12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 477/2014
tat-12 ta’ Mejju 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Vyacheslav Viktorovich VOLODIN |
Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov. |
L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
2. |
Vladimir SHAMANOV |
Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul. |
Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. |
12.5.2014 |
3. |
Vladimir Nikolaevich PLIGIN |
Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR. |
President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
4. |
Petr Grigorievich JAROSH |
|
Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea. |
12.5.2014 |
5. |
Oleg Grigorievich KOZYURA |
Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye |
Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea. |
12.5.2014 |
6. |
Viacheslav PONOMARIOV |
|
Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalist Ukrain Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati, huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). |
12.5.2014 |
7. |
Igor Mykolaiovych BEZLER |
Imwieled fl-1965 |
Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU. |
12.5.2014 |
8. |
Igor KAKIDZYANOV |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
9. |
Oleg TSARIOV |
|
Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk. |
12.5.2014 |
10. |
Roman LYAGIN |
|
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. |
12.5.2014 |
11. |
Aleksandr MALYKHIN |
|
Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”. |
12.5.2014 |
12. |
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA |
Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria. |
Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. |
12.5.2014 |
13. |
Igor Sergeievich SHEVCHENKO |
|
Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. |
12.5.2014 |
Entitajiet:
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
PJSC CHERNOMORNEFTEGAZ |
|
Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |
2. |
FEODOSIA |
|
Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. |
12.5.2014 |