16.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 506/2014
tal-15 ta' Mejju 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv f'ċerti prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Il-lista tal-Unjoni u l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni. |
(4) |
Fil-5 ta' Mejju 2006, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv f'diversi kategoriji ta' ikel. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
B'riżultat ta' dan, f'April 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) evalwat is-sikurezza tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv u allokat Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 0,5 mg/kg ta' piż tal-ġisem (4). Stimi konservattivi tal-esponiment għas-sustanza, kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal, issuġġerew li x'aktarx l-ADI tinqabeż fil-livelli ta' użu massimu propost għal diversi kategoriji ta' ikel. |
(6) |
Wara dawn il-konklużjonijiet, l-applikant irreveda l-użi tiegħu u l-livelli tal-użu u talab awtorizzazzjoni tal-użu fil-prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana. F'Lulju 2013 l-Awtorità ppubblikat dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-esponiment raffinat tal-Etil lawrojl arġinat abbażi tal-użi proposti riveduti tiegħu bħala addittiv tal-ikel (5), u kkonkludiet li l-esponiment għal gruppi kollha tal-popolazzjoni huwa taħt id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 0,5 mg/kg bw/jum. |
(7) |
Hemm il-ħtieġa teknoloġika li jintuża l-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana sabiex titjieb il-kwalità mikrobijoloġika ta' dawk il-prodotti, inkluża l-inibizzjoni tat-tkabbir ta' mikroorganiżmi li jagħmlu l-ħsara bħal-Listeria monocytogenes. Billi l-użu tal-Etil lawrojl arġinat fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana jgħin biex tinżamm il-kwalità u s-sikurezza tagħhom, huwa xieraq li l-użu tiegħu fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana jkun awtorizzat u li jkun assenjat in-numru E 243 għal dak l-addittiv tal-ikel. |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jkunu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-ewwel darba. |
(9) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) The EFSA Journal (2007) 511, p. 1.
(5) The EFSA Journal 2013; 11(6):3294.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti B, il-punt 3 “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal E 242 dikarbonat tad-dimetil:
|
(2) |
Fil-Parti E, fil-kategorija tal-ikel 08.2.2 “Laħam ipproċessat ittrattat bis-sħana”, tiddaħħal l-entrata li ġejja
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittiv tal-ikel E 242:
“E 243 ETIL LAWROJL ARĠINAT
Sinonimi |
Ester etiliku tal-arġinat lawriku; ester etiliku tal-arġinina lawrammida; etil-Να-lawrojl-L-arġinat HCl; LAE; |
Definizzjoni |
L-Etil lawrojl arġinat jiġi sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef. |
ELINCS |
434-630-6 |
Isem kimiku |
etil-Να-dodekanojl-L-arġinat HCl |
Formula kimika |
C20H41N4O3Cl |
Piż Molekolari: |
421.02 |
Test |
Mhux inqas minn 85 % u mhux aktar minn 95 % |
Deskrizzjoni |
Trab abjad |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Solubbli liberament fl-ilma, fl-etanol, fil-glikol tal-propilen u fil-gliċerol |
Purità |
|
Να-Lawrojl-L-arġinina |
Mhux iktar minn 3 % |
Aċidu lawriku |
Mhux iktar minn 5 % |
Lawrat tal-etil |
Mhux iktar minn 3 % |
L-Arġinina·HCl |
Mhux iktar minn 1 % |
Arġinat tal-etil 2HCl |
Mhux iktar minn 1 % |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg |
Kadmju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg” |