17.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2014

tal-5 ta' Marzu 2014

li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012, (UE) Nru 874/2012, (UE) Nru 665/2013, (UE) Nru 811/2013 u (UE) Nru 812/2013 dwar it-tikkettar ta' prodotti b'rabta mal-enerġija fuq l-Internet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi d-dettalji dwar it-tikkettar ta' prodotti b'rabta mal-enerġija permezz ta' atti delegati li fihom miżuri li jiżguraw li l-utenti finali potenzjali jingħataw l-informazzjoni speċifikata fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-prodott fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, inkluż il-bejgħ bil-posta, permezz ta' katalgu, il-kummerċjalizzazzjoni televiżiva jew permezz tal-Internet.

(2)

Bħalissa, huwa speċifikat li fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod l-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tiġi ppreżentata f'ordni speċifika. Madanakollu, bħalissa ma hemm ebda rekwiżit li t-tikketta nfisha jew l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott jintwerew. Għaldaqstant, l-abbiltà tal-utenti finali li jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar ix-xiri tagħhom hija affettwata fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod għaliex la huma ggwidati mill-iskala tal-kulur tat-tikketta, u anqas mhuma mgħarrfin dwar liema klassi ta' tikkettar tal-enerġija huwa l-aħjar għall-grupp tal-prodotti jew mogħtija l-informazzjoni addizzjonali li tinsab fl-iskeda.

(3)

Il-bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet qiegħed isir dejjem aktar sehem sinifikanti tal-bejgħ ta' prodotti relatati mal-enerġija. Meta jsir bejgħ permezz tal-Internet, huwa possibbli li tintwera t-tikketta u l-iskeda mingħajr ma jiddaħħal piż amministrattiv addizzjonali. Għaldaqstant, il-fornituri għandhom juru t-tikketta u l-iskeda meta jbiegħu permezz tal-Internet.

(4)

Biex it-tikketta u l-iskeda jintwerew fuq l-Internet, il-fornituri għandhom jagħtu lin-negozjanti verżjoni elettronika tat-tikketta u l-iskeda għal kull mudell ta' prodott relatat mal-enerġija, eż. billi jagħmluhom disponibbli fuq sit fejn dawn jistgħu jitniżżlu min-negozjanti.

(5)

Biex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament bħala parti miċ-ċikli normali tan-negozju, il-fornituri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu t-tikketta u l-iskeda disponibbli elettronikament għal mudelli ġodda biss, inklużi aġġornamenti ta' mudelli eżistenti, li f'termini prattiċi jfisser dawk b'identifikatur ġdid tal-mudell. Għal mudelli eżistenti, l-provvista ta' tikketta u skeda elettroniċi għandha tkun fuq bażi personali.

(6)

Peress li l-wiri tat-tikketta u l-iskeda ħdejn il-prodott jista' jeħtieġ iktar spazju fuq l-iskrin, għandu jkun permess li dawn jintwerew permezz ta' wiri ta' ħaġa ġo oħra.

(7)

Ir-Regolamenti Degelati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (2), (UE) Nru 1060/2010 (3), (UE) Nru 1061/2010 (4), (UE) Nru 1062/2010 (5), (UE) Nru 626/2011 (6), (UE) Nru 392/2012 (7), (UE) Nru 874/2012 (8), (UE) Nru 665/2013 (9), (UE) Nru 811/2013 (10) u (UE) Nru 812/2013 (11), għandhom għaldaqstant jiġu emendati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1059/2010

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1059/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilita fl-Anness I hija disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti;”;

(b)

Huwa miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilita fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jistax ikun mistenni li jara l-magna domestika tal-ħasil tal-platti murija, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness IV. Meta l-offerta issir permezz tal-Internet u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu saru disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;”.

(3)

Jiżdied Anness VIII ġdid skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1060/2010

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1060/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' tagħmir refriġeranti domestiku mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' issir disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' tagħmir refriġeranti domestiku;”;

(b)

Huwa miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' tagħmir refriġeranti domestiku mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll għall-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' tagħmir refriġeranti domestiku.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

tagħmir refriġeranti domestiku offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ikun ikkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness V. Meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, u tikketta u skeda tal-prodott elettroniċi jkunu saru disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness X;”.

(3)

Jiżdied Anness X ġdid skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1061/2010

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1061/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ imqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni tal-ħasil domestiċi;”;

(b)

Huwa miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ imqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni tal-ħasil domestiċi.”

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness IV. Fejn l-offerta ssir permezz tal-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu saru disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;”.

(3)

Jiżdied Anness VIII ġdid skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2010

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness V issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' televixin mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra tat-televixin;”;

(b)

Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' televixin mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra tat-televixin.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

televixins offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness VI. Fejn l-offerta ssir permezz tal-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu ġew magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(f) u 3(1)(g) minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;”.

(3)

Jiżdied Anness IX ġdid skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' kundizzjonatur tal-arja mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell, b'rispett għall-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II. Tista' tiġi magħmula disponibbli lil kummerċjanti ta' mudelli oħra ta' kundizzjonaturi tal-arja;”;

(b)

Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (i) li ġej:

“(i)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness IV issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' kundizzjonatur tal-arja mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' kundizzjonaturi tal-arja.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

kundizzjonaturi tal-arja offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Annessi IV u VI. Fejn l-offerta tkun magħmula permezz tal-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu ġew magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(h) u 3(1)(i), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;”.

(3)

Jiżdied Anness IX ġdid skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 392/2012

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 392/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ;”;

(b)

Huwa miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ.”.

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ offruti għall-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, kif jispeċifika l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, huma kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Meta l-offerta ssir bl-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika jkunu ġew magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(f) u 3(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;”.

(3)

Jiżdied Anness VIII ġdid skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bozoz tal-elettriku mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' bozoz tal-elettriku;”;

(b)

Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' unità tat-tidwil mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' unitajiet tat-tidwil.”.

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(a)

kull mudell offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri huwa kkummerċjalizzat bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness IV. Meta l-offerta tkun magħmula permezz tal-Internet, u tikketta elettronika tkun ġiet magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(f) minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (d) li ġej huwa miżjud:

“(d)

kull mudell offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs permezz tal-Internet u li għalih tikketta elettronika tkun ġiet magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(2)(e) huwa akkumpanjat bit-tikketta skont l-Anness VIII.”.

(3)

Jiżdied Anness VIII ġdid skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 665/2013

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 665/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness II issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' vacuum cleaner imqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' vacuum cleaners;”;

(b)

Fil-paragrafu 1, għandu jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' vacuum cleaner mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' vacuum cleaners;”;

(2)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

vacuum cleaners offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, kif speċifikat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, huma kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament. Meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, u tikketta elettronika u skeda tal-prodott elettronika tkun ġiet magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(f) u 3(1)(g), minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;”.

(3)

Jiżdied Anness VIII ġdid skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (f) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-post konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-post staġjonali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II;”;

(b)

Fil-paragrafu 1, il-punt (g) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-post, li biha għall-mudelli ta' ħiters tal-post b'pompa tas-sħana, l-iskeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott tkun disponibbli għan-negozjanti tal-inqas għall-ġeneratur tas-sħana;”;

(c)

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mis-26 ta' Settembru 2019 tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness III għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-post konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-post staġjonali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II.”;

(d)

Fil-paragrafu 2, il-punt (f) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 2.1 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter ikkombinat konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-post staġjonali u klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 u 2 tal-Anness II;”;

(e)

Fil-paragrafu 2, il-punt (g) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness IV issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter ikkombinat, li biha għall-mudelli ta' ħiters tal-post b'pompa tas-sħana, l-iskeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott tkun disponibbli għan-negozjanti tal-inqas għall-ġeneratur tas-sħana;”;

(f)

“Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

Mis-26 ta' Settembru 2019 tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fil-punt 2.2 tal-Anness III għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter ikkombinat konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-post staġjonali u l-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II.”;

(g)

Fil-paragrafu 3 il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' regolatur tat-temperatura.”.

(h)

Fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' regolatur ta' apparat solari.”.

(i)

Fil-paragrafu 5, għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-post staġjonali stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II;”;

(j)

Fil-paragrafu 5, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari.”.

(k)

Fil-paragrafu 6, għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness III għandha ssir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post staġjonali u l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II;”.

(l)

Fil-paragrafu 6, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 6 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari.”.

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

ħiters tal-post offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-ħiter tal-post għall-wiri, jkunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX għandhom japplikaw;”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

ħiters ikkombinati offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-ħiter ikkombinat għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-punt 2 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;”;

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

pakketti ta' ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-pakkett ta' ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija skont il-punt 3 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta issir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;”;

(d)

Fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

pakketti ta' ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-pakkett ta' ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari għall-wiri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija skont il-punt 4 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX;”.

(3)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

(4)

Jiżdied Anness IX ġdid skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (f) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilita fil-punt 1.1 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-ilma, skont il-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II;”.

(b)

Fil-paragrafu 1, il-punt (g) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-ilma, li biha għall-mudelli ta' ħiters tal-ilma b'pompa tas-sħana, l-iskeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott tkun disponibbli għan-negozjanti tal-inqas għall-ġeneratur tas-sħana.”;

(c)

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mis-26 ta' Settembru 2017 tikketta elettronika fil-format bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness III għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' ħiter tal-ilma konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II.”;

(d)

Fil-paragrafu 2, il-punt (f) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fil-punt 2.1 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' tank għall-ħażna tal-misħun skont il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ilma stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II;”;

(e)

Fil-paragrafu 2, il-punt (g) li ġej huwa miżjud fl-ewwel subparagrafu:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness IV issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' tank għall-ħażna tal-misħun.”;

(f)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mis-26 ta' Settembru 2017 tikketta elettronika fil-format bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 2.2 tal-Anness III għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' tank għall-ħażna tal-misħun, skont il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II.”;

(g)

Fil-paragrafu 3 il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' apparat solari.”;

(h)

Fil-paragrafu 4, għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilita fil-punt 3 tal-Anness III issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u apparat solari, skont il-klassijiet tal-effiċjenza tal-ħiters tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II;”.

(i)

Fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

skeda elettronika tal-informazzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell magħmul minn pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u apparat solari.”.

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

ħiters tal-ilma offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-ħiter tal-ilma għall-wiri, jkunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta tkun magħmula permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness X;”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

it-tankijiet għall-ħażna tal-misħun offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs, meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara t-tank għall-ħażna tal-misħun għall-wiri, jkunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont il-punt 2 tal-Anness VI; ħlief meta l-offerta ssir permezz tal-Internet f'liema każ id-dispożizzjonijiet fl-Anness X għandhom japplikaw;”;

(c)

Fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

pakketti ta' ħiter tal-ilma u apparat solari offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs, meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-pakkett ta' ħiter tal-ilma u apparat solari għall-wiri, jkunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni mogħtija skont il-punt 3 tal-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness X;”.

(3)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament.

(4)

Jiżdied Anness X ġdid skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimentaw d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(4)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(5)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

(6)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).


ANNESS I

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 1059/2010

L-Anness VIII li ġej huwa miżjud:

“ANNESS VIII

L-Informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri, jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 2 tal-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 1

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS II

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 1060/2010

L-Anness X li ġej huwa miżjud:

“ANNESS X

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate u smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 3 tal-Anness II. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 2

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS III

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 1061/2010

Għandu jiżdied l-Anness VIII li ġej:

“ANNESS VIII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate u smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 2 tal-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, u f'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 3

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, u f'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS IV

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 1062/2010

L-Anness IX li ġej huwa miżjud:

“ANNESS IX

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(3). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 5 tal-Anness V. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, u f'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 4

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS V

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 626/2011

L-Anness IX li ġej huwa miżjud:

“ANNESS IX

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(h) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(4) sa 3(6). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 5

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(i) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS VI

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 392/2012

L-Anness VIII li ġej huwa miżjud:

“ANNESS VIII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 4 tal-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 6

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li tista' tinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS VII

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 874/2012

L-Anness VIII li ġej huwa miżjud:

“ANNESS VIII

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 4 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex tiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(f) jew l-Artikolu 3(2)(e) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 7

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.”


ANNESS VIII

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 665/2013

L-Anness VII li ġej hu miżjud:

“ANNESS VII

L-informazzjoni li għandha tingħata fil-każ tal-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs permezz tal-Internet

(1)   

Għall-għanijiet tal-punti minn 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċja viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal apparati bħat-tablets, il-kompjuters tat-tip slate u l-ismartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-immaġni, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(f) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3(2). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 3 tal-Anness II. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-immaġni li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-immaġni l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-immaġni li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 8

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-immaġni msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-immaġni għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun fil-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda xierqa bl-informazzjoni dwar il-prodott li tkun magħmula disponibbli mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta' din l-iskeda bl-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda bl-informazzjoni dwar il-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa użata biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda bl-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda bl-informazzjoni dwar il-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda bl-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS IX

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 811/2013

(a)   

Fl-Anness VI, it-titolu jinbidel b' dan li ġej:

“L-informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet”

(b)   

L-Anness IX li ġej huwa miżjud:

“ANNESS IX

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex tiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 jew fil-każ ta' pakkett fejn jiġi mimli b'mod xieraq ibbażat fuq it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni pprovduti mill-fornituri skont l-Artikolu 3 għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3. Jekk jintwerew kemm prodott kif ukoll pakkett, iżda bi prezz li jidher biss fuq il-pakkett, għandha tintwera biss it-tikketta tal-pakkett. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew pakkett fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 9

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”


ANNESS X

Emendi għall-Annessi tar-Regolament ta' Delega (UE) 812/2013

(a)   

Fl-Anness VI, it-titolu jinbidel b' dan li ġej:

“L-informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet”

(b)   

L-Anness X li ġej huwa miżjud:

“ANNESS X

L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

(1)   

Għall-finijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘mekkaniżmu għall-wiri’ tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

(b)

‘wiri ta' ħaġa ġo oħra’ tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

‘skrin tattilu’ tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

(d)

‘test alternattiv’ tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex tiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

(2)   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 jew fil-każ ta' pakkett fejn jiġi mimli b'mod xieraq ibbażat fuq it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni pprovduti mill-fornituri skont l-Artikolu 3 għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett skont l-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 3. Jekk jintwerew kemm prodott kif ukoll pakkett, iżda bi prezz li jidher biss fuq il-pakkett, għandha tintwera biss it-tikketta tal-pakkett. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

(3)   

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 10

(4)   

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (‘tab’) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott jew tal-pakkett, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

(5)   

L-iskeda tal-informazzjoni x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott jew tal-pakkett. Id-daqs ta' din l-iskeda tal-informazzjoni għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem ‘L-iskeda tal-informzzjoni tal-prodott’. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.”