDLIET FIL-FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊI BBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI FIR-RIGWARD TA' SKOPERTURI TAL-EKWITÀ
TAQSIMA 1
Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)
1. |
L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal:
|
2. |
L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità, għal waħda minn dawn it-tipi ta' skoperturi:
|
TAQSIMA 2
Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti
1. |
It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni jew l-ambitu tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni. |
2. |
It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità. |
3. |
L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li għaliha jista' jintwera li din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 1 ta' dan l-Anness. |
4. |
L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità fejn estensjoni bħal din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2 ta' dan l-Anness. |
PARTI II
BIDLIET FIS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊ IBBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI GĦAL SKOPERTURI TAL-EKWITÀ
TAQSIMA 1
Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)
1. |
Bidliet fil-metodoloġija ta' assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet ta' skopertura u sistemi ta' klassifikazzjoni. Dawn jinkludu:
|
2. |
Il-bidliet segwenti fl-algoritmi u l-proċeduri użati għal: l-assenazzjoni ta' debituri għal gradi jew pulijiet ta' debituri; għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew pulijiet ta' faċilità; jew għall-kwantifikazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza mid-debitur jew telf assoċjat (“bidliet fil-metodoloġija ta' klassifikazzjoni għas-sistemi IRB”):
|
3. |
Bidliet fid-definizzjoni ta' adempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
4. |
Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni u/jew proċessi ta' validazzjoni li jwasslu għal bidliet fiil-ġudizzju tal-istituzzjoni dwar il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-istima tal-parametri ta' riskju rilevanti, il-proċessi ta' klassifikazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 185(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
5. |
Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:
|
TAQSIMA 2
Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti
1. |
Bidliet fit-trattament ta' riċevibbli mixtrija skont l-Artikolu 153(6) u (7) u l-Artikolu 154(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. |
Il-bidliet li ġejjin fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni għas-sistemi IRB:
|
3. |
Bidliet fil-metodiloġija u/jew fil-proċess ta' validazzoni skont l-Artikoli 185 u 188 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness; |
4. |
Bidliet fi proċessi. Dawn jinkludu:
|
5. |
Bidliet fid-dejta. Dawn jinkludu:
|
6. |
Bidliet fl-użu ta' mudelli, jekk istituzzjoni tibda tuża stimi ta' parametri tar-riskju għal skopijiet ta' operat intern li mhumiex dawk użati għal finijiet regolatorji u, fejn dan qabel ma kienx il-każ, fil-linji stabbiliti skont l-Artikolu 179(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
7. |
Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:
|
ANNESS II
ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA
PARTI I
TAQSIMA 1
Estensjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)
1. |
L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' kejl biex titqies it-tpaċija għat-telf mistenni fi prattiki tal-operat tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 322(2)(a) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013. |
2. |
L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali bħal mekkaniżmi ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
3. |
Ir-rikonoxximent għall-ewwel darba ta' korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
4. |
L-introduzzjoni għall-ewwel darba tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali fost l-entitajiet differenti tal-grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
5. |
L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan tat-tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw għal aktar minn 5 % tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja. |
Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
TAQSIMA 2
Estensjonijiet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti
L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew fil-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan ta' tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja għaż-żewġ każijiet li ġejjin:
(a) |
iktar minn 1 %; |
(b) |
5 % jew inqas. |
Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
PARTI II
BIDLIET LILL-AMA
TAQSIMA 1
Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)
1. |
Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operattazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskji għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jnaqqsu l-kapaċità tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali li tissorvelja u tinforma l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-operat u tal-unitajiet ta' sostenn li huma jikkontrollaw. |
2. |
Bidliet fis-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali jekk jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
3. |
Bidliet fil-proċeduri relatati ma' dejta interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern fejn huma:
|
4. |
Bidlet fil-metodu kumplessiv ta' kif il-kuntratti ta' assigurazzjoni u/jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju jiġu rikonoxxuti fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tal-AMA skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
5. |
It-tnaqqis tal-parti tar-riskju operazzjonali meqjus mill-AMA fl-istituzzjoni jew fi grupp ta' istituzzjonijiet bl-użu tal-AMA skont l-Artikolu 314(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Dan il-kalkolu jsir meta l-istituzzjoni tapplika għal din il-bidla u għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżit kapitali kif ikkalkolat fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti.
TAQSIMA 2
Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti
1. |
Bidliet fil-mod kif is-sistema għall-kejl tar-riskju operazzjonali hija integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar ta' kuljum permezz tal-proċessi u l-politiki tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-bidliet ikollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
|
2. |
Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-maniġment tar-riskju għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:
|
3. |
Bidliet fil-proċessi ta' validazzjoni u l-analiżi interna skont l-Artikolu 321(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk ibiddlu l-loġika u l-metodoloġiji użati għal validazzjoni jew l-analiżi interna tal-qafas tal-AMA. |
4. |
Bidliet fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tar-riskju operazzjonali li jbiddlu waħda minn dawn li ġejjin:
|
5. |
Bidliet fl-istandards relatati mad-dejta interna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll intern jekk huma:
|
6. |
Bidliet fl-istandards li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
7. |
Bidliet rilevanti fis-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw l-AMA, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, il-proċeduri ta' rappurtar u s-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, li jnaqqsu l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta jew is-sistemi tal-IT. |