31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/22


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 149 tal-20 ta’ Mejju 2014 )

1.

Fil-paġna 17, l-Artikolu 13(2),

minflok:

“2.   EUR 4 340 800 000 mir-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd, għall-immarketjar u l-miżuri relatati mal-ipproċessar u għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-istati Membri taħt il-Kapitoli I, II, III, IV u VII tat-Titolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 67.”,

aqra:

“2.   EUR 4 340 800 000 mir-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, għall-immarketjar u l-miżuri relatati mal-ipproċessar u għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri taħt il-Kapitoli I, II, III, IV u VII tat-Titolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 67.”;

2.

Fil-paġna 21, il-punt (d) tal-Artikolu 22(2),

minflok:

“(d)

l-emendi msemmija fl-Artikolu 20(3), kif ukoll fil-każ ta’ emendi oħrajn għat-taqsima tal-programm operazzjoni msemmi fil-punt (n) tal-Artikolu 18(1).”,

aqra:

“(d)

l-emendi msemmija fl-Artikolu 20(3), kif ukoll fil-każ ta’ emendi oħrajn għat-taqsima tal-programm operazzjoni msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 18(1).”;

3.

Fil-paġna 22, l-Artikolu 26(1),

minflok:

“1.   Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġa proġetti li għandhom l-għan li…”,

aqra:

“1.   Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet li għandhom l-għan li…”;

4.

Fil-paġna 23, l-Artikolu 27(1),

minflok:

“(a)

studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ proġetti potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ taħt dan il-Kapitolu;”,

aqra:

“(a)

studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ operazzjonijiet potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ taħt dan il-Kapitolu;”;

5.

Fil-paġna 28, il-punt (d) tal-Artikolu 40(1),

minflok:

“(d)

it-tħejjija inkluż l-istudji, it-tfassil, il-monitoraġġ u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni għal attivitajiet relatati mas-sajd marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta’ spazji protetti msemmija fid-Direttiva 2008/56/KE u relatat ma’ ħabitats speċjali oħrajn;”,

aqra:

“(d)

it-tħejjija inkluż l-istudji, it-tfassil, il-monitoraġġ u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni għal attivitajiet relatati mas-sajd marbutin mas-siti NATURA 2000 u miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazji msemmija fid-Direttiva 2008/56/KE u relatati ma’ ħabitats speċjali oħrajn;”;

6.

Fil-paġna 31, l-Artikolu 44(2),

minflok:

“2.   Il-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ għal investimenti relatati mal-bidu (start-up) ta’ negozji għal sajjieda żgħażagħ kif imsemmi fl-Artikolu 31 u bl-istess kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu għajr għar-rekwiżit taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.”,

aqra:

“2.   l-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ għal investimenti relatati mal-bidu (start-up) ta’ negozji għal sajjieda żgħażagħ kif imsemmi fl-Artikolu 31 u bl-istess kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu għajr għar-rekwiżit taħt il-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.”;

7.

Fil-paġna 33, il-punt (b) tal-Artikolu 49(2) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna relatata,

minflok:

“(b)

il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u d-Direttiva 92/43/KEE;

aqra:

“(b)

il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u d-Direttiva 92/43/KEE;

8.

Fil-paġna 36, il-punt (a) tal-Artikolu 56(1) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna relatata,

minflok:

“(a)

l-ispejjeż għall-kontroll u l-qerda tal-mard fis-settur tal-akkwakultura skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE (3), inkluż l-ispejjeż operazzjonali meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi fi pjan ta’ qerda tal-mard;

aqra:

“(a)

l-ispejjeż għall-kontroll u l-qerda tal-mard fis-settur tal-akkwakultura skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkluż l-ispejjeż operazzjonali meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi fi pjan ta’ qerda tal-mard;

9.

Fil-paġna 38, l-Artikolu 61(4),

minflok:

“4.   Jekk l-istrateġija għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità tiġi appoġġata minn Fondi oħrajn minbarra l-FEMS, il-korp tal-għażla tal-FLAGs għall-proġetti appoġġati mill-FEMS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3.”,

aqra:

“4.   Jekk l-istrateġija għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità tiġi appoġġata minn Fondi oħrajn minbarra l-FEMS, il-korp tal-għażla tal-FLAGs għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3.”;

10.

Fil-paġna 44, l-Artikolu 76(3) u (4),

minflok:

“3.   Il-miżuri elenkati fil-punti (h) sa (l) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.

4.   Fil-każ tal-miżuri elenkati fil-punti (d) u (h) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw l-awtoritajiet ta’ ġestjoni responsabbli mill-proġett.”,

aqra:

“3.   L-operazzjonijiet elenkati fil-punti (h) sa (l) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.

4.   Fil-każ tal-operazzjonijiet elenkati fil-punti (d) u (h) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw l-awtoritajiet ta’ ġestjoni responsabbli mill-operazzjoni.”;

11.

Fil-paġna 52, l-Artikolu 100(1),

minflok:

“1.   Minbarra l-kriterji li jippermettu l-interruzzjoni mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni permezz ta’ delega fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jista’ jinterrompi d-data ta’ skadenza tal-pagament għal talba għal ħlas interim fil-każ li Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS li x’aktarx jaffettwa l-infiq li jinsab f’dikjarazzjoni ċertifikata ta’ nfiq li għaliha jintalab il-pagament interim.”,

aqra:

“1.   Minbarra l-kriterji li jippermettu l-interruzzjoni mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni permezz ta’ delega fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jista’ jinterrompi d-data ta’ skadenza għal applikazzjoni għal pagament fil-każ li Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS li x’aktarx jaffettwa l-infiq li jinsab f’applikazzjoni għal pagament li għaliha jintalab il-pagament interim.”;

12.

Fil-paġna 52, l-Artikolu 100(3),

minflok:

“3.   L-interruzzjoni tal-pagamenti interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq msemmi fil-paragrafu 1 kopert mit-talba għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.”,

aqra:

“3.   L-interruzzjoni tal-pagamenti interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 kopert mill-applikazzjoni għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.”;

13.

Fil-paġna 52, l-Artikolu 101(1),

minflok:

“1.   Minbarra l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu ‘il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom taħt il-programm operazzjonali f’ każ ta’ nuqqas serju ta’ konformità minn Stat Membru bl-obbligi tiegħu skont il-PKS li tolqot l-infiq li jinsab f’dikjarazzjoni ċertifikata tal-infiq li għalih jintalab il-pagament interim.”,

aqra:

“1.   Minbarra l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu ‘il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom taħt il-programm operazzjonali f’każ ta’ nuqqas serju ta’ konformità minn Stat Membru bl-obbligi tiegħu skont il-PKS li tolqot l-infiq li jinsab f’applikazzjoni għal pagament li għalih jintalab il-pagament interim.”;

14.

Fil-paġna 52, l-Artikolu 101(3),

minflok:

“3.   Is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 kopert mit-talba għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità.”,

aqra:

“3.   Is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 kopert mill-applikazzjoni għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità.”;

15.

Fil-paġna, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 105(1),

minflok:

“(a)

in-nefqa inkluża f’dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq hija affettwata mill-każijiet li fihom l-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament u ma jkunx ġie kkoreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(b)

l-infiq li jinstab f’dikjarazzjoni ċċertifikata ta’ nfiq huwa affettwat minn każijiet ta’ nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li rriżultaw fis-sospensjoni tal-pagament skont l-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.”,

aqra:

“(a)

in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament hija affettwata minn każijiet li fihom l-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament u ma jkunx ġie kkoreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(b)

in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament hija affettwata minn każijiet ta’ nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li rriżultaw fis-sospensjoni tal-pagament skont l-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.”;

16.

Fil-paġna 54, l-Artikolu 110(1),

minflok:

“1.   L-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, dwar kull operazzjoni magħżula għal finanzjament, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u ta’ kull operazzjoni, għandha tiġi rreġistrata u miżmuma b’mod elettroniku.”,

aqra:

“1.   L-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, dwar kull operazzjoni magħżula għal finanzjament, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni, għandha tiġi rreġistrata u miżmuma b’mod elettroniku.”;

17.

Fil-paġna 55, il-punt (d) tal-Artikolu 114(2),

minflok:

“(d)

informazzjoni dwar azzjonijiet meħuda biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 41(10) ta’ dan ir-Regolament;”,

aqra:

“(d)

informazzjoni dwar azzjonijiet meħuda biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 41(8) ta’ dan ir-Regolament;”;

18.

Fil-paġna 58, il-punt (a) tal-Artikolu 125,

minflok:

“(a)

sal-31 ta’ Marzu 2017, rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar …”,

aqra:

“(a)

f’konformità mal-Artikolu 15, rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar …”.